Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TA0640(01)

    Kawża T-640/16 RENV: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Jannar 2023 – GEA Group vs Il-Kummissjoni (“Kompetizzjoni – Akkordji – Swieq Ewropej tal-istabilizzaturi termiċi abbażi ta’ landa, żejt tas-sojja epossidizzat u esteri – Applikazzjoni tal-limitu massimu ta’ 10 % tad-dħul mill-bejgħ għal waħda mill-entitajiet li jikkostitwixxu l-impriża – Annullament tad-deċiżjoni li temenda l-multa ffissata fid-deċiżjoni inizjali ta’ konstatazzjoni tal-ksur – Ammissibbiltà – Interess ġuridiku – Multi – Preskrizzjoni – Kunċett ta’ ‘impriża’ – Responsabbiltà in solidum għall-ħlas tal-multa – Drittijiet tad-difiża – Dritt għal smigħ – Ugwaljanza fit-trattament – Data ta’ eżiġibbiltà tal-multa fil-każ ta’ emenda – Motivazzjoni”)

    ĠU C 94, 13.3.2023, p. 32–32 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    13.3.2023   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 94/32


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Jannar 2023 – GEA Group vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-640/16 RENV) (1)

    (“Kompetizzjoni - Akkordji - Swieq Ewropej tal-istabilizzaturi termiċi abbażi ta’ landa, żejt tas-sojja epossidizzat u esteri - Applikazzjoni tal-limitu massimu ta’ 10 % tad-dħul mill-bejgħ għal waħda mill-entitajiet li jikkostitwixxu l-impriża - Annullament tad-deċiżjoni li temenda l-multa ffissata fid-deċiżjoni inizjali ta’ konstatazzjoni tal-ksur - Ammissibbiltà - Interess ġuridiku - Multi - Preskrizzjoni - Kunċett ta’ ‘impriża’ - Responsabbiltà in solidum għall-ħlas tal-multa - Drittijiet tad-difiża - Dritt għal smigħ - Ugwaljanza fit-trattament - Data ta’ eżiġibbiltà tal-multa fil-każ ta’ emenda - Motivazzjoni”)

    (2023/C 94/34)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrent: GEA Group AG (Düsseldorf, il-Ġermanja) (rappreżentanti: I. du Mont u C. Wagner, avukati)

    Konvenut: Il-Kummissjoni

    Suġġett

    Permezz tar-rikors tagħha bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2016) 3920 finali, tad-29 ta’ Ġunju 2016, li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 8682 finali, tal-11 ta’ Novembru 2009, dwar proċediment għall-applikazzjoni tal-Artikolu [101 TFUE] u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/38589 – Stabilizzaturi termiċi).

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    GEA Group AG għandha tbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħha, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea fil-proċeduri T-640/16, T-640/16 RENV u C-823/18 P.


    (1)  JO C 392, 24.10.2016.


    Top