This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62017CN0563
Case C-563/17: Request for a preliminary ruling from the Supremo Tribunal Administrativo (Portugal) lodged on 25 September 2017 — Associação Peço a Palavra and Others v Conselho de Ministros
Kawża C-563/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supremo Tribunal Administrativo (il-Portugall) fil-25 ta’ Settembru 2017 – Associação Peço a Palavra et vs Conselho de Ministros
Kawża C-563/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supremo Tribunal Administrativo (il-Portugall) fil-25 ta’ Settembru 2017 – Associação Peço a Palavra et vs Conselho de Ministros
ĠU C 424, 11.12.2017, p. 22–22
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
11.12.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 424/22 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supremo Tribunal Administrativo (il-Portugall) fil-25 ta’ Settembru 2017 – Associação Peço a Palavra et vs Conselho de Ministros
(Kawża C-563/17)
(2017/C 424/32)
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Qorti tar-rinviju
Supremo Tribunal Administrativo
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Associação Peço a Palavra, João Carlos Constantino Pereira Osório, Maria Clara Marques Pires Sarmento Franco, Sofia da Silva Santos Arauz u Maria João Galhardas Fitas
Konvenut: Conselho de Ministros
Parti oħra: PARPÚBLICA – Participações Públicas, SGPS, SA
Domandi preliminari
1) |
Id-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari l-Artikoli 49 u 54 TFUE u l-prinċipji li jirriżultaw minnhom, jippermetti li, fil-kuntest ta’ proċedura relatata mal-proċess ta’ reprivatizzazzjoni indiretta tal-kapital azzjonarju ta’ kumpannija pubblika b’kapital azzjonarju u li għandha bħala oġġett l-attività tat-trasport bl-ajru, jiġi inkluż, fid-dokumenti li jirrigwardaw din il-proċedura, ir-rekwiżit ta’ żamma tas-sede u tal-amministrazzjoni effettiva ta’ din il-kumpannija fl-Istat Membru fejn tkun ġiet ikkostitwita bħala kriterju ta’ selezzjoni tal-intenzjonijiet ta’ akkwist tal-investituri potenzjali tagħha u ta’ għażla tal-offerti? |
2) |
Id-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari l-Artikoli 56 u 57 TFUE u l-prinċipji li jirriżultaw minnhom u, barra minn hekk, il-prinċipji ta’ nondiskriminazzjoni, ta’ proporzjonalità u ta’ neċessità, jippermetti li, fil-kuntest ta’ proċedura relatata mal-proċess ta’ reprivatizzazzjoni indiretta tal-kapital azzjonarju tal-istess kumpannija, jiġi inkluż, fid-dokumenti li jirrigwardaw din il-proċedura, ir-rekwiżit li jiġu ssodisfatti l-obbligi ta’ servizz pubbliku min-naħa tal-entità li takkwista bħala kriterju ta’ selezzjoni tal-intenzjonijiet ta’ akkwist tal-investituri potenzjali tagħha u ta’ għażla tal-offerti? |
3) |
Id-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari l-Artikoli 56 u 57 TFUE u l-prinċipji li jirriżultaw minnhom, jippermetti li, fil-kuntest ta’ proċedura relatata mal-proċess ta’ reprivatizzazzjoni indiretta tal-kapital azzjonarju tal-istess kumpannija, jiġi inkluż, fid-dokumenti li jirrigwardaw din il-proċedura, ir-rekwiżit ta’ żamma u ta’ żvilupp tal-hub nazzjonali attwali min-naħa tal-entità li takkwista bħala kriterju ta’ għażla tal-intenzjonijiet ta’ akkwist tal-investituri potenzjali u ta’ għażla tal-offerti? |
4) |
Fid-dawl tal-attività żviluppata mill-istess kumpannija, li t-trasferiment tal-kapital azzjonarju tagħha huwa suġġett għal proċedura ta’ reprivatizzazzjoni, din għandha titqies li hija servizz fis-suq intern suġġett għad-Direttiva 2006/123/KE (1), fid-dawl tal-eċċezzjoni, prevista fl-Artikolu 2(2)(d) ta’ din id-direttiva, dwar is-servizzi fil-qasam tat-trasport, u, konsegwentement, din il-proċedura hija wkoll suġġetta għall-imsemmija direttiva? |
5) |
Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għad-domanda 4), l-Artikoli 16 u 17 tal-imsemmija direttiva jippermettu li, fil-kuntest ta’ proċedura relatata mal-proċess ta’ reprivatizzazzjoni indiretta tal-kapital azzjonarju tal-istess kumpannija, jiġi inkluż, fid-dokumenti li jirrigwardaw din il-proċedura, ir-rekwiżit li jiġu sodisfatti l-obbligi ta’ servizz pubbliku min-naħa tal-entità li takkwista bħala kriterju ta’ selezzjoni tal-intenzjonijiet ta’ akkwist tal-investituri potenzjali tagħha u ta’ għażla tal-offerti? |
6) |
Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għad-domanda 4), l-Artikoli 16 u 17 tal-imsemmija direttiva jippermettu li, fil-kuntest ta’ proċedura relatata mal-proċess ta’ reprivatizzazzjoni indiretta tal-kapital azzjonarju tal-istess kumpannija, jiġi inkluż, fid-dokumenti li jirrigwardaw din il-proċedura, ir-rekwiżit ta’ żamma u ta’ żvilupp tal-hub nazzjonali attwali min-naħa tal-entità li takkwista bħala kriterju ta’ għażla tal-intenzjonijiet ta’ akkwist tal-investituri potenzjali u ta’ għażla tal-offerti? |
(1) Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar is-servizzi fis-suq intern (ĠU L 376, p. 36)