This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62017CA0622
Case C-622/17: Judgment of the Court (Second Chamber) of 4 July 2019 (request for a preliminary ruling from the Vilniaus apygardos administracinis teismas — Lithuania) — Baltic Media Alliance Ltd v Lietuvos radijo ir televizijos komisija (Reference for a preliminary ruling — Freedom to provide services — Directive 2010/13/EU — Audiovisual media services — Television broadcasting — Article 3(1) and (2) — Freedom of reception and retransmission — Incitement to hatred on grounds of nationality — Measures taken by the receiving Member State — Temporary obligation for media service providers and other persons providing services relating to the distribution of television channels or programmes via the internet to distribute or retransmit a television channel in the territory of that Member State only in pay-to-view packages)
Kawża C-622/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-4 ta’ Lulju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Vilniaus apygardos administracinis teismas — il-Litwanja) — Baltic Media Alliance Ltd. vs Lietuvos radijo ir televizijos komisija (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Libertà li jiġu pprovduti servizzi — Direttiva 2010/13/UE — Servizzi tal-midja awdjoviżiva — Xandir televiżiv — Artikolu 3(1) u (2) — Libertà ta’ riċezzjoni u ta’ trażmissjoni mill-ġdid — Inċitament għall-mibegħda bbażata fuq in-nazzjonalità — Miżuri meħuda mill-Istat Membru ta’ riċezzjoni — Obbligu temporanju għall-fornituri ta’ servizzi tal-midja u għall-persuni l-oħra li jipprovdu servizz ta’ xandir permezz tal-internet ta’ stazzjonijiet jew ta’ programmi tat-televiżjoni li jxandru jew jittrażmettu mill-ġdid fit-territorju ta’ dan l-Istat Membru stazzjon tat-televiżjoni biss f’pakketti bi ħlas)

ĠU C 305, 9.9.2019, p. 5–5
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
9.9.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 305/5 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-4 ta’ Lulju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Vilniaus apygardos administracinis teismas — il-Litwanja) — Baltic Media Alliance Ltd. vs Lietuvos radijo ir televizijos komisija
(Kawża C-622/17) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Libertà li jiġu pprovduti servizzi - Direttiva 2010/13/UE - Servizzi tal-midja awdjoviżiva - Xandir televiżiv - Artikolu 3(1) u (2) - Libertà ta’ riċezzjoni u ta’ trażmissjoni mill-ġdid - Inċitament għall-mibegħda bbażata fuq in-nazzjonalità - Miżuri meħuda mill-Istat Membru ta’ riċezzjoni - Obbligu temporanju għall-fornituri ta’ servizzi tal-midja u għall-persuni l-oħra li jipprovdu servizz ta’ xandir permezz tal-internet ta’ stazzjonijiet jew ta’ programmi tat-televiżjoni li jxandru jew jittrażmettu mill-ġdid fit-territorju ta’ dan l-Istat Membru stazzjon tat-televiżjoni biss f’pakketti bi ħlas)
(2019/C 305/05)
Lingwa tal-kawża: il-Litwan
Qorti tar-rinviju
Vilniaus apygardos administracinis teismas
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Baltic Media Alliance Ltd.
Konvenuta: Lietuvos radijo ir televizijos komisija
Dispożittiv
L-Artikolu 3(1) u (2) tad-Direttiva 2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2010 dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta’ servizzi tal-media awdjoviżiva (Direttiva dwar “is-Servizzi tal-Midja Awdjoviżiva”), għandu jiġi interpretat fis-sens li miżura ta’ ordni pubbliku, adottata minn Stat Membru, li tikkonsisti fl-obbligu, għall-fornituri ta’ servizzi tal-midja li x-xandiriet tagħhom huma maħsuba għat-territorju ta’ dan l-Istat Membru u għall-persuni l-oħra li jipprovdu lill-konsumaturi tal-imsemmi Stat Membru servizz ta’ xandir permezz tal-internet ta’ stazzjonijiet jew ta’ programmi tat-televiżjoni, li jxandru jew jittrażmettu mill-ġdid fit-territorju ta’ dan l-istess Stat Membru, matul perijodu ta’ tnax-il xahar, stazzjon tat-televiżjoni li ġej minn Stat Membru ieħor biss f’pakketti bi ħlas, mingħajr madankollu ma timpedixxi t-trażmissjoni mill-ġdid fil-veru sens tal-kelma fit-territorju ta’ dan l-ewwel Stat Membru tax-xandiriet televiżivi ta’ dan l-istazzjon, ma taqax taħt din id-dispożizzjoni.