This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62016TN0264
Case T-264/16: Action brought on 27 May 2016 — Korea National Insurance v Council and Commission
Kawża T-264/16: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Mejju 2016 – Korea National Insurance vs Il-Kunsill u l-Kummissjoni
Kawża T-264/16: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Mejju 2016 – Korea National Insurance vs Il-Kunsill u l-Kummissjoni
ĠU C 287, 8.8.2016, p. 24–24
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
8.8.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 287/24 |
Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Mejju 2016 – Korea National Insurance vs Il-Kunsill u l-Kummissjoni
(Kawża T-264/16)
(2016/C 287/30)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Korea National Insurance Corp. (Pyongyang, ir-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea) (rappreżentanti: M. Lester u S. Midwinter, Barristers, T. Brentnall u A. Stevenson, Solicitors)
Konvenuti: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
— |
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/475, tal-31 ta’ Marzu 2016, li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/183/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika Popolari tal-Korea u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/659, tas-27 ta’ April 2016, li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 329/2007, dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea sa fejn dawn il-miżuri kienu intiżi sabiex jinkludu lir-rikorrenti fl-Anness V tar-Regolament tal-Kunsill KE 329/2007 u fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2013/183/PESK; |
— |
torna lill-konvenuti jbatu l-ispejjeż tar-rikorrenti. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.
1. |
L-ewwel motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li l-konvenuti naqsu milli jagħtu raġunijiet adegwati jew suffiċjenti għall-inklużjoni tar-rikorrenti. |
2. |
It-tieni motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li l-konvenuti manifestament wettqu żball meta qiesu li ebda waħda mill-kriterji għall-elenkar fil-miżuri kkontestati ma kienet issodisfatta fil-każ tar-rikorrenti u li ma hemm l-ebda bażi fattwali għall-inklużjoni tagħha. |
3. |
It-tielet motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li l-konvenuti kisru l-prinċipji tal-protezzjoni tad-data. |
4. |
Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li l-konvenuti kisru, mingħajr ġustifikazzjoni jew proporzjon, id-drittijiet fundamentali tar-rikorrenti, inklużi d-dritt tagħha għal protezzjoni tal-proprjetà, tan-negozju u tar-reputazzjoni tagħha. |