Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TB0883

Kawża T-883/16 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-21 ta’ Lulju 2017 – Il-Polonja vs Il-Kummissjoni “Proċeduri għal miżuri provviżorji — Suq intern tal-gass naturali — Direttiva 2009/73/KE — Talba tal-Bundesnetzagentur intiża sabiex jinbidlu l-kundizzjonijiet ta’ deroga għar-regoli tal-Unjoni għall-operar tal-pipeline OPAL — Deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar il-bidla fil-kundizzjonijiet ta’ deroga għar-regoli tal-Unjoni — Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Nuqqas ta’ urġenza”

ĠU C 293, 4.9.2017, p. 34–35 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

4.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 293/34


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-21 ta’ Lulju 2017 – Il-Polonja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-883/16 R)

(“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Suq intern tal-gass naturali - Direttiva 2009/73/KE - Talba tal-Bundesnetzagentur intiża sabiex jinbidlu l-kundizzjonijiet ta’ deroga għar-regoli tal-Unjoni għall-operar tal-pipeline OPAL - Deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar il-bidla fil-kundizzjonijiet ta’ deroga għar-regoli tal-Unjoni - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ urġenza”)

(2017/C 293/41)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentanti: B. Majczyna, M. Kawnik u K. Rudzińska, aġent)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: O. Beynet u K. Herrmann, aġenti)

Parti intervenjenti insostenn tal-parti(jiet)rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Litwanja rappreżentanti: D. Kriaučiūnas u R. Krasuckaitė, aġenti)

Parti intervenjenti insostenn tal-parti konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: T. Henze u R. Kanitz, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2016) 6950 finali, tat-28 ta’ Ottubru 2016, li tirrigwarda l-bidla tal-kundizzjonijiet ta’ deroga tal-pipeline OPAL għar-regoli dwar l-aċċess ta’ terzi u għal-leġiżlazzjoni tariffarja stabbilita bid-Direttiva 2003/55/KE.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji tiġi miċħuda.

2)

Id-Digriet tat-23 ta’ Diċembru 2016, Il-Polonja vs Il-Kummissjoni (T-883/16 R), huwa rrevokat.

3)

L-ispejjeż huma rriżervati.


Top