EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TN0198

Kawża T-198/16: Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Mejju 2016 – Fondo interbancario di tutela dei depositi vs Il-Kummissjoni

ĠU C 222, 20.6.2016, p. 33–34 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

20.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 222/33


Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Mejju 2016 – Fondo interbancario di tutela dei depositi vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-198/16)

(2016/C 222/41)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Fondo interbancario di tutela dei depositi (Ruma, l-Italja) (rappreżentanti: M. Siragusa, G. Scassellati Sforzolini, G. Faella, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea C(2015)9526 finali, tat-23 ta’ Diċembru 2015, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.39451 (2015/C) (ex 2015/NN);

sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni sa fejn tirrigwarda l-konstatazzjoni u l-klassifikazzjoni tal-element ta’ għajnuna li jinsab fil-miżura 3;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Id-deċiżjoni li hija s-suġġett ta’ dan ir-rikors preżenti hija l-istess bħal dik li hija ikkontestata fil-Kawżi T-98/16, L-Italja vs Il-Kummissjoni u T-196/16, Banca Tercas vs Il-Kummissjoni.

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk imqajma f’dawn iż-żewġ kawżi.


Top