Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CN0238

    Kawża C-238/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Münster (Il-Ġermanja) fis-26 ta’ April 2016 – X vs Finanzamt I

    ĠU C 343, 19.9.2016, p. 18–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    19.9.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 343/18


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Münster (Il-Ġermanja) fis-26 ta’ April 2016 – X vs Finanzamt I

    (Kawża C-238/16)

    (2016/C 343/29)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Finanzgericht Münster

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: X

    Konvenut: Finanzamt I

    Domandi preliminari

    1)

    L-Artikolu 132(1)(d) tad-Direttiva 2006/112/KE (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li l-provvisti ta’ demm tal-bniedem jinkludu wkoll il-provvisti ta’ plażma miksuba mid-demm tal-bniedem?

    2)

    Fil-każ li r-risposta għall-ewwel domanda tkun fl-affermattiv, dan japplika wkoll għall-plażma li ma hijiex intiża direttament għal użu terapewtiku iżda esklużivament għall-manifattura ta’ prodotti mediċinali?

    3)

    Fil-każ li r-risposta għat-tieni domanda tkun fin-negattiv, il-klassifikazzjoni tal-plażma bħala “demm” tiddependi biss mill-għan tagħha jew għandu jittieħed inkunsiderazzjoni wkoll l-użu teoretiku li jista’ jsir minnha?

    4)

    Fil-każ li r-risposta għall-ewwel u għat-tieni domandi tkun fl-affermattiv, tranżazzjoni eżentata mill-VAT fi Stat Membru, skont l-Artikolu 132(1)(d) tad-Direttiva 2006/112/KE, timplika l-esklużjoni tad-dritt għal tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa, prevista fl-Artikolu 168 tad-Direttiva 2006/112/KE, indipendentement mis-sistema tal-VAT applikabbli fil-pajjiż terz, anki jekk din it-tranżazzjoni tikkostitwixxi provvista għall-esportazzjoni li, konformement mal-Artikolu 169(b) tad-Direttiva 2006/112/KE, moqri flimkien mal-Artikolu 146(1) ta’ din id-direttiva, tagħti lok għat-tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa?


    (1)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1).


    Top