Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017CA0697

Kawża C-697/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-11 ta’ Lulju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato — l-Italja) — Telecom Italia SpA vs Ministero dello Sviluppo Economico, Infrastrutture e telecomunicazioni per l’Italia SpA (Infratel Italia SpA) (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Għoti ta’ kuntratti pubbliċi għal provvisti u għal xogħlijiet — Direttiva 2014/24/UE — Artikolu 28(2) — Proċedura ristretta — Operaturi ekonomiċi awtorizzati sabiex jippreżentaw offerta — Neċessità li tinżamm l-istess identiċità legali u materjali bejn il-kandidat magħżul minn qabel u dak li jippreżenta l-offerta — Prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament tal-offerenti)

ĠU C 305, 9.9.2019, p. 9–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

9.9.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 305/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-11 ta’ Lulju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato — l-Italja) — Telecom Italia SpA vs Ministero dello Sviluppo Economico, Infrastrutture e telecomunicazioni per l’Italia SpA (Infratel Italia SpA)

(Kawża C-697/17) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Għoti ta’ kuntratti pubbliċi għal provvisti u għal xogħlijiet - Direttiva 2014/24/UE - Artikolu 28(2) - Proċedura ristretta - Operaturi ekonomiċi awtorizzati sabiex jippreżentaw offerta - Neċessità li tinżamm l-istess identiċità legali u materjali bejn il-kandidat magħżul minn qabel u dak li jippreżenta l-offerta - Prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament tal-offerenti)

(2019/C 305/10)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Telecom Italia SpA

Konvenuti: Ministero dello Sviluppo Economico, Infrastrutture e telecomunicazioni per l’Italia SpA (Infratel Italia SpA)

fil-preżenza ta’: OpEn Fiber SpA

Dispożittiv

L-ewwel sentenza tal-Artikolu 28(2) tad-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE, għandha tiġi interpretata fis-sens li, fir-rigward tar-rekwiżit tal-identiċità legali u materjali bejn l-operaturi ekonomiċi magħżula minn qabel u dawk li jippreżentaw l-offerti, din ma tipprekludix li, fil-kuntest ta’ proċedura ristretta ta’ għoti ta’ kuntratt pubbliku, kandidat magħżul minn qabel li jimpenja ruħu li jassorbi kandidat ieħor magħżul minn qabel, skont ftehim ta’ amalgamazzjoni konkluż bejn il-fażi tal-għażla minn qabel u l-fażi tal-preżentazzjoni tal-offerti u eżegwit wara din il-fażi ta’ preżentazzjoni, jista’ jippreżenta offerta.


(1)  ĠU C 112, 26.3.2018.


Top