Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017CN0298

    Kawża C-298/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fit-23 ta’ Mejju 2017 – France Télévisions SA vs Playmedia, Conseil supérieur de l’audiovisuel (CSA)

    ĠU C 256, 7.8.2017, p. 14–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    7.8.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 256/14


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fit-23 ta’ Mejju 2017 – France Télévisions SA vs Playmedia, Conseil supérieur de l’audiovisuel (CSA)

    (Kawża C-298/17)

    (2017/C 256/12)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Qorti tar-rinviju

    Conseil d’État

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: France Télévisions SA

    Konvenuti: Playmédia, Conseil supérieur de l’audiovisuel (CSA)

    Domandi preliminari

    1)

    Impriża li toffri l-istreaming dirett (live streaming) ta’ programmi tat-televiżjoni online għandha, abbażi ta’ dan il-fatt waħdu, titqies bħala impriża li topera netwerk ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi użat għat-trażmissjoni lill-pubbliku ta’ xandiriet tar-radju jew tat-televiżjoni fis-sens tal-Artikolu 31(1) tad-Direttiva 2002/22/KE tas-7 ta’ Marzu 2002 (1)?

    2)

    Fil-każ ta’ risposta negattiva għall-ewwel domanda, Stat Membru jista’, mingħajr ma jikser id-direttiva jew regoli oħra tad-dritt tal-Unjoni Ewropea, jipprevedi obbligu ta’ trażmissjoni ta’ servizzi tar-radju jew tat-televiżjoni kemm fuq impriżi li joperaw netwerks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi kif ukoll fuq impriżi li, mingħajr ma joperaw tali netwerks, joffru l-istreaming dirett ta’ programmi tat-televiżjoni online?

    3)

    Fil-każ ta’ risposta pożittiva għat-tieni domanda, l-Istati Membri jistgħu jastjenu milli jissuġġettaw l-obbligu ta’ trażmissjoni, sa fejn jikkonċerna lid-distributuri ta’ servizzi li ma joperawx netwerks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi, għall-kundizzjonijiet kollha previsti fl-Artikolu 31(1) tad-Direttiva 2002/22/KE, tas-7 ta’ Marzu 2002, minkejja li, skont id-direttiva, dawn il-kundizzjonijiet għandhom jiġu ssodisfatti mill-operaturi ta’ netwerks?

    4)

    Stat Membru li stabbilixxa obbligu ta’ trażmissjoni ta’ ċerti servizzi tar-radju jew tat-televiżjoni fuq ċerti netwerks jista’, mingħajr ma jikser id-direttiva, jipprevedi l-obbligu li dawn is-servizzi jaċċettaw li jiġu trażmessi fuq dawn in-netwerks, inkluż, fir-rigward ta’ trażmissjoni fuq sit tal-internet, meta s-servizz inkwistjoni jxandar huwa stess il-programmi proprji tiegħu fuq l-internet?

    5)

    Il-kundizzjoni li numru sinjifikanti ta’ utenti finali tan-netwerks suġġetti għall-obbligu ta’ trażmissjoni għandhom jużawhom bħala l-mezzi prinċipali tagħhom sabiex jirċievu xandiriet tar-radju jew tat-televiżjoni prevista fl-Artikolu 31(1) tad-Direttiva 2002/22/KE għandha, fir-rigward ta’ trażmissjoni bl-internet, tiġi evalwata fir-rigward tal-utenti kollha li jwettqu streaming dirett tal-programmi tat-televiżjoni online jew biss fir-rigward tal-utenti tas-sit suġġett għall-obbligu ta’ trażmissjoni?


    (1)  Direttiva 2002/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva Servizz Universali) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 367).


    Top