Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017CA0716

    Kawża C-716/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-11 ta’ Lulju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Østre Landsret — id-Danimarka) — fil-proċedura mressqa minn A (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Moviment liberu tal-ħaddiema — Restrizzjonijiet — Ftuħ ta’ proċedura ta’ ħelsien mid-dejn — Kundizzjoni ta’ residenza — Ammissibbiltà — Artikolu 45 TFUE — Effett dirett)

    ĠU C 305, 9.9.2019, p. 9–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    9.9.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 305/9


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-11 ta’ Lulju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Østre Landsret — id-Danimarka) — fil-proċedura mressqa minn A

    (Kawża C-716/17) (1)

    (Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Moviment liberu tal-ħaddiema - Restrizzjonijiet - Ftuħ ta’ proċedura ta’ ħelsien mid-dejn - Kundizzjoni ta’ residenza - Ammissibbiltà - Artikolu 45 TFUE - Effett dirett)

    (2019/C 305/11)

    Lingwa tal-kawża: id-Daniż

    Qorti tar-rinviju

    Østre Landsret

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    A

    Dispożittiv

    1)

    L-Artikolu 45 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi regola ta’ ġurisdizzjoni prevista mil-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tissuġġetta l-għoti ta’ miżura ta’ ħelsien mid-dejn għall-kundizzjoni li d-debitur ikollu d-domiċilju jew ir-residenza tiegħu f’dan l-Istat Membru.

    2)

    L-Artikolu 45 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jeżiġi li l-qorti nazzjonali ma tapplikax il-kundizzjoni ta’ residenza prevista minn regola nazzjonali ta’ ġurisdizzjoni, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, indipendentement mill-kwistjoni ta’ jekk il-proċedura ta’ ħelsien mid-dejn, ukoll prevista minn din il-leġiżlazzjoni, twassal eventwalment biex jiġu affettwati l-krediti miżmuma minn individwi skont l-imsemmija leġiżlazzjoni.


    (1)  ĠU C 83, 5.3.2018.


    Top