This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62016TA0431
Case T-431/16: Judgment of the General Court of 26 October 2017 — VIMC v Commission (Competition — Abuse of dominant position — Private healthcare market — Article 13(1) of Regulation (EC) No 1/2003 — Decision rejecting a complaint — Handing of the case by a Member State’s competition authority)
Kawża T-431/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Ottubru 2017 – VIMC vs Il-Kumissjoni [“Kompetizzjoni — Abbuż ta’ pożizzjoni dominanti — Suq ta’ kura tas-saħħa privata — Artikolu 13(1) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 — Deċiżjoni ta’ ċaħda ta’ ilment — Trattament tal-każ minn awtorità ta’ kompetizzjoni ta’ Stat Membru”]
Kawża T-431/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Ottubru 2017 – VIMC vs Il-Kumissjoni [“Kompetizzjoni — Abbuż ta’ pożizzjoni dominanti — Suq ta’ kura tas-saħħa privata — Artikolu 13(1) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 — Deċiżjoni ta’ ċaħda ta’ ilment — Trattament tal-każ minn awtorità ta’ kompetizzjoni ta’ Stat Membru”]
ĠU C 424, 11.12.2017, p. 31–32
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
11.12.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 424/31 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Ottubru 2017 – VIMC vs Il-Kumissjoni
(Kawża T-431/16) (1)
([“Kompetizzjoni - Abbuż ta’ pożizzjoni dominanti - Suq ta’ kura tas-saħħa privata - Artikolu 13(1) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 - Deċiżjoni ta’ ċaħda ta’ ilment - Trattament tal-każ minn awtorità ta’ kompetizzjoni ta’ Stat Membru”])
(2017/C 424/45)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: VIMC – Vienna International Medical Clinic GmbH (Kulmbach, il-Ġermanja) (rappreżentanti: R. Bramerdorfer u H. Grubmüller, avukati)
Konvenuta: Il-Kumissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Dawes u C. Vollrath, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2016) 3351 finali, tas-27 ta’ Mejju 2016, li tiċħad l-ilment imressaq mir-rikorrenti dwar ksur tal-Artikolu 102 TFUE allegatament imwettaq mill-Wirtschaftskammer Österreich (WKO, Kamra ekonomika tal-Awstrija) jew il-Fachverband der Gesundheitsbetriebe (assoċjazzjoni professjonali ta’ impriżi fil-qasam tas-saħħa, l-Awstrija) (Każ AT.40231 – VIMC/WK&FGB).
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
VIMC – Vienna International Medical Clinic GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż. |