This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62016CN0375
Case C-375/16: Request for a preliminary ruling from the Bundesfinanzhof (Germany) lodged on 7 July 2016 — Finanzamt Bergisch Gladbach v Igor Butin
Kawża C-375/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fis-7 ta’ Lulju 2016 – Finanzamt Bergisch Gladbach vs Igor Butin
Kawża C-375/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fis-7 ta’ Lulju 2016 – Finanzamt Bergisch Gladbach vs Igor Butin
ĠU C 392, 24.10.2016, p. 6–6
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
24.10.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 392/6 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fis-7 ta’ Lulju 2016 – Finanzamt Bergisch Gladbach vs Igor Butin
(Kawża C-375/16)
(2016/C 392/07)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesfinanzhof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Finanzamt Bergisch Gladbach
Konvenut: Igor Butin
Domandi preliminari
1) |
L-Artikolu 226(5) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1) jeżiġi li jiġi indikat indirizz tal-persuna taxxabbli li fih din tal-aħħar teżerċita l-attivitajiet ekonomiċi tagħha? |
2) |
Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv għall-ewwel domanda:
|
3) |
Fil-każ li r-rekwiżiti formali applikabbli għall-fattura skont l-Artikolu 226 tad-Direttiva 2006/112 ma jiġux issodisfatti, it-tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa għandu dejjem jingħata meta ma jkunx hemm frodi fiskali jew meta l-persuna taxxabbli ma kinitx taf u ma setgħetx tkun taf li hija kienet involuta fi frodi, jew il-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi titlob f’dan il-każ li l-persuna taxxabbli tkun għamlet dak kollu li seta’ jkun raġonevolment mistenni minnha sabiex tivverifika l-awtentiċità tal-indikazzjonijiet li jinsabu fil-fattura? |