This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62016TN0024
Case T-24/16: Action brought on 21 January 2016 — Sovena Portugal — Consumer Goods v OHIM — Mueloliva (FONTOLIVA)
Kawża T-24/16: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Jannar 2016 – Sovena Portugal – Consumer Goods vs UASI – Mueloliva (FONTOLIVA)
Kawża T-24/16: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Jannar 2016 – Sovena Portugal – Consumer Goods vs UASI – Mueloliva (FONTOLIVA)
ĠU C 106, 21.3.2016, p. 38–39
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
21.3.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 106/38 |
Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Jannar 2016 – Sovena Portugal – Consumer Goods vs UASI – Mueloliva (FONTOLIVA)
(Kawża T-24/16)
(2016/C 106/44)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Sovena Portugal – Consumer Goods, SA (Lisbona, il-Portugall) (rappreżentant: D. Martins Pereira, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Mueloliva, SL (Cordoba, Spanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Applikant għat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrenti
Trade mark ikkontestata kkonċernata: reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark verbali “FONTOLIVA” li tindika l-Unjoni Ewropea – Reġistrazzjoni internazzjonali Nru 1 107 792 li tindika l-Unjoni Ewropea
Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tal-4 ta’ Novembru 2015 fil-Każ R 1813/2014-2
Talbiet
— |
tilqa’ dan ir-rikors |
— |
tiċħad id-deċiżjoni kkontestata kollha kemm hi; |
— |
tirrettifika d-deċiżjoni kkontestata, fuq il-bażi tal-motivi invokati f’dan ir-rikors u tiddikjara l-għoti ta’ protezzjoni lit-trade mark internazzjonali Nru 1 107 792 FONTOLIVA fir-rigward tal-Unjoni Ewropea; |
— |
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti, inklużi l-ispejjeż sostnuti fil-proċedimenti quddiem l-UASI; |
— |
tikkundanna lill-parti l-oħra fil-kawża għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti fil-proċedimenti quddiem l-UASI. |
Motivi invokati
— |
Skadenza tat-trademark preċedenti Spanjola Nru 780 071 FUENOLIVA; |
— |
Insuffiċjenza tal-prova ta’ użu ġenwin tat-trade mark preċedenti; |
— |
Ineżistenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja; |
— |
eżistenza ta’ żewġ trade marks preċedenti FONTOLIVA fi Spanja. |