Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017CA0414

    Kawża C-414/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tad-19 ta’ Diċembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Nejvyšší správní soud – ir-Repubblika Ċeka) – AREX CZ a.s. vs Odvolací finanční ředitelství (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud — Direttiva 2006/112/KE — Artikolu 2(1)(b)(i) u (iii) — Artikolu 3(1) — Akkwisti intra-Komunitarji ta’ merkanzija suġġetta għad-dazju tas-sisa — Artikolu 138(1) u (2)(b) — Provvisti intra-Komunitarji — Katina ta’ tranżazzjonijiet ma’ trasport uniku — Imputazzjoni tat-trasport — Trasport taħt arranġament ta’ sospensjoni tad-dazju tas-sisa — Rilevanza għall-klassifika ta’ akkwist intra-Komunitarju)

    ĠU C 65, 18.2.2019, p. 11–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    18.2.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 65/11


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tad-19 ta’ Diċembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Nejvyšší správní soud – ir-Repubblika Ċeka) – AREX CZ a.s. vs Odvolací finanční ředitelství

    (Kawża C-414/17) (1)

    ((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud - Direttiva 2006/112/KE - Artikolu 2(1)(b)(i) u (iii) - Artikolu 3(1) - Akkwisti intra-Komunitarji ta’ merkanzija suġġetta għad-dazju tas-sisa - Artikolu 138(1) u (2)(b) - Provvisti intra-Komunitarji - Katina ta’ tranżazzjonijiet ma’ trasport uniku - Imputazzjoni tat-trasport - Trasport taħt arranġament ta’ sospensjoni tad-dazju tas-sisa - Rilevanza għall-klassifika ta’ akkwist intra-Komunitarju))

    (2019/C 65/13)

    Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

    Qorti tar-rinviju

    Nejvyšší správní soud

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: AREX CZ a.s.

    Konvenut: Odvolací finanční ředitelství

    Dispożittiv

    1)

    L-Artikolu 2(1)(b)(iii) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandu jiġi interpretat fis-sens li dan japplika għal akkwisti intra-Komunitarji ta’ prodotti suġġetti għad-dazju tas-sisa, li fir-rigward tagħom id-dazju tas-sisa huwa eżiġibbli fl-Istat Membru tad-destinazzjoni, imwettqa minn persuna taxxabbli li l-akkwisti l-oħra tagħha ma humiex suġġetti għall-VAT skont l-Artikolu 3(1) ta’ din id-direttiva.

    2)

    L-Artikolu 2(1)(b)(iii) tad-Direttiva 2006/112 għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-preżenza ta’ katina ta’ tranżazzjonijiet suċċessivi li taw lok għal trasport wieħed intra-Komunitarju ta’ prodotti suġġetti għas-sisa taħt l-arranġament ta’ sospensjoni tad-dazji tas-sisa, l-akkwist imwettaq mill-operatur responsabbli għall-ħlas tad-dazju tas-sisa fl-Istat Membru tad-destinazzjoni ma jistax jiġi kklassifikat bħala akkwist intra-Komunitarju suġġett għall-VAT skont din id-dispożizzjoni, meta dan it-trasport ma jistax jiġi imputat lil dan l-akkwist.

    3)

    L-Artikolu 2(1)(b)(i) tad-Direttiva 2006/112 għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-preżenza ta’ katina ta’ akkwisti suċċessivi li jirrigwardaw l-istess prodotti suġġetti għas-sisa u li taw lok għal trasport intra-Komunitarju wieħed ta’ dawn il-prodotti taħt l-arranġament ta’ sospensjoni tad-dazju tas-sisa, il-fatt li dawn il-prodotti huma ttrasportati taħt dan l-arranġament ma jikkostitwixxix fatt determinanti sabiex jiġi stabbilit fir-rigward ta’ liema akkwist għandu jiġi imputat it-trasport għall-finijiet tal-issuġġettar tiegħu għall-VAT skont din id-dispożizzjoni.


    (1)  ĠU C 300, 11.09.2017


    Top