Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017CN0369

    Kawża C-369/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság (l-Ungerija) fis-16 ta’ Ġunju 2017 – Shajin Ahmed vs Bevándorlási és Menekültügyi Hivatal

    ĠU C 293, 4.9.2017, p. 19–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    4.9.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 293/19


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság (l-Ungerija) fis-16 ta’ Ġunju 2017 – Shajin Ahmed vs Bevándorlási és Menekültügyi Hivatal

    (Kawża C-369/17)

    (2017/C 293/22)

    Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

    Qorti tar-rinviju

    Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Shajin Ahmed

    Konvenut: Bevándorlási és Menekültügyi Hivatal

    Domanda preliminari

    Mill-kliem “hija tkun ikkommettiet delitt serju” użat fl-Artikolu 17(1)(b) tad-Direttiva 2011/95/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Diċembru 2011, dwar standards għall-kwalifika ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali, għal stat uniformi għar-refuġjati jew għal persuni eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja (1), u għall-kontenut tal-protezzjoni mogħtija, jirriżulta li huwa biss abbażi tal-piena inflitta għal delitt partikolari skont id-dritt tal-Istat Membru partikolari li għandu jiġi ddeterminat jekk l-applikant wettaqx delitt li abbażi tiegħu huwa jista’ jiġi eskluż mill-benefiċċju tal-protezzjoni sussidjarja?


    (1)  ĠU L 337, p. 9.


    Top