This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62017CA0174
Joined Cases C-174/17 P and C-222/17 P: Judgment of the Court (First Chamber) of 13 December 2018 — European Union, represented by the Court of Justice of the European Union v Plásticos Españoles SA (ASPLA), Armando Álvarez, SA, European Commission (C-174/17 P), Plásticos Españoles, SA (ASPLA), Armando Álvarez, SA v European Union, represented by the Court of Justice of the European Union, European Commission (C-222/17 P) (Appeal — Actions for damages — Second paragraph of Article 340 TFEU — Excessive duration of the proceedings in two cases before the General Court of the European Union — Compensation for damage allegedly suffered by the applicants — Material damage — Bank guarantee charges — Causal link — Default interest)
Kawżi magħquda C-174/17 P u C-222/17 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-13 ta’ Diċembru 2018 – L-Unjoni Ewropea, irrappreżentata mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea vs Plásticos Españoles, SA (ASPLA), Armando Álvarez, SA, Il-Kummissjoni Ewropea (C-174/17 P), Plásticos Españoles, SA (ASPLA), Armando Álvarez, SA vs L-Unjoni Ewropea, irrappreżentata mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni Ewropea (C-222/17 P) (Appell — Rikors għad-danni — It-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE — Tul eċċessiv tal-proċedura fil-kuntest ta’ żewġ kawżi quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea — Kumpens għad-dannu allegatament subit mir-rikorrenti — Dannu materjali — Spejjeż ta’ garanzija bankarja — Rabta kawżali — Interessi moratorji)
Kawżi magħquda C-174/17 P u C-222/17 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-13 ta’ Diċembru 2018 – L-Unjoni Ewropea, irrappreżentata mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea vs Plásticos Españoles, SA (ASPLA), Armando Álvarez, SA, Il-Kummissjoni Ewropea (C-174/17 P), Plásticos Españoles, SA (ASPLA), Armando Álvarez, SA vs L-Unjoni Ewropea, irrappreżentata mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni Ewropea (C-222/17 P) (Appell — Rikors għad-danni — It-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE — Tul eċċessiv tal-proċedura fil-kuntest ta’ żewġ kawżi quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea — Kumpens għad-dannu allegatament subit mir-rikorrenti — Dannu materjali — Spejjeż ta’ garanzija bankarja — Rabta kawżali — Interessi moratorji)
ĠU C 65, 18.2.2019, p. 4–5
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
18.2.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 65/4 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-13 ta’ Diċembru 2018 – L-Unjoni Ewropea, irrappreżentata mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea vs Plásticos Españoles, SA (ASPLA), Armando Álvarez, SA, Il-Kummissjoni Ewropea (C-174/17 P), Plásticos Españoles, SA (ASPLA), Armando Álvarez, SA vs L-Unjoni Ewropea, irrappreżentata mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni Ewropea (C-222/17 P)
(Kawżi magħquda C-174/17 P u C-222/17 P) (1)
((Appell - Rikors għad-danni - It-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE - Tul eċċessiv tal-proċedura fil-kuntest ta’ żewġ kawżi quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea - Kumpens għad-dannu allegatament subit mir-rikorrenti - Dannu materjali - Spejjeż ta’ garanzija bankarja - Rabta kawżali - Interessi moratorji))
(2019/C 65/04)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
(Kawża C-174/17 P)
Appellanti: L-Unjoni Ewropea, irrappreżentata mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn J. Inghelram u Á.M. Almendros Manzano u P. Giusta, aġenti, sussegwentement minn J. Inghelram u Á.M. Almendros Manzano, aġenti)
Partijiet oħra fil-proċedura: Plásticos Españoles, SA (ASPLA), Armando Álvarez, SA (rappreżentanti: M. Troncoso Ferrer, C. Ruixó Claramunt u S. Moya Izquierdo, abogados), il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Urraca Caviedes, S. Noë, F. Erlbacher u F. Castilla Contreras, aġenti)
(Kawża C-222/17 P)
Appellanti: Plásticos Españoles, SA (ASPLA), Armando Álvarez, SA (rappreżentanti: S. Moya Izquierdo u M. Troncoso Ferrer, abogados)
Partijiet oħra fil-proċedura: L-Unjoni Ewropea, irrappreżentata mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn J. Inghelram, Á.M. Almendros Manzano u P. Giusta, aġenti, sussegwentement minn J. Inghelram, Á.M. Almendros Manzano, aġenti), il-Kummissjoni Ewropea
Dispożittiv
1) |
Il-punt 1 tad-dispożittiv tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tas-17 ta’ Frar 2017, ASPLA u Armando Álvarez vs L-Unjoni Ewropea (T-40/15, EU:T:2017:105), huwa annullat. |
2) |
L-appell fil-Kawża C-222/17 P ippreżentat minn Plásticos Españoles SA (ASPLA) u Armando Álvarez SA huwa miċħud. |
3) |
Ir-rikors għad-danni ppreżentat minn Plásticos Españoles SA (ASPLA) u minn Armando Álvarez SA sa fejn huwa intiż li jinkiseb kumpens għal ammont ta’ EUR 3 495 038,66, bħala dannu materjali subit mill-fatt tal-iskadenza tat-terminu raġonevoli għall-għoti ta’ sentenza fil-kuntest tal-kawżi li taw lok għas-sentenzi tas-16 ta’ Novembru 2011, ASPLA vs Il-Kummissjoni (T-76/06, mhux ippubblikata, EU:T:2011:672), u tas-16 ta’ Novembru 2011, Álvarez vs Il-Kummissjoni (T-78/06, mhux ippubblikata, EU:T:2011:673), huwa miċħud. |
4) |
Plásticos Españoles SA (ASPLA) u Armando Álvarez SA għandhom ibatu, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħhom, dawk kollha sostnuti mill-Unjoni Ewropea, irrappreżentata mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, fil-kuntest ta’ dawn l-appelli, kif ukoll l-ispejjeż rispettivi tagħhom fl-ewwel istanza. |
5) |
L-Unjoni Ewropea, irrappreżentata mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha sostnuti fl-ewwel istanza. |
6) |
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha kemm fil-proċedura tal-ewwel istanza kif ukoll fil-kuntest tal-appell fil-Kawża C-174/17 P. |