This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62016CN0287
Case C-287/16: Request for a preliminary ruling from the Supremo Tribunal de Justiça (Portugal) lodged on 23 May 2016 — Fidelidade-Companhia de Seguros SA v Caisse Suisse de Compensation and Others
Kawża C-287/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supremo Tribunal de Justiça (il-Portugall) fit-23 ta’ Mejju 2016 – Fidelidade-Companhia de Seguros SA vs Caisse Suisse de Compensation et
Kawża C-287/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supremo Tribunal de Justiça (il-Portugall) fit-23 ta’ Mejju 2016 – Fidelidade-Companhia de Seguros SA vs Caisse Suisse de Compensation et
ĠU C 326, 5.9.2016, p. 9–9
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
5.9.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 326/9 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supremo Tribunal de Justiça (il-Portugall) fit-23 ta’ Mejju 2016 – Fidelidade-Companhia de Seguros SA vs Caisse Suisse de Compensation et
(Kawża C-287/16)
(2016/C 326/17)
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Qorti tar-rinviju
Supremo Tribunal de Justiça
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Fidelidade-Companhia de Seguros SA
Konvenuti: Caisse Suisse de Compensation, Fundo de Garantia Automóvel, Sandra Cristina Chrystello Pinto Moreira Pereira, Sandra Manuela Teixeira Gomes Seemann, Catarina Ferreira Seemann, José Batista Pereira
Domanda preliminari
L-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 72/166/KEE (1), l-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 84/5/KEE (2), u l-Artikolu 1 tad-Direttiva 90/232/KEE (3), dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur, jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tagħti lok għan-nullità assoluta tal-kuntratt ta’ assigurazzjoni, bħala konsegwenza ta’ dikjarazzjonijiet foloz dwar il-proprjetarju tal-vettura bil-mutur, kif ukoll dwar l-identità tas-sewwieq abitwali tagħha, inkwantu l-kuntratt kien konkluż minn persuna li ma jkollhiex interess ekonomiku fl-użu tal-vettura u jkun hemm intenzjoni frawdolenti mistura min-naħa tal-partijiet ikkonċernati (il-persuna assigurata, il-proprjetarju u s-sewwieq abitwali) li jiġu koperti għar-riskji marbuta mal-użu tal-vettura bil-mutur, permezz: (i) tal-konklużjoni ta’ kuntratt li l-persuna li qed tassigura ma kinitx tikkonkludi li kieku kellha tkun taf l-identità tal-persuna assigurata; (ii) tal-ħlas ta’ primjum inferjuri għal dak li jkun dovut minħabba l-età tas-sewwieq abitwali?
(1) Direttiva tal-Kunsill 72/166/KEE, tal-24 ta’ April 1972, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 10).
(2) It-Tieni Direttiva tal-Kunsill 84/5/KEE, tat-30 ta’ Diċembru 1983, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 3).
(3) It-Tielet Direttiva tal-Kunsill 90/232/KEE, tal-14 ta’ Mejju 1990, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 249).