Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CN0267

    Kawża C-267/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supreme Court of Gibraltar (ir-Renju Unit) fit-13 ta’ Mejju 2016 – Albert Buhagiar, Wayne Piri, Stephanie Piri, Arthur Taylor, Henry Bonifacio, Colin Tomlinson, Darren Sheriff vs The Hon. Gilbert Licudi QC MP Minister for Justice

    ĠU C 260, 18.7.2016, p. 32–33 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    18.7.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 260/32


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supreme Court of Gibraltar (ir-Renju Unit) fit-13 ta’ Mejju 2016 – Albert Buhagiar, Wayne Piri, Stephanie Piri, Arthur Taylor, Henry Bonifacio, Colin Tomlinson, Darren Sheriff vs The Hon. Gilbert Licudi QC MP Minister for Justice

    (Kawża C-267/16)

    (2016/C 260/40)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Qorti tar-rinviju

    Supreme Court of Gibraltar.

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Albert Buhagiar, Wayne Piri, Stephanie Piri, Arthur Taylor, Henry Bonifacio, Colin Tomlinson, Darren Sheriff.

    Konvenut: The Hon. Gilbert Licudi QC MP Minister for Justice.

    Domandi preliminari

    1)

    Jekk id-dispożizzjonijiet tal-Pass Ewropew tal-armi tan-nar (iktar ’il quddiem il-“PEAN”) fid-Direttiva (1) jikkonċernaw biss il-moviment liberu tal-merkanzija, jistgħu, madankollu, japplikaw għal Ġibiltà fuq il-bażi li ma humiex tranżazzjonijiet kummerċjali jew tan-negozju u, għalhekk, jaqgħu barra mill-portata tad-derogi mogħtija lil Ġibiltà taħt l-Att ta’ Adeżjoni tal-1972?

    2)

    Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva dwar il-PEAN, fir-rigward ta’ kaċċaturi u tiraturi fuq bersalji, għandhom japplikaw għal Ġibiltà minħabba li jikkonċernaw il-moviment liberu tas-servizzi?

    3)

    Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva dwar il-PEAN, fir-rigward ta’ kaċċaturi u tiraturi fuq bersalji, huma invalidi minħabba li jikkonċernaw il-moviment liberu tal-persuni u, għalhekk, ġew adottati fuq il-bażi legali żbaljata?


    (1)  Direttiva tal-Kunsill 91/477/KEE, tat-18 ta’ Ġunju1991, dwar il-kontroll tal-akkwist u l-pussess ta’ armi (GU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 13, Vol. 11, p. 3)


    Top