Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CN0685

    Kawża C-685/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Münster (il-Ġermanja) fis-27 ta’ Diċembru 2016 – EV vs Finanzamt Lippstadt

    ĠU C 144, 8.5.2017, p. 18–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    8.5.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 144/18


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Münster (il-Ġermanja) fis-27 ta’ Diċembru 2016 – EV vs Finanzamt Lippstadt

    (Kawża C-685/16)

    (2017/C 144/23)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Finanzgericht Münster

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: EV

    Konvenut: Finanzamt Lippstadt

    Domanda preliminari

    Id-dispożizzjonijiet relatati mal-moviment liberu tal-kapital u tal-pagamenti, li jinsabu fl-Artikoli 63 et seq tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, għandhom jiġu interpretati bħala li jipprekludu r-regola tal-punt 7 tal-Artikolu 9 tal-Gewerbesteuergesetz 2002 (liġi dwar it-taxxa fuq il-profitti tal-impriżi) kif emendata bil-liġi fiskali għas-sena 2008 tal-20 ta’ Diċembru 2007 (BGBl. I 2007, 3150) sa fejn din għandha bħala effett li torbot it-tnaqqis, imwettaq fil-kuntest tat-taxxa fuq il-profitti tal-impriżi fir-rigward ta’ profitt u ta’ reintegrazzjonijiet, tal-profitti li jirriżultaw minn ishma miżmuma f’kumpannija b’kapital azzjonarju li għandha t-tmexxija u s-sede tagħha barra mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ma’ kundizzjonijiet iktar iebsin milli għat-tnaqqis fuq il-profitti u fuq ir-reintegrazzjonijiet tal-profitti li jirriżultaw minn ishma miżmuma f’kumpannija b’kapital azzjonarju rregolata mid-dritt nazzjonali, mhux eżentata mit-taxxa, jew fuq il-parti tal-profitti tal-impriża rregolata mid-dritt nazzjonali li tkun relatata ma’ stabbiliment permanenti li jinsab barra mit-territorju nazzjonali?


    Top