Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TA0088

Kawża T-88/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali 26 ta’ Jannar 2017 – Opko Ireland Global Holdings vs EUIPO – Teva Pharmaceutical Industries (ALPHAREN) [“Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għal trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea ALPHAREN — Trade marks nazzjonali verbali preċedenti ALPHA D3 — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Teħid inkunsiderazzjoni ta’ provi ġodda mill-Bord tal-Appell wara sentenza ta’ annullament — Artikolu 76(2) tar-Regolament Nru 207/2009”]

ĠU C 78, 13.3.2017, p. 29–30 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

13.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 78/29


Sentenza tal-Qorti Ġenerali 26 ta’ Jannar 2017 – Opko Ireland Global Holdings vs EUIPO – Teva Pharmaceutical Industries (ALPHAREN)

(Kawża T-88/16) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea ALPHAREN - Trade marks nazzjonali verbali preċedenti ALPHA D3 - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Teħid inkunsiderazzjoni ta’ provi ġodda mill-Bord tal-Appell wara sentenza ta’ annullament - Artikolu 76(2) tar-Regolament Nru 207/2009”])

(2017/C 078/40)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Opko Ireland Global Holdings (Dublin, l-Irlanda) (rappreżentanti: S. Malynicz, QC, A. Smith u D. Meale, solicitors)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: A. Folliard Monguiral, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Teva Pharmaceutical Industries Ltd (Ġerusalemm, Iżrael)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO, tas-16 ta’ Diċembru 2015 (Każ R 2387/2014-5), rigward proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Teva Pharmaceutical Industries u Opko Ireland Global Holdings.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Opko Ireland Global Holdings Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 136, 18.4.2016.


Top