This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62016TN0286
Case T-286/16: Action brought on 2 June 2016 — Kneidinger v EUIPO — Topseat International (Toilet Lid)
Kawża T-286/16: Rikors ippreżentat fit-2 ta Ġunju 2016 – Kneidinger vs EUIPO – Topseat International (Toilettendeckel)
Kawża T-286/16: Rikors ippreżentat fit-2 ta Ġunju 2016 – Kneidinger vs EUIPO – Topseat International (Toilettendeckel)
ĠU C 260, 18.7.2016, p. 50–50
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
18.7.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 260/50 |
Rikors ippreżentat fit-2 ta Ġunju 2016 – Kneidinger vs EUIPO – Topseat International (Toilettendeckel)
(Kawża T-286/16)
(2016/C 260/62)
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Ernst Kneidinger (Wilhering, l-Awstrija) (rappreżentant: M. Grötschl, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Topseat International (Plano, Texas, l-Istati Uniti tal-Amerka)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tad-disinn ikkontestat: ir-rikorrent
Disinn ikkontestat ikkonċernat: disinn Komunitarju Nru 2274035-0001
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-5 ta’ April 2016 fil-Każ R 1030/2015-3
Talbiet
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż ta’ din il-proċedura, b’mod partikolari għall-ispejjeż relatati ma’ dan ir-rikors kif ukoll mal-ispejjeż l-oħra ta’ eventwali seduta u mal-ispejjeż tal-ivjaġġar - u għall-ispejjeż tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell. |
Motiv invokat
— |
Ksur tal-Artikolu 6(1) u (3) tar-Regolament Nru 6/2002. |