Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017CA0167

    Kawża C-167/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-17 ta’ Ottubru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Supreme Court – l-Irlanda) – Volkmar Klohn vs An Bord Pleanála (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Ambjent — Evalwazzjoni tal-effetti ta’ ċerti proġetti fuq l-ambjent — Dritt ta’ azzjoni legali kontra deċiżjoni ta’ awtorizzazzjoni — Rekwiżit ta’ proċedura ta’ spiża li ma tiswiex tant li tkun projbittiva — Kunċett — Applikazzjoni ratione temporis — Effett dirett — Effett fuq deċiżjoni nazzjonali ta’ tassazzjoni ta’ spiża li saret definittiva)

    ĠU C 455, 17.12.2018, p. 11–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    17.12.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 455/11


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-17 ta’ Ottubru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Supreme Court – l-Irlanda) – Volkmar Klohn vs An Bord Pleanála

    (Kawża C-167/17) (1)

    ((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ambjent - Evalwazzjoni tal-effetti ta’ ċerti proġetti fuq l-ambjent - Dritt ta’ azzjoni legali kontra deċiżjoni ta’ awtorizzazzjoni - Rekwiżit ta’ proċedura ta’ spiża li ma tiswiex tant li tkun projbittiva - Kunċett - Applikazzjoni ratione temporis - Effett dirett - Effett fuq deċiżjoni nazzjonali ta’ tassazzjoni ta’ spiża li saret definittiva))

    (2018/C 455/17)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Qorti tar-rinviju

    Supreme Court

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Volkmar Klohn

    Konvenuti: An Bord Pleanála

    Dispożittiv

    1)

    Il-ħames subparagrafu tal-Artikolu 10a tad-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE tas-27 ta’ Ġunju 1985 dwar l-istima ta’ l-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent, kif emendata mid-Direttiva 2003/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2003 għandu jiġi interpretat fis-sens li r-rekwiżit, li l-ispiża ta’ ċerti proċeduri ġudizzjarji fil-qasam tal-ambjent ma għandhiex tkun projbittiva li jistabbilixxi, ma għandux effett dirett. Fl-assenza ta’ traspożizzjoni ta’ dan l-artikolu minn Stat Membru, il-qrati ta’ dan tal-aħħar huma madankollu obbligati, b’kull mezz possibbli, li jinterpretaw id-dritt nazzjonali, mill-iskadenza tat-terminu previst għat-traspożizzjoni tal-imsemmi artikolu, b’tali mod li l-individwi ma għandhomx jiġu preklużi milli jintroduċu, jew jissoktaw b’talba għal stħarriġ ġudizzjarju li taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan l-artikolu minħabba l-piż finanzjarju li jista’ jirriżulta minnha.

    2)

    Il-ħames subparagrafu tal-Artikolu 10a tad-Direttiva 85/337, kif emendata bid-Direttiva 2003/35, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-obbligu ta’ interpretazzjoni konformi huwa impost fuq il-qrati ta’ Stat Membru, meta jiddeċiedu dwar l-allokazzjoni tal-ispejjeż fil-proċeduri ġudizzjarji li kienu pendenti fid-data tal-iskadenza tat-terminu għat-traspożizzjoni tar-rekwiżit li l-ispiża ta’ ċerti proċeduri ġudizzjarji fil-qasam tal-ambjent ma għandhiex tkun projbittiva, previst f’dan il-ħames subparagrafu ta’ dan l-Artikolu 10a, indipendentement mid-data li fiha dawn l-ispejjeż ġew sostnuti matul il-proċeduri kkonċernati.

    3)

    Il-ħames subparagrafu tal-Artikolu 10a tad-Direttiva 85/337, kif emendat bid-Direttiva 2003/35, għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’tilwima bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, l-obbligu ta’ interpretazzjoni konformi huwa tal-qorti nazzjonali li għandha tiddeċiedi fuq l-ammont tal-ispejjeż li, sa fejn l-awtorità tar-res judicata li hija marbuta mad-deċiżjoni, li saret finali, dwar it-tqassim tal-ispejjeż ma tipprekludix dan, u hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika dan.


    (1)  ĠU C 178, 6.6.2017.


    Top