This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62017TA0377
Case T-377/17: Judgment of the General Court of 13 July 2018 — SQ v EIB (Civil Service — EIB staff — Complaint of psychological harassment — Administrative enquiry — Concept of ‘psychological harassment’ — Requirement that the conduct complained of must be repetitive in order to constitute ‘psychological harassment’ — Refusal to initiate disciplinary proceedings against the person responsible for that conduct — Duty of confidentiality in relation to an ongoing administrative enquiry and, subsequently, to the decision terminating the procedure finding that there had been psychological harassment)
Kawża T-377/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Lulju 2018 – SQ vs BEI (“Servizz pubbliku — Persunal tal-BEI — Ilment għal fastidju morali — Investigazzjoni amministrattiva — Kunċett ta’ ‘fastidju morali’ — Rekwiżit li l-aġir ilmentat ikun ripetut biex jikkostitwixxi ‘fastidju morali’ — Rifjut li tinbeda l-proċedura dixxiplinari kontra l-awtur ta’ dan l-aġir — Obbligu ta’ kunfidenzjalità fir-rigward tal-eżistenza ta’ proċedura ta’ investigazzjoni amministrattiva pendenti u, sussegwentement, fir-rigward tal-għeluq tal-proċedura li tikkonstata l-eżistenza ta’ każ ta’ fastidju morali”)
Kawża T-377/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Lulju 2018 – SQ vs BEI (“Servizz pubbliku — Persunal tal-BEI — Ilment għal fastidju morali — Investigazzjoni amministrattiva — Kunċett ta’ ‘fastidju morali’ — Rekwiżit li l-aġir ilmentat ikun ripetut biex jikkostitwixxi ‘fastidju morali’ — Rifjut li tinbeda l-proċedura dixxiplinari kontra l-awtur ta’ dan l-aġir — Obbligu ta’ kunfidenzjalità fir-rigward tal-eżistenza ta’ proċedura ta’ investigazzjoni amministrattiva pendenti u, sussegwentement, fir-rigward tal-għeluq tal-proċedura li tikkonstata l-eżistenza ta’ każ ta’ fastidju morali”)
ĠU C 341, 24.9.2018, p. 16–16
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
24.9.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 341/16 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Lulju 2018 – SQ vs BEI
(Kawża T-377/17) (1)
((“Servizz pubbliku - Persunal tal-BEI - Ilment għal fastidju morali - Investigazzjoni amministrattiva - Kunċett ta’ ‘fastidju morali’ - Rekwiżit li l-aġir ilmentat ikun ripetut biex jikkostitwixxi ‘fastidju morali’ - Rifjut li tinbeda l-proċedura dixxiplinari kontra l-awtur ta’ dan l-aġir - Obbligu ta’ kunfidenzjalità fir-rigward tal-eżistenza ta’ proċedura ta’ investigazzjoni amministrattiva pendenti u, sussegwentement, fir-rigward tal-għeluq tal-proċedura li tikkonstata l-eżistenza ta’ każ ta’ fastidju morali”))
(2018/C 341/27)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: SQ (rappreżentanti: N Cambonie u P. Walter, avukati)
Konvenut: Il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) (rappreżentanti: G. Faedo u K. Carr, aġenti, assistiti minn B. Wägenbaur, avukat, u J. Currall, barrister)
Suġġett
Rikors, ippreżentat abbażi tal-Artikolu 50a(1) tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u tal-Artikolu 41 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-BEI, intiż, minn naħa, għall-annullament parzjali tad-deċiżjoni tal-20 ta’ Marzu 2017 tal-President tal-BEI u, min-naħa l-oħra, għal kumpens għad-danni morali u materjali allegatament subiti mir-rikorrenti minħabba fastidju morali mis-superjur ġerarkiku tagħha u minħabba l-aġir tal-BEI.
Dispożittiv
1) |
Id-deċiżjoni tal-20 ta’ Marzu 2017 tal-President tal-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) hija parzjalment annullata, sa fejn din tagħmel użu minn definizzjoni żbaljata tal-kunċett ta’ “fastidju morali”, sa fejn din ma tipprevedix konsegwenzi dixxiplinari immedjati mogħtija f’każ ikkonfermat ta’ fastidju morali fi ħdan il-BEI u sa fejn din timponi fuq id-destinatarju ta’ din id-deċiżjoni obbligu ta’ kunfidenzjalità li jmur kontra l-għanijiet ta’ proċedura ta’ investigazzjoni li tirrigwarda każ allegat ta’ fastidju morali. |
2) |
It-talbiet għal annullament huma miċħuda għall-bqija. |
3) |
Il-BEI huwa kkundannat iħallas lil SQ, abbażi tad-dannu morali subit, ammont ta’ EUR 10 000. |
4) |
It-talbiet għal kumpens huma miċħuda għall-bqija. |
5) |
Il-BEI għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat ibati nofs l-ispejjeż esposti minn SQ. |
6) |
SQ għandha tbati nofs l-ispejjeż tagħha. |