Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CN0484

    Kawża C-484/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Giudice di pace di Taranto (l-Italja) fit-8 ta’ Settembru 2016 – proċeduri kriminali kontra Antonio Semeraro

    ĠU C 428, 21.11.2016, p. 12–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    21.11.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 428/12


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Giudice di pace di Taranto (l-Italja) fit-8 ta’ Settembru 2016 – proċeduri kriminali kontra Antonio Semeraro

    (Kawża C-484/16)

    (2016/C 428/12)

    Lingwa tal-kawża: it-Taljan

    Qorti tar-rinviju

    Giudice di pace di Taranto

    Parti fil-kawża prinċipali

    Antonio Semeraro

    Domanda preliminari

    Id-Direttiva 2012/29/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-25 ta’ Ottubru 2012, li tistabbilixxi standards minimi fir-rigward tad-drittijiet, l-appoġġ u l-protezzjoni tal-vittmi tal-kriminalità, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2001/220/ĠAI (1), li ġiet trasposta fl-Italja permezz tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 212, tal-15 ta’ Diċembru 2015, ippubblikat fil-Gazzetta Ufficiale, serje ġenerali, Nru 3 tal-5 ta’ Jannar 2016, u b’mod iktar speċifiku, il-premessi 9, 66 u 67 kif ukoll l-Artikolu 2(1)(a) tal-imsemmija direttiva, fid-dawl tal-Artikolu 83 TFUE u tal-Artikoli 2 u 3 tal-kostituzzjoni Taljana kif ukoll tal-Artikoli 49, 51, 53 u 54 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, tipprekludu t-tħassir tar-reat previst fl-Artikolu 594 tal-kodiċi penali, liema tħassir huwa previst fl-Artikoli [1] et seq. tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 7, tal-15 ta’ Jannar 2016?


    (1)  ĠU L 315, p. 57.


    Top