EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TB0423

Kawża T-423/16: Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Lulju 2017 – De Masi vs Il-Kummissjoni [“Rikors għal annullament — Aċċess għal dokumenti — Regolament (KE) Nru 1049/2001 — Dokumenti li jirrigwardaw il-ħidma tal-grupp tal-Kodiċi ta’ Kondotta (tassazzjoni tal-intrapriżi) stabbilit mill-Kunsill — Risposta għat-talbiet inizjali wara soluzzjoni ekwa — Assenza ta’ deċiżjoni konfermattiva — Inammissibbiltà”]

ĠU C 293, 4.9.2017, p. 32–33 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

4.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 293/32


Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Lulju 2017 – De Masi vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-423/16) (1)

([“Rikors għal annullament - Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Dokumenti li jirrigwardaw il-ħidma tal-grupp tal-Kodiċi ta’ Kondotta (tassazzjoni tal-intrapriżi) stabbilit mill-Kunsill - Risposta għat-talbiet inizjali wara soluzzjoni ekwa - Assenza ta’ deċiżjoni konfermattiva - Inammissibbiltà”])

(2017/C 293/38)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Fabio De Masi (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: A. Fischer-Lescano, professeur)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn J. Baquero Cruz u F. Erlbacher, sussegwentement minn J. Baquero Cruz, aġenti)

Suġġett

Talba bbażta fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li jinkludu, minn naħa, l-ittra tal-20 ta’ Mejju 2016 u, min-naħa l-oħra, l-ittra tat-13 ta’ Lulju 2016, li tirrispondi għat-talbiet ta’ aċċess għal dokumenti tal-grupp tal-Kodiċi ta’ Kondotta (tassazzjoni tal-intrapriżi)”, ippreżentati mir-rikorrenti abbażi tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħuda bħala manifestament inammissibbli.

2)

F. De Masi għandu jbati l-ispejjeż tiegħu, kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 371, 10.10.2016.


Top