Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CN0345

    Kawża C-345/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-tribunal de première instance de Liège (il-Belġju) fit-22 ta’ Ġunju 2016 – Jean Jacob, Dominique Lennertz vs État belge

    ĠU C 326, 5.9.2016, p. 14–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    5.9.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 326/14


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-tribunal de première instance de Liège (il-Belġju) fit-22 ta’ Ġunju 2016 – Jean Jacob, Dominique Lennertz vs État belge

    (Kawża C-345/16)

    (2016/C 326/25)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Qorti tar-rinviju

    Tribunal de première instance de Liège

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Jean Jacob, Dominique Lennertz

    Konvenut: État belge

    Domanda preliminari

    L-Artikolu 39 [KE] jipprekludi li s-sistema fiskali Belġjana, fl-Artikolu 155 taċ-CIR/92 tagħha, kemm jekk tiġi injorata jew applikata ċ-ċirkolari tat-12 ta’ Marzu 2008 bin-Nru Ci.RH.331/575.420, ikollha bħala konsegwenza li l-pensjonijiet Lussemburgiżi tar-rikorrent, eżenti b’applikazzjoni tal-Artikolu 18 tal-Ftehim għall-evitar tat-tassazzjoni doppja bejn il-Belġju u l-Lussemburgu, jiġu inklużi fil-kalkolu tat-taxxa Belġjana, iservu bħala bażi għall-għoti ta’ vantaġġi fiskali stabbiliti miċ-CIR/92 u li l-benefiċċji tagħhom, bħal dawk tal-eżenzjoni ta’ porzjon mit-taxxa, ta’ tfaddil fit-tul, ta’ spejjeż imħallsa b’titoli ta’ servizzi, bil-għan li jitnaqqas il-konsum tal-enerġija f’abitazzjoni, ta’ sigurtà fl-abitazzjonijiet kontra s-serq jew in-nirien, bħala liberalitajiet tar-rikorrent, jitnaqqsu jew jingħataw f’livell inqas milli kieku r-rikorrenti kellhom it-tnejn li huma dħul mill-Belġju u kieku r-rikorrenti, pjuttost milli r-rikorrent, kienet ibbenefikat minn pensjonijiet esklużivament Belġjani?


    Top