This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62016TN0030
Case T-30/16: Action brought on 26 January 2016 — M.I. Industries v OHIM — Natural Instinct (Natural Instinct Dog and Cat food as nature intended)
Kawża T-30/16: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Jannar 2016 – M.I.Industries vs UASI – Natural Instinct (Natural Instinct Dog and Cat food as nature intended)
Kawża T-30/16: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Jannar 2016 – M.I.Industries vs UASI – Natural Instinct (Natural Instinct Dog and Cat food as nature intended)
ĠU C 106, 21.3.2016, p. 40–41
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
21.3.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 106/40 |
Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Jannar 2016 – M.I.Industries vs UASI – Natural Instinct (Natural Instinct Dog and Cat food as nature intended)
(Kawża T-30/16)
(2016/C 106/47)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: M.I. Industries, Inc. (Lincoln, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: T. Elias, Barrister, B. Cookson, Solicitor)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Natural Instinct Ltd (Camberley, ir-Renju Unit)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Applikant għat-trade mark ikkontestata: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja figurattiva li tinkludi l-elementi verbali “Natural Instinct Dog and Cat food as nature intended” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 11 438 074
Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI tas-26 ta’ Novembru 2015 fil-Każ R 2944/2014-5
Talbiet
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
— |
tilqa’ l-oppożizzjoni Nru B 002 181 272 tar-rikorrenti u tiċħad l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 11 438 074 ta’ NIL; sussidjarjament, tiddikjara li r-rikorrenti pproduċiet prova tal-użu ġenwin tat-trade marks Komunitarji tagħha Nru 5 208 418 u Nru 5 208 201 għall-finijiet tal-oppożizzjoni Nru B 002 181 272, u tibgħat lura l-kawża lill-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI sabiex jiddeċiedi l-kwistjonijiet imqajma fir-rigward ta’ kull waħda minn dawn it-trade marks taħt l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja; b’mod iktar sussidjarju, tibgħat lura l-kawża fl-intier tagħha lill-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI; |
— |
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti fil-kuntest ta’ dan ir-rikors. |
Motivi invokati
— |
Ksur tal-Artikolu 42(2) tar-Regolament Nru 207/2009; |
— |
Ksur tar-Regola 22(3) u (4) tar-Regolament Nru 2868/95; |
— |
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009; |
— |
Ksur tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009. |