Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CC0360

    Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali M. Szpunar, ippreżentati fit-18 ta’ Mejju 2017.
    College van Burgemeester en Wethouders van de gemeente Amersfoort u Visser Vastgoed Beleggingen BV vs Raad van de gemeente Appingedam.
    Talbiet għal deċiżjoni preliminari, imressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden u Raad van State.
    Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Servizzi fis-suq intern – Direttiva 2006/123/KE – Kamp ta’ applikazzjoni – Artikolu 2(2)(ċ) – Esklużjoni tas-servizzi u tan-netwerks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi – Punt 1 tal-Artikolu 4 – Kunċett ta’ ‘servizz’ – Kummerċ bl-imnut tal-prodotti – Kapitolu III – Libertà ta’ stabbiliment tal-fornituri – Applikabbiltà f’sitwazzjonijiet purament interni – Artikolu 15 – Rekwiżiti li għandhom jiġu evalwati – Limitu territorjali – Pjan urban li jipprojbixxi l-attività ta’ kummerċ bl-imnut ta’ prodotti mhux goffi f’żoni ġeografiċi li jinsabu ’l barra miċ-ċentru tal-belt – Protezzjoni tal-ambjent urban – Awtorizzazzjoni ta’ netwerks u ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi – Direttiva 2002/20/KE – Piżijiet pekunjarji marbuta mad-drittijiet għall-installazzjoni ta’ faċilitajiet intiżi għal netwerk pubbliku ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi.
    Kawżi magħquda C-360/15 u C-31/16.

    Court reports – general ;

    ECLI identifier: ECLI:EU:C:2017:397

    KONKLUŻJONIJIET TAL-AVUKAT ĠENERALI

    SZPUNAR

    ippreżentati fit-18 ta’ Mejju 2017 ( 1 )

    Kawżi Magħquda C‑360/15 u C‑31/16

    College van Burgemeester en Wethouders van de gemeente Amersfoort

    vs

    X BV

    [Talba għal deċiżjoni preliminari mill-Hoge Raad der Nederlanden (qorti suprema tal-Pajjiżi l-Baxxi)]

    Direttiva 2006/123/KE – Kamp ta’ applikazzjoni – Artikolu 2(2)(ċ) – Artikolu 2(3) – Attivitajiet relatati mal-provvista ta’ netwerks elettroniċi – Direttiva 2002/20 – Artikolu 13

    u

    Visser Vastgoed Beleggingen BV

    vs

    Raad van de gemeente Appingedam

    [Talba għal deċiżjoni preliminari mir-Raad van State (kunsill tal-istat, il-Pajjiżi l-Baxxi)]

    “Direttiva 2006/123/KE – Twaqqif ta’ Fornituri ta’ Servizzi – Kamp ta’ applikazzjoni – Premessa 9 – Artikolu 4(1) – Kunċett ta’ ‘servizz’ – Bejgħ bl-imnut – Pjan għal żoni komunali – Artikolu 15(2)(a) – Restrizzjoni territorjali – Artikolu 15(3) – Protezzjoni tal-ambjent urban”

    Werrej

     

    I. Introduzzjoni

     

    II. Il-kuntest ġuridiku

     

    A. Id-dritt tal-Unjoni Ewropea

     

    1. Id-Direttiva 2006/123 dwar is-servizzi fis-suq intern

     

    2. Id-dritt tal-UE dwar tariffi amministrattivi fir-rigward tal-installazzjoni ta’ netwerks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi

     

    B. Id-dritt tal-Pajjiżi l-Baxxi

     

    1. Dispożizzjonijiet magħżula mill-kodiċi tat-telekomunikazzjonijiet tal-Pajjiżi l-Baxxi

     

    2. “Leges” fil-Komun ta’ Amersfoort

     

    3. Dispożizzjonijiet li jirregolaw mapep urbani fil-Pajjiżi l-Baxxi u fil-Komun ta’ Appingedam

     

    III. Il-kawżi prinċipali u d-domandi preliminari magħmula

     

    A. C‑360/15, X

     

    B. C‑31/16, Visser

     

    IV. Il-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja

     

    V. Analiżi

     

    A. Kawża C‑360/15, X

     

    1. Fuq il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2006/123 (Domandi 1 sa 3)

     

    a) L-Artikolu 2 tad-Direttiva 2006/123 (Domanda 1)

     

    1) Fuq l-Artikolu 2(2)(ċ) tad-Direttiva 2006/123

     

    2) Fuq l-Artikolu 2(3) tad-Direttiva 2006/123

     

    b) Fuq il-premessa 9 tad-Direttiva 2006/123 (Domanda 3)

     

    c) Fuq sitwazzjonijiet purament interni (Domanda 2)

     

    2. Domandi 4 u 5

     

    B. Il-Kawża C‑31/16, Visser

     

    1. Fuq l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2006/123 (Domanda 1)

     

    a) Attività ekonomika self-employed […] magħmula għal remunerazzjoni

     

    b) […] kif imsemmija fl-Artikolu 57 TFUE

     

    c) Interpretazzjoni restrittiva minħabba dritt primarju?

     

    1) Il-libertà ta’ stabbiliment

     

    2) Moviment liberu tal-merkanzija

     

    i) Tfittxija għal ċentru ta’ gravità

     

    ii) Applikazzjoni simultanja

     

    iii) Applikazzjoni suċċessiva

     

    3) Il-Kawża Rina Services et

     

    d) Kunsiderazzjonijiet oħra

     

    e) Konklużjoni

     

    2. Fuq sitwazzjonijiet purament interni (Domanda 4)

     

    3. Fuq elementi transkonfinali possibbli (Domanda 3)

     

    4. Pjan urban skont id-Direttiva 2006/123 (Domandi 2 u 5)

     

    a) Fuq l-awtorizzazzjonijiet

     

    b) Fuq ir-rekwiżiti

     

    c) Fuq il-premessa 9 tad-Direttiva 2006/123

     

    d) Fuq l-Artikolu 14(5) tad-Direttiva 2006/123

     

    e) Fuq l-Artikolu 15 tad-Direttiva 2006/123

     

    5. Fuq l-Artikoli 34 u 49 TFUE (Domanda 6)

     

    VI. Konklużjoni

    I. Introduzzjoni

    1.

    Is-suq intern, bil-libertajiet fundamentali tiegħu mhux biss jikkostitwixxi l-qofol legali storiku tat-Trattati u l-prinċipju organizzattiv ċentrali tagħhom, iżda sa mill-bidu tal-proċess ta’ integrazzjoni, kien ikkaratterizzat bid-dinamiżmu tiegħu. Huwa wieħed mill-għanijiet iddikjarati tal-Unjoni Ewropea ( 2 ) u jinsab b’mod prominenti fit-Titolu I tat-Tielet Parti tat-Trattat FUE. Legalment stabbilit sa mill-Att Uniku Ewropew bħala “arja […] li fiha l-moviment liberu ta’ merkanzija, persuni, servizzi u kapital huwa żgurat skond id-dispożizzjonijiet tat-Trattati” ( 3 ), jaspira sabiex jipprovdi għal fluss liberu ta’ merkanzija u fatturi ta’ produzzjoni fi ħdan l-Unjoni, fi sfond tal-kunċett ekonomiku ta’ vantaġġ komparattiv ( 4 ).

    2.

    Filwaqt li ma nixtieqx nasal sal-punt li nasserixxi li s-suq intern huwa “strument ħaj” ( 5 ), madankollu jista’ jingħad li, anki iktar minn oqsma ta’ politika oħra tal-Unjoni, id-dritt tas-suq intern jikkostitwixxi għan li jista’ jiċċaqlaq. Huwa sitwat bejn żewġ pjattaformi tettoniċi: fuq naħa waħda, il-libertajiet tas-suq, u, fuq in-naħa l-oħra, ix-xewqa tal-Istati Membri li jirregolaw interessi ta’ natura mhux ekonomika, b’dawk l-interessi jkunu tali li jvarjaw minn ordinament politiku nazzjonali għal ordinament politiku nazzjonali. Il-missirijiet fundaturi tat-Trattati ma kinux għomja: bl-għażla lejn qasam ta’ politika orizzontali li jaqta’ salib u għandu implikazzjonijiet għal virtwalment kull qasam ta’ politika (nazzjonali) ieħor ( 6 ), dan id-dinamiżmu bl-elementi sfrattanti korrispondenti tiegħu huwa parti mid-DNA tas-suq intern.

    3.

    Matul is-snin, il-Qorti tal-Ġustizzja żammet aġġornata ma’ dan id-dinamiżmu u għamlet dan b’modi differenti: f’xi drabi rewħitha ( 7 ), u fi drabi oħra immoderatha ( 8 ). Iżda dejjem interpretat id-dispożizzjonijiet tat-Trattati b’mod li jirriflettu r-realtà ekonomika u soċjali tal-ġurnata (tas-sentenza) ( 9 ).

    4.

    Tradizzjonalment, il-maġġorparti tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja ssawret fil-kuntest tal-moviment liberu tal-merkanzija u huwa hawn li ħafna mill-kunċetti jafu l-oriġini tagħhom. Eżempji jinkludu d-diversi konklużjonijiet li diġà sar riferiment għalihom hawn fuq, bħall-konklużjoni, fil-prinċipju ( 10 ), li l-libertajiet huma diretti lejn l-Istati Membri, u li dawn ma japplikawx f’sitwazzjonijiet purament interni ( 11 ). Meta tevalwa miżuri nazzjonali li potenzjalment jiksru iktar minn libertà waħda tat-Trattat, tinstab tendenza li tittratta każijiet bħal dawn taħt it-titolu ta’ “merkanzija”. L-istabbiliment u s-servizzi kienu għal ħafna żmien jidħlu fid-dell ta’ din il-ġurisprudenza. Madankollu, żiedu fl-importanza matul is-snin li wasslu wkoll għal qafas sostantiv ta’ ġurisprudenza, sew fil-każ ta’ applikazzjoni diretta ta’ dawn il-libertajiet fil-kuntest tar-rinviji għal deċiżjoni preliminari jew permezz ta’ proċeduri għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu kontra l-Istati Membri kkonċernati.

    5.

    Il-leġiżlatur tal-UE ikkunsidra li dan l-approċċ każ b’każ ma kienx biżżejjed sabiex ġenwinament ineħħi ostakoli għal-libertajiet ta’ stabbiliment għal fornituri fi Stati Membri u ostakoli għall-moviment liberu ta’ servizzi bejn Stati Membri u sabiex ir-riċevituri u l-fornituri jkollhom il-garanzija taċ-ċertezza legali meħtieġa għall-eżerċizzju fil-prattika ta’ dawk iż-żewġ libertajiet fundamentali tat-Trattat FUE ( 12 ). B’hekk, ġiet adottata d-Direttiva 2006/123/KE ( 13 ), wara proċess twil li kien jinvolvi bidliet sostantivi għall-proposta inizjali ( 14 ).

    6.

    Din id-direttiva, li kellha tiġi trasposta mill-Istati Membri fid-dritt nazzjonali sal-aħħar tal-2009 ( 15 ), sa issa għadha ma ġġeneratx ammont enormi ta’ ġurisprudenza quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja ( 16 ).

    7.

    Dawn iż-żewġ talbiet għal deċiżjoni preliminari preżenti mill-ogħla żewġ qrati tal-Pajjiżi l-Baxxi (fl-oqsma rispettivi tagħhom), il-Hoge Raad der Nederlanden (qorti suprema tal-Pajjiżi l-Baxxi) u r-Raad van State (kunsill tal-istat, il-Pajjiżi l-Baxxi) iqajmu għadd ta’ mistoqsijiet fundamentali dwar id-Direttiva 2006/123.

    8.

    Kif ser jidher fid-dettall fl-analiżi, il-kontenzjoni prinċipali tiegħi fiż-żewġ każijiet hija li d-Direttiva 2006/123 għandha tiġi interpretata fuq l-istess linja tal-għan maħsub tagħha u kontra l-isfond ta’ lħuq tas-suq intern, filwaqt li tittieħed inkunsiderazzjoni r-realtà ġuridika u ekonomika fis-seklu wieħed u għoxrin. B’dan, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tirrikonoxxi li s-settur tas-servizzi qiegħed jevolvi u li jikkostitwixxi arja b’potenzjal ekonomiku kbir. Il-Qorti tal-Ġustizzja ma għandhiex tibża’ milli tinterpreta d-Direttiva 2006/123 bil-mod li interpretat dispożizzjonijiet tas-suq intern fil-passat: konoxxenti tat-telos, fid-dawl taċ-ċirkustanzi ta’ illum, u b’kull rispett lejn ix-xewqa tal-Istati Membri li (jkomplu) jirregolaw l-attivitajiet ta’ natura mhux kummerċjali.

    II. Il-kuntest ġuridiku

    A. Id-dritt tal-Unjoni Ewropea

    1.   Id-Direttiva 2006/123 dwar is-servizzi fis-suq intern

    9.

    Il-premessi 9 u 33 tad-Direttiva 2006/123 jipprovdu:

    “(9)

    Din id-Direttiva tapplika biss għal ħtiġijiet li jaffettwaw l-aċċess għal, jew l-eżerċizzju ta’, attività ta’ servizz. Għalhekk, ma japplikax għal ħtiġijiet, bħal regoli tat-traffiku fit-triq, regoli dwar l-iżvilupp jew l-użu ta’ l-art, ippjanar urban jew rurali, standards tal-bini kif ukoll penali amministrattivi imposti għal nuqqas ta’ konformità ma’ tali regoli li ma jirregolawx b’mod speċifiku jew ma jaffettwawx b’mod speċifiku l-attività ta’ servizz iżda għandhom ikunu rispettati minn fornituri waqt it-twettiq ta’ l-attività ekonomika tagħhom bl-istess mod bħal minn individwi li jaġixxu fil-kapaċità privata tagħhom.

    […]

    (33)

    Is-servizzi koperti b’din id-Direttiva jkopri varjetà wiesgħa ta’ attivitajiet li dejjem jinbidlu […]. Dak il-kunċett ikopri wkoll servizzi pprovduti kemm lil negozji kif ukoll lil konsumaturi, bħal parir legali jew fiskali […]; kummerċ ta’ tqassim [distribuzzjoni]; l-organizzazzjoni ta’ fieri tal-kummerċ […]; Dawk l-attivitajiet jistgħu jinvolvu servizzi li jitolbu l-prossimità tal-fornitur u r-riċevitur, servizzi li jitolbu safar mir-riċevitur jew mill-fornitur u servizzi li jistgħu jiġu pprovduti mill-bogħod, inkluż permezz ta’ l-internet.”

    10.

    L-Artikolu 2 tad-Direttiva 2006/123 huwa intitolat “Kamp ta’ Applikazzjoni” u huwa fformulat kif ġej:

    “1.   Din id-Direttiva għandha tapplika għal servizzi pprovduti mill-fornituri stabbiliti fi Stat Membru.

    2.   Din id-Direttiva m’għandhiex tapplika għal dawn l-attivitajiet:

    […]

    (ċ)

    servizzi ta’ komunikazzjoni u networks elettroniċi, u faċilitajiet u servizzi assoċjati, rigward il-kwistjonijiet koperti mid-Direttivi 2002/19/KE ( 17 ), 2002/20/KE ( 18 ), 2002/21/KE ( 19 ), 2002/22/KE ( 20 ) u 2002/58/KE;

    […]

    3.   Din id-Direttiva m’għandhiex tapplika għall-qasam tat-tassazzjoni.”

    11.

    Skont l-Artikolu 3(3) tad-Direttiva 2006/123:

    “L-Istati Membri għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva skond ir-regoli tat-Trattat dwar id-dritt ta’ stabbiliment u l-moviment liberu tas-servizzi.”

    12.

    L-Artikolu 4 tad-Direttiva 2006/123 huwa intitolat “Definizzjonijiet” u jinkludi dawn id-dispożizzjonijiet:

    “Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

    1)

    ‘servizz’ tfisser attività ekonomika mhux imħallsa [self‑employed], normalment magħmula għal remunerazzjoni kif imsemmija fl-Artikolu 50 tat-Trattat;

    2)

    ‘fornitur’ tfisser kwalunkwe persuna naturali li hija ċittadin ta’ Stat Membru, jew kwalunkwe persuna ġuridika kif imsemmija fl-Artikolu 48 tat-Trattat u stabbilita fi Stat Membru, li toffri jew li tipprovdi servizz;

    […]

    5)

    ‘stabbiliment’ tfisser is-segwitu effettiv ta’ attività ekonomika, kif imsemmi fl-Artikolu 43 tat-Trattat, mill-fornitur għal perjodu indefinit u permezz ta’ infrastruttura stabbli li minnu n-negozju ta’ provvista ta’ servizzi qiegħed tassew iseħħ;

    6)

    ‘skema ta’ awtorizzazzjoni’ tfisser kull proċedura li fiha kull fornitur jew riċevitur hu tabilħaqq meħtieġ jieħu passi sabiex jikseb deċiżjoni formali minn awtorità kompetenti, jew deċiżjoni impliċita, rigward l-aċċess għal attività ta’ servizz jew għall-eżerċizzju tagħha;

    7)

    ‘rekwiżit’ tfisser kwalunkwe obbligu, projbizzjoni, kondizzjoni jew limitu stipulat fil-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ l-Istati Membri jew bħala riżultat tal-każistika, il-prattika amministrattiva, ir-regoli ta’ korpi professjonali, jew ir-regoli kollettivi ta’ assoċjazzjonijiet professjonali jew organizzazzjonijiet professjonali oħrajn, adottati fl-eżerċizzju ta’ l-awtonomija legali tagħhom; regoli stabbiliti fil-ftehim kollettivi negozjati mill-imsieħba soċjali ma għandhomx jidhru bħala rekwiżiti fit-tifsira ta’ din id-Direttiva;

    8)

    ‘ir-raġunijiet aktar importanti fir-rigward ta’ l-interess pubbliku’ tfisser ir-raġunijiet rikonoxxuti bħala tali fil-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja, inklużi dawn ir-raġunijiet li ġejjin: […] il-protezzjoni ta’ l-ambjent u ta’ l-ambjent urban […]”

    13.

    L-Artikolu 14 tad-Direttiva 2006/123 huwa intitolat “Ħtiġijiet ipprojbiti” u jistipula:

    “L-Istati Membri m’għandhomx jissuġġettaw l-aċċess għal, jew l-eżerċizzju ta’, attività ta’ servizz fit-territorju tagħhom għal konformità ma’ xi waħda minn dawn li ġejjin:

    […]

    5)

    l-applikazzjoni każ b’każ ta’ test ekonomiku li jagħmel l-għoti ta’ awtorizzazzjoni soġġetta għal prova ta’ eżistenza ta’ ħtieġa ekonomika jew talba fis-suq, evalwazzjoni ta’ l-effetti ekonomiċi potenzjali jew attwali ta’ l-attività jew evalwazzjoni ta’ l-adegwatezza ta’ l-attività għal dak li għandu x’jaqsam ma’ l-objettivi ta’ l-ippjanar ekonomiku stabbiliti mill-awtorità kompetenti; din il-projbizzjoni ma għandhiex tikkonċerna rekwiżiti ta’ ippjanar li ma jsegwux għanijiet ekonomiċi iżda jservu raġunijiet aktar importanti li għandhom x’jaqsmu ma’ l-interess pubbliku;

    […]”

    14.

    L-Artikolu 15 tal-istess direttiva huwa intitolat “Rekwiżiti li għandhom jiġu evalwati” u jinkludi d-dispożizzjoni segwenti f’paragrafu 2:

    “L-Istati Membri għandhom jeżaminaw jekk is-sistema legali tagħhom tagħmilx l-aċċess għal attività ta’ servizz jew l-eżerċizzju tagħha soġġetta għal konformità ma’ kwalunkwe minn dawn ir-rekwiżiti mhux-diskriminatorji:

    (a)

    restrizzjonijiet kwantitattivi jew territorjali, b’mod partikolari f’forma ta’ limiti ffissati skond il-popolazzjoni, jew ta’ distanza ġeografika minima bejn il-fornituri;

    […]”

    2.   Id-dritt tal-UE dwar tariffi amministrattivi fir-rigward tal-installazzjoni ta’ netwerks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi

    15.

    Id-Direttiva 2002/21 tiddefinixxi “network ta’ komunikazzjoni elettronika” fl-Artikolu 2(a) kif ġej:

    “(a)

    ‘network ta’ komunikazzjoni elettronika’ tfisser sistemi ta’ trażmissjoni u, fejn applikabbli, apparat għall-kommutazzjoni jew ta’ routing u riżorsi oħra, li jinkludi elementi ta’ network li mhumiex attivi, li jippermettu t-twassil ta’ sinjali permezz ta’ wajer, radju, mezzi ottiċi jew elettromanjetiċi oħra, inklużi networks tas-satellita, networks fissi (ċircuit- u packet-switched, inkluż l-Internet) u mobbli terrestri, sistemi ta’ kejbil tal-elettriku, sal-punt li jintużaw għall-għan ta’ trażmissjoni tas-sinjali, networks użati għax-xandir bir-radju u bit-televiżjoni, u networks tat-televiżjoni bil-kejbil, irrispettivament mit-tip ta’ informazzjoni mwassla.”

    16.

    L-Artikolu 11 ta’ dik id-direttiva huwa intitolat “Dritt ta’ aċċess” u jinkludi d-dispożizzjonijiet segwenti fil-paragrafu 1:

    “L-Istati Membri għandhom jassiguraw li fejn awtorità kompetenti tqis:

    applikazzjoni għad-drittijiet biex jiġu stallati faċilitajiet fuq, ma’ jew taħt proprjetà pubblika jew privata lill-impriża awtorizzata li tipprovdi networks pubbliċi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi, jew

    applikazzjoni għad-drittijiet biex jiġu stallati faċilitajiet fuq, ma’ jew taħt proprjetà pubblika lill-impriża awtorizzata li tipprovdi networks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi ħlief għall-pubbliku,

    l-awtorità kompetenti:

    taġixxi abbażi ta’ proċeduri sempliċi, effiċjenti, trasparenti u disponibbli għall-pubbliku, li jkunu applikati mingħajr diskriminazzjoni u mingħajr dewmien, u fi kwalunkwe każ tieħu d-deċiżjoni tagħha fi żmien sitt xhur mill-applikazzjoni, ħlief f’każijiet ta’ esproprjazzjoni, u;

    issegwi l-prinċipji ta’ trasparenza u non-diskriminazzjoni fil-kondizzjonijiet li hija tehmeż ma’ dawk id-drittijiet.

    Il-proċeduri msemmija hawn fuq jistgħu jiddifferixxu skond jekk l-applikant jipprovdix networks pubbliċi ta’ komunikazzjonijiet jew le.”

    17.

    Id-Direttiva 2002/20 tapplika l-istess definizzjonijiet bħad-Direttiva 2002/21. L-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 2002/20 jipprovdi li d-Direttiva tapplika għal “awtorizzazzjonijiet għall-forniment ta’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi.”

    18.

    L-Artikoli 12 u 13 tad-Direttiva 2002/20 jipprovdu:

    “Artikolu 12

    Ħlasijiet amministrattivi

    1.   Kull ħlas amministrattiv impost fuq impriżi li jfornu servizz jew network taħt l-awtorizzazzjoni ġenerali jew li lilhom ikun ingħata dritt ta’ użu, għandu:

    (a)

    fit-total, ikopri biss l-ispejjeż amministrattivi magħmula fl-amministrazzjoni, kontroll u nfurzar ta’ l-iskema ta’ l-awtorizzazzjoni ġenerali u tad-drittijiet ta’ użu u l-obbligi speċifiċi kif imsemmija fl-Artikolu 6(2), li jistgħu jinkludu spejjeż għall-kooperazzjoni internazzjonali, armonizzazzjoni u standardizzazzjoni, analiżi tas-suq, solveljanza tal-konformità u kontrolli oħra tas-suq, kif ukoll ħidma regolatorja li tinvolvi l-preparazzjoni u l-infurzar ta’ leġislazzjoni sekondarja u deċiżjonijiet amministrattivi, bħal deċiżjonijiet dwar l-aċċess u l-interkonnessjoni; u

    (b)

    jiġi mpost fuq impriżi ndividwali b’mod oġġettiv, trasparenti u proporzjonat li jimminimizza spejjeż amministrattivi addizzjonali u l-ħlasijiet li jġibu magħhom.

    2.   Fejn l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jimponu ħlasijiet amministrattivi, għandhom jippublikaw rapport ta’ kull sena ta’ l-ispejjeż amministrattivi tagħhom u tas-somma totali ta’ ħlasijiet miġbura. Fid-dawl tad-differenza bejn is-somma totali tal-ħlasijiet u l-ispejjeż amministrattivi, għandhom isiru l-aġġustamenti xierqa.

    Artikolu 13

    Tariffi għad-drittijiet ta’ użu u drittijiet għall-installazzjoni ta’ faċilitajiet

    L-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-awtorità relevanti li timponi tariffi għad-drittijiet ta’ użu għall-frekwenzi tar-radju jew numri jew drittijiet li jiġu stallati faċilitajiet fi, minfuq jew taħt proprjetà pubblika jew privata li jirriflettu l-ħtieġa li jiġi żgurat l-aqwa użu ta’ dawn ir-riżorsi. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawk it-tariffi għandhom ikunu oġġettivament ġustifikati, trasparenti, mhux diskriminatorji u proporzjonati b’relazzjoni ma’ l-iskop maħsub tagħhom u għandhom jieħdu kont tal-miri f’Artikolu 8 tad-[Direttiva 2002/21]”.

    B. Id-dritt tal-Pajjiżi l-Baxxi

    1.   Dispożizzjonijiet magħżula mill-kodiċi tat-telekomunikazzjonijiet tal-Pajjiżi l-Baxxi

    19.

    Il-paragrafu (1) tal-Artikolu 5.2 tat-Telecommunicatiewet (liġi dwar it-telekomunikazzjonijiet) jobbliga lid-detentur tat-titolu jew maniġer tal-art pubblika sabiex jippermetti l-installazzjoni u l-manutenzjoni ta’ kejbils għan-netwerks pubbliċi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi.

    20.

    L-Artikolu 5.4 tal-istess liġi jistabbilixxi żewġ kundizzjonijiet li taħthom jista’ jiġi eżegwit ix-xogħol fuq l-art:

    “1.   Il-fornitur ta’ netwerk pubbliku tal-komunikazzjonijiet elettroniċi li għandu ħsieb iwettaq xogħol f’art pubblika jew fuqha inkonnessjoni mal-installazzjoni, manutenzjoni jew tneħħija ta’ kejbils għandu jwettaq dan ix-xogħol biss jekk:

    a.

    huwa innotifika, bil-miktub, lill-kunsill komunali tal-komun f’liema territorju jkun ser jitwettaq ix-xogħol, bl-intenzjoni tiegħu li jagħmel dan, u

    b.

    huwa kiseb il-kunsens tal-kunsill komunali rigward il-post, il-ħin, u l-manjiera tat-twettiq tax-xogħol ikkonċernat.

    2.   Għal raġunijiet ta’ ordni pubbliku, sigurtà, il-prevenzjoni jew limitazzjoni ta’ inkonvenjent, l-aċċessibbiltà ta’ art jew bini, u ppjanar taħt l-art, il-kunsill komunali jista’ jimponi kundizzjonijiet għad-deċiżjoni ta’ kunsens.

    3.   Dawk il-kundizzjonijiet jistgħu jirrigwardaw biss is-segwenti:

    a.

    il-post tax-xogħol;

    b.

    il-ħin tax-xogħol, bl-intendiment li ż-żmien permissibbli għall-bidu tax-xogħol jista’, sakemm ma hemmx raġunijiet iktar importanti fl-interess pubbliku kif hemm referenza fil-paragrafu 2, ikun sa 12-il xahar wara d-data tal-ħruġ tad-deċiżjoni ta’ kunsens;

    c.

    il-manjiera tat-twettiq tax-xogħol;

    d.

    il-promozzjoni ta’ użu komuni ta’ faċilitajiet;

    e.

    il-koordinazzjoni tax-xogħol propost mal-maniġers ta’ operazzjonijiet oħra fuq l-art.”

    2.   “Leges” fil-Komun ta’ Amersfoort

    21.

    L-Artikolu 1 tal-Verordening leges 2010 (regolament tal-2010 dwar it-tariffi/ħlasijiet) tal-Kunsill tal-Komun ta’ Amersfoort (Reg.nr. 3214976) (il-“Verordening’) jipprovdi li “leges” (tariffi/ħlasijiet) jiġu imposti għas-servizzi kollha pprovduti minn jew għan-nom tal-Kunsill skont it-tabella ta’ tariffi mehmuża mal-Verordening.

    22.

    It-tabella mehmuża mal-Verordening, taħt il-Kapitolu 19, tispeċifika r-rata fir-rigward tal-ipproċessar ta’ applikazzjoni għall-ksib ta’ kunsens fir-rigward tal-ħin, tal-post u tal-manjiera tat-twettiq tax-xogħol kif sar riferiment għalihom fl-Artikolu 5.4 tat-Telecommunicatiewet. Ir-rata tvarja skont it-tul tal-kejbil li jrid jitqiegħed.

    3.   Dispożizzjonijiet li jirregolaw mapep urbani fil-Pajjiżi l-Baxxi u fil-Komun ta’ Appingedam

    23.

    Il-paragrafu 1 tal-Artikolu 3.1 tal-Wet ruimtelijke ordening (liġi dwar l-ippjanar territorjali) tal-1 ta’ Lulju 2008 tal-Pajjiżi l-Baxxi jattribwixxi lill-kunsilli komunali s-setgħa sabiex ifasslu mapep urbani li jiddelinjaw ċerti territorji tal-komun għal kategoriji speċifiċi ta’ bini jew binjiet użati għal attivitajiet speċifiċi. Il-paragrafu 2 tal-istess Artikolu 3.1 jipprovdi li l-pjan urban għandu jkollu validità ta’ għaxar snin.

    24.

    Skont il-paragrafu 2.b tal-Artikolu 3.1.2 tal-Besluit ruimtelijke ordening (digriet dwar l-ippjanar territorjali), komuni jistgħu jiddelinjaw ċerti żoni għal bejjiegħa bl-imnut jew lukandi, kafetteriji u ristoranti. Mill-ispjegazzjoni tal-qorti tar-rinviju huwa ċar li l-Kunsill tal-Komun ta’ Appingedam għamel użu minn din is-setgħa:

    “L-iskema fl-Artikolu 18(18.1) tar-Regoli tal-Pjan hija dik li tissejjaħ skema ta’ użu għal kummerċ bl-imnut imħallat (“brancheringsregeling”). Hija skema li tippermetti biss ċerti tipi ta’ kummerċ bl-imnut, u mhux oħrajn. Abbażi tal-iskema preżenti, apparti numru ta’ attivitajiet sussidjarji, huwa permess biss negozju għall-bejgħ bl-imnut ta’ oġġetti goffi. L-iskema ma tipprovdix għal possibbiltà ta’ deroga. Madankollu, persuna tista’ tapplika għal awtorizzazzjoni (magħrufa fil-Pajjiżi l-Baxxi bħala permess ambjentali) sabiex tiddevja mill-pjan urban abbażi tal-Artikolu 2.12(1) tal-Wet algemene bepalingen omgevingsrecht (liġi li tistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-liġi ambjentali). Ir-Raad (kunsill) inkluda l-iskema fil-pjan urban bil-għan li jsostni l-vijabbiltà taċ-ċentru tal-belt u sabiex jipprevjeni binjiet vakanti fil-qalba tal-belt.”

    III. Il-kawżi prinċipali u d-domandi preliminari magħmula

    A. C‑360/15, X

    25.

    Id-ditta X BV (iktar ’il quddiem “X”) ġiet ikkummissjonata sabiex tibni netwerk tal-fibra ottika fil-Komun ta’ Amersfoort. Hija kisbet il-kunsens meħtieġ mill-komun sabiex teżegwixxi x-xogħol ta’ installazzjoni tal-kejbils. Sussegwentement, il-komun ippreżenta kont għal ħlasijiet ta’ tariffi/ħlasijiet lil X li jammonta għal EUR 149949 marbut mal-permessi mogħtija.

    26.

    X ikkontestat it-tariffi/ħlasijiet quddiem ir-Rechtbank (qorti distrettwali) f’Utrecht. Ġie ppreżentat appell mis-sentenza ta’ dik il-qorti quddiem il-Gerechtshof (qorti reġjonali tal-appell) Arnhem-Leeuwarden, li tat sentenza fit-2 ta’ Lulju 2013.

    27.

    Il-Kunsill Komunali ta’ Amersfoort appella din is-sentenza tal-Gerechtshof (qorti reġjonali tal-appell) quddiem il-Hoge Raad der Nederlanden (qorti suprema tal-Pajjiżi l-Baxxi). Billi ma kinitx ċara l-kompatibbiltà tat-tariffi/ħlasijiet mad-Direttiva 2002/20, id-Direttiva 2002/21, u d-Direttiva 2006/123, il-qorti suprema ddeċidiet li fil-5 ta’ Ġunju 2015 tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel id-domandi preliminari li ġejjin lill-Qorti tal-Ġustizzja:

    “(1)

    L-Artikolu 2(3) tad-Direttiva 2006/123[…] għandu jiġi interpretat fis-sens li din id-dispożizzjoni tapplika għall-ġbir ta’ [tariffi/ħlasijiet imsejħa] ‘leges’ minn korp ta’ Stat Membru għall-ipproċessar ta’ applikazzjoni għal awtorizzazzjoni li tikkonċerna il-waqt, il-post u l-modalitajiet ta’ eżekuzzjoni ta’ xogħlijiet ta’ tħaffir marbuta mal-installazzjoni ta’ kejbils għal netwerk pubbliku ta’ komunikazzjoni elettronika?

    (2)

    Il-Kapitolu III tad-Direttiva 2006/123 […] għandu jiġi interpretat fis-sens li japplika wkoll f’sitwazzjonijiet purament interni?

    (3)

    Id-Direttiva 2006/123[…] għandha tiġi interpretata, fid-dawl tal-premessa 9 tagħha, fis-sens li ma tapplikax għal regoli tad-dritt nazzjonali li jeżiġu li l-intenzjoni li jsiru xogħlijiet ta’ tħaffir marbuta mal-installazzjoni, mal-manutenzjoni jew mat-tneħħija ta’ kejbils għal netwerk pubbliku ta’ komunikazzjoni elettronika għandha titħabbar lis-sindku u lill-membri tal-kunsill u li abbażi tagħhom, is-sindku u [il-]membri tal-kunsill għandhom kompetenza mhux sabiex jipprojbixxu x-xogħlijiet imħabbra iżda sabiex jimponu kundizzjonijiet għal dak li jikkonċerna l-post, il-waqt u l-modalitajiet ta’ eżekuzzjoni tax-xogħlijiet, kif ukoll għal dak li jikkonċerna l-promozzjoni tal-użu kondiviż tat-tagħmir u l-koordinazzjoni dwar ix-xogħlijiet mal-koordinaturi ta’ xogħlijiet oħra preżenti fl-art?

    (4)

    L-Artikolu [4(6)] tad-Direttiva 2006/123[…] għandu jiġi interpretat fis-sens li din id-dispożizzjoni tapplika għal deċiżjoni ta’ awtorizzazzjoni dwar il-post, il-waqt u l-modalitajiet ta’ eżekuzzjoni ta’ xogħlijiet ta’ tħaffir marbuta mal-installazzjoni ta’ kejbils għal netwerk pubbliku ta’ komunikazzjoni elettronika minkejja li l-korp ikkonċernat tal-Istat Membru ma huwiex kompetenti sabiex jipprojbixxi t-twettiq stess ta’ dawn ix-xogħlijiet?

    (5)

    (A)

    Jekk, fid-dawl tar-risposti għad-domandi preċedenti, l-Artikolu 13(2) tad-Direttiva 2006/123[…] japplika f’dan il-każ, din id-dispożizzjoni għandha effett dirett?

    (B)

    Jekk id-domanda 5(A) għandha tingħata risposta pożittiva, l-Artikolu 13(2) tad-Direttiva 2006/123[…] jimplika li t-taxxi li għandhom ikunu dovuti [mill-applikanti] jistgħu jiġu kkalkolati abbażi tal-ispejjeż stmati tal-proċeduri ta’ applikazzjoni kollha jew tal-applikazzjonijiet kollha bħal dik inkwistjoni hawnhekk jew tal-applikazzjonijiet meħuda individwalment?

    (C)

    Jekk id-domanda 5(A) għandha tingħata risposta pożittiva, skont liema kriterji l-ispejjeż indiretti u spejjeż fissi għandhom, fid-dawl tal-Artikolu 13(2) tad-Direttiva 2006/123[…] jiġu imposti fuq l-applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni konkreti?”

    B. C‑31/16, Visser

    28.

    Il-Kunsill ta’ Appingedam, permezz ta’ deċiżjoni tad-19 ta’ Ġunju 2013, adotta pjan urban li ddelinja żona ’il barra miċ-ċentru tal-belt magħrufa bħala “Woonplein” bħala żona ta’ xiri esklużivament għal kummerċ bl-imnut ta’ oġġetti goffi. Il-pjan urban jispeċifika li kien adottat, inter alia, “bil-ħsieb li tinżamm il-vijabbiltà taċ-ċentru tal-belt u tipprevjeni binjiet vakanti fil-qalba tal-belt”. Għalhekk, il-Woonplein takkomoda stabbilimenti tal-kummerċ bħal dawk tal-għamara għad-dar, oġġetti do-it-yourself, materjali tal-bini, oġġetti għall-ġnien, ċikliżmu, apparat ekwestri u materjali tal-awtomobiliżmu.

    29.

    Visser Vastgoed Beleggingen BV (iktar ’il quddiem “Visser”), kumpannija li għandha superfiċji kummerċjali fil-Woonplein, trid tikri binja ta’ ħanut lil Bristol BV, li min-naħa tagħha, tixtieq tistabbilixxi ħanut għall-katina tagħha ta’ ħwienet ‘discount’ għaż-żraben u l-ħwejjeġ.

    30.

    Visser ikkontestat id-deċiżjoni li tistabbilixxi l-pjan urban tad-19 ta’ Ġunju 2013 quddiem il-Kamra għall-Proċeduri Amministrattivi Kontenzjużi tal-Kunsill tal-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi, billi rrilevat li l-pjan urban kien inkompatibbli mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2006/123. Fit-13 ta’ Jannar 2016, il-Kamra ddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel id-domandi preliminari segwenti lill-Qorti tal-Ġustizzja:

    “(1)

    Il-kunċett ta’ ‘servizz’ li jinsab fl-Artikolu 4(1) tad-Direttiva [2006/123] għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kummerċ bl-ingrossa [bl-imnut] li jikkonsisti fil-bejgħ ta’ merkanzija lil konsumaturi, bħaż-żraben u l-ħwejjeġ, jikkostitwixxi servizz, suġġett għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2006/123 skont l-Artikolu 2(1) tagħha?

    (2)

    Sabiex tinżamm il-vijabbiltà taċ-ċentru tal-belt u sabiex jiġi evitat il-bini mhux okkupat f’żona urbana, ir-regola inkwistjoni [fit-talba għal deċiżjoni preliminari] hija intiża sabiex tipprekludi ċerti forom ta’ kummerċ bl-ingrossa [bl-imnut], bħall-bejgħ ta’ żraben u ta’ ħwejjeġ, barra miċ-ċentru tal-belt.

    Fid-dawl tal-premessa 9 tad-Direttiva [2006/123], leġiżlazzjoni li tinkludi tali regola tevita milli taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva, minħabba li tali regoli għandhom jiġu kkunsidrati bħala ‘regoli dwar […] ippjanar urban jew rurali […] li ma jirregolawx b’mod speċifiku jew ma jaffettwawx b’mod speċifiku l-attività ta’ servizz iżda għandhom ikunu rispettati minn fornituri waqt it-twettiq ta’ l-attività ekonomika tagħhom bl-istess mod bħal minn individwi li jaġixxu fil-kapaċità privata tagħhom’?

    (3)

    Sabiex jiġi kkunsidrat li sitwazzjoni għandha natura transkonfinali, huwa biżżejjed li jiġi kkonstatat li b’ebda mod ma jista’ jiġi eskluż li impriża ta’ bejgħ bl-[imnut] li tinsab fi Stat Membru ieħor tista’ tistabbilixxi ruħha fuq il-post jew li klijenti tal-impriża ta’ bejgħ bl-[imnut] jistgħu jiġu minn Stat Membru ieħor, jew hemm bżonn li jeżistu indikazzjonijiet konkreti f’dan is-sens?

    (4)

    Il-Kapitolu III (libertà ta’ stabbiliment) tad-Direttiva [2006/123] japplika għal sitwazzjonijiet purament interni jew, sabiex jiġi evalwat jekk dan il-kapitolu japplikax, għandha tiġi applikata l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar id-dispożizzjonijiet tat-Trattat dwar il-libertà ta’ stabbiliment u dwar il-moviment liberu tas-servizzi f’sitwazzjonijiet purament interni?

    (5a)

    Regola li tinsab fi pjan urban, bħar-regola inkwistjoni [fit-talba għal deċiżjoni preliminari], taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-kunċett ta’ ‘rekwiżit’ imsemmi fl-Artikolu 4(7) u fl-Artikolu [14(5)] tad-Direttiva [2006/123] u mhux fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-kunċett ta’ ‘skema ta’ awtorizzazzjoni’ fis-sens tal-Artikoli 4(6), 9 u 10 tad-Direttiva [2006/123]?

    (5b)

    L-Artikolu [14(5)] tad-Direttiva [2006/123] – fl-ipoteżi fejn regola bħar-regola inkwistjoni [fit-talba għal deċiżjoni preliminari] taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-kunċett ta’ ‘rekwiżit’ – jew l-Artikoli 9 u 10 tad-Direttiva [2006/123] – fl-ipoteżi fejn regola bħar-regola inkwistjoni [fit-talba għal deċiżjoni preliminari] taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-kunċett ta’ ‘skema ta’ awtorizzazzjoni’ – jipprekludu li kunsill muniċipali jistabbilixxi leġiżlazzjoni bħar-regola inkwistjoni [fit-talba għal deċiżjoni preliminari]?

    (6)

    Regola bħar-regola inkwistjoni [fit-talba għal deċiżjoni preliminari] taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikoli 34 sa 36 TFUE inklużi jew tal-Artikoli 49 sa 55 TFUE inklużi u, fl-affermattiv, l-eċċezzjonijiet irrikonoxxuti mill-Qorti tal-Ġustizzja huma għalhekk applikabbli, sa fejn il-kundizzjonijiet tagħhom ikunu ssodisfatti?”

    IV. Il-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja

    31.

    Id-deċiżjonijiet tar-rinviju rispettivi waslu fir-Reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja fit-13 ta’ Lulju 2015 (Kawża C‑360/15) u fit-18 ta’ Jannar 2016 (Kawża C‑31/16). Osservazzjonijiet bil-miktub ġew sottomessi mill-partijiet fil-kawża prinċipali, mill-Gvern tal-Pajjiżi l-Baxxi u mill-Kummissjoni (fiż-żewġ kawżi) u mill-Gvern Ċek (Kawża C‑360/15) u l-Gvern Irlandiż, Taljan, Ġermaniż u Pollakk (Kawża C‑31/16). Permezz ta’ deċiżjoni tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-23 ta’ Jannar 2016, iż-żewġ kawżi ngħaqdu għall-finijiet tal-proċedura orali u tas-sentenza.

    32.

    Il-partijiet fil-kawża prinċipali, il-Gvern tal-Pajjiżi l-Baxxi u Ġermaniż u l-Kummissjoni pparteċipaw fis-seduta li saret fl-14 ta’ Frar 2017.

    V. Analiżi

    A. Kawża C‑360/15, X

    33.

    L-ewwel tliet domandi jikkonċernaw il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2006/123, filwaqt li r-raba’ u l-ħames domanda jirrigwardaw id-dispożizzjonijiet sostantivi ta’ dik id-direttiva.

    1.   Fuq il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2006/123 (Domandi 1 sa 3)

    a)   L-Artikolu 2 tad-Direttiva 2006/123 (Domanda 1)

    34.

    Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tixtieq taċċerta jekk l-Artikolu 2(3) tad-Direttiva 2006/123 għandux ikun interpretat li jkopri l-impożizzjoni ta’ tariffi/ħlasijiet minn awtorità ta’ Stat Membru għall-ipproċessar ta’ applikazzjoni għal kunsens fir-rigward tal-ħin, lok u l-manjiera ta’ twettiq tax-xogħol ta’ tħaffir assoċjat mal-installazzjoni ta’ kejbils għal netwerk pubbliku ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi.

    35.

    Il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2006/123 huwa ddeterminat bl-Artikolu 2 tiegħu. L-Artikolu 2(1) jistipula li huwa japplika għal servizzi mogħtija minn fornituri stabbiliti fi Stat Membru. L-Artikolu 2(2) jeskludi sensiela ta’ attivitajiet mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-direttiva, bħas-(subparagrafu ċ): “servizzi ta’ komunikazzjoni u networks elettroniċi, u faċilitajiet u servizzi assoċjati, rigward il-kwistjonijiet koperti mid-Direttivi 2002/19/KE, 2002/20/KE, 2002/21/KE, 2002/22/KE u 2002/58/KE.” L-Artikolu 2(3) imbagħad jispeċifika li d-direttiva ma tapplikax għall-qasam ta’ tassazzjoni.

    36.

    Minn din l-istruttura ninferixxi li wieħed għandu biss jeżamina l-Artikolu 2(3) tad-Direttiva 2006/123 jekk ir-rekwiżiti tal-Artikolu 2(1) jintlaħqu u jekk l-applikazzjoni tad-direttiva hijiex diġà prekluża mill-Artikolu 2(2).

    37.

    Jidher li l-qorti tar-rinviju tippresupponi li l-applikazzjoni tad-direttiva ma hijiex prekluża minħabba waħda mill-attivitajiet elenkati fl-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 2006/123. Madankollu, billi m’iniex kompletament konvint minn din il-konklużjoni ( 21 ), l-ewwel irrid neżamina l-Artikolu 2(2) qabel indur għall-Artikolu 2(3) tad-direttiva.

    38.

    B’hekk, l-ewwel ser nindirizza d-domanda jekk it-tqegħid ta’ kejbils bl-iskop li jinħoloq netwerk ta’ fibra tal-ħġieġ hijiex kwistjoni li taqa’ taħt l-eċċezzjoni tal-Artikolu 2(2)(ċ) tad-Direttiva 2006/123.

    1) Fuq l-Artikolu 2(2)(ċ) tad-Direttiva 2006/123

    39.

    Il-qafas regolatorju tat-telekomunikazzjonijiet tal-UE jikkonsisti fid-Direttiva 2002/21 u erba’ direttivi speċifiċi, waħda minn dawn hija d-Direttiva 2002/20 ( 22 ).

    40.

    Id-Direttiva 2002/21 tinkludi dispożizzjonijiet komuni u telenka d-definizzjonijiet u l-kamp ta’ applikazzjoni tal-qafas regolatorju li japplikaw għan-netwerks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi kollha, irrispettivament minn kif din id-data hija trażmessa ( 23 ).

    41.

    L-għan tad-Direttiva 2002/20 huwa li jiġi żgurat li tintuża biss is-sistema ta’ awtorizzazzjoni l-inqas oneruża possibbli sabiex tawtorizza l-forniment ta’ netwerks elettroniċi ( 24 ). Din tissostitwixxi u twarrab is-sistema preċedenti ta’ liċenzji individwali għal attivitajiet ta’ netwerk b’“awtorizzazzjoni ġenerali” li tagħti ċerti drittijiet minimi lill-operatur tan-netwerk ( 25 ).

    42.

    L-installazzjoni ta’ netwerk ta’ fibra-ottika li l-iskop tiegħu huwa li jittrażmetti data għal komunikazzjoni elettronika tikkostitwixxi “network ta’ komunikazzjoni elettronika” skont it-tifsira tal-Artikolu 2(a) tad-Direttiva 2002/21 ( 26 ). B’hekk, l-attivitajiet ta’ X jaqgħu fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet tal-qafas regolatorju tal-UE għat-telekomunikazzjonijiet.

    43.

    Madankollu, u fil-fatt, din il-konklużjoni ma timplikax li l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 2(2)(ċ) tad-Direttiva 2006/123 huma ssodisfatti, fid-dawl tal-fatt li dik id-dispożizzjoni speċifikament tirreferi għal “kwistjonijiet koperti mid-”direttivi dwar servizzi ta’ komunikazzjoni u netwerks elettroniċi. B’hekk, irridu nkomplu nanalizzaw jekk tariffi/ħlasijiet bħal-“leges” fil-kawża prinċipali humiex effettivament kwistjonijiet koperti minn dawk id-direttivi.

    44.

    L-Artikolu 12 tad-Direttiva 2002/20 jillimita tariffi imposti minn awtorità regolatorja nazzjonali. Jirreferi għal tariffi imposti fuq impriżi li jipprovdu servizz jew netwerk taħt l-awtorizzazzjoni ġenerali jew li lilhom ikun ingħata dritt ta’ użu ( 27 ). Ġie deċiż li dan japplika fi proċeduri ta’ għoti ta’ awtorizzazzjoni ġenerali jew attribuzzjoni ta’ dritt ta’ użu ( 28 ). Madankollu, fil-kuntest tal-proċedura preżenti, ma tapplikax, billi ma hemm l-ebda awtorizzazzjoni ġenerali ( 29 ) jew dritt ta’ użu involut u, b’mod kruċjali, il-Komun ta’ Amersfoort ma huwiex awtorità regolatorja nazzjonali ( 30 ).

    45.

    Madankollu, l-Artikolu 13 tad-Direttiva 2002/20 tista’ tkun ta’ rilevanza. Il-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu huwa ċertament iktar wiesa’ billi jmur lil hinn mill-proċedura li tirrigwarda l-awtorizzazzjonijiet ġenerali.

    46.

    Skont l-Artikolu 13 “[l-]Istati Membri jistgħu jippermettu lill-awtorità relevanti li timponi tariffi għad-[…] drittijiet li jiġu stallati faċilitajiet” ( 31 ). B’differenza mal-Artikolu 12, ma jagħmilx referenza għal awtorizzazzjonijiet ġenerali jew għal awtorità regolatorja nazzjonali. Minflok, jirrifletti l-kliem tal-Artikolu 11(1) tad-Direttiva 2002/21 (“Dritt ta’ aċċess”), li skont dan l-Artikolu, dritt ta’ aċċess jista’ jingħata minn “awtorità kompetenti” ( 32 ). Dan jagħmel sens billi tariffi imposti minn awtoritajiet lokali li jirregolaw id-drittijiet ta’ aċċess jistgħu jkunu dissważivi bħala tariffi introdotti matul il-proċedura ta’ awtorizzazzjoni ġenerali ( 33 ).

    47.

    Barra minn hekk, interpretazzjoni bħal din hija kkorroborata bl-għan tad-Direttiva 2002/20 li hu li jirrendi l-aċċess għas-suq mod inqas oneruż ( 34 ). F’dan il-kuntest, skont ġurisprudenza stabbilita, l-Istati Membri ma jistgħux, fi ħdan il-qafas tad-Direttiva 2002/20, jimponu xi ħlasijiet jew tariffi fir-rigward tal-forniment ta’ netwerks u servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika ħlief dawk previsti b’dik id-direttiva ( 35 ). Ikun hemm inkonsistenza jekk l-assenza ta’ rekwiżit għal awtorizzazzjoni ġenerali minn awtorità regolatorja nazzjonali tista’ timmina din il-protezzjoni tal-aċċess għas-suq mogħtija bid-Direttiva 2002/20.

    48.

    L-għanijiet ġenerali tal-qafas tat-telekomunikazzjonijiet ( 36 ) isostnu interpretazzjoni wiesgħa tal-Artikolu 13 tad-Direttiva 2002/20. L-objettiv elenkat fl-Artikolu 8(2)(a) tad-Direttiva 2002/21 huwa li jiżgura li l-utenti jkollhom benefiċċju massimu fir-rigward ta’ għażla, prezz u kwalità. L-ispiża ta’ permessi għal xogħlijiet ta’ inġinerija ċivili għal netwerks elettroniċi taffettwa l-prezzijiet li l-utenti jridu jħallsu għall-aċċess għan-netwerk fir-reġjun tagħhom u, jekk fil-fatt jistgħux jirċievu aċċess għan-netwerk ( 37 ). Proċeduri onerużi għall-installazzjoni ta’ faċilitajiet jistgħu jkollhom effett simili bħal ostakoli fil-forma ta’ skemi ta’ awtorizzazzjoni. Għalhekk, il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 13 tad-Direttiva 2002/20 ma huwiex limitat għall-kuntest ta’ awtorizzazzjoni ġenerali speċifika, iżda jinkludi tariffi oħrajn għall-installazzjoni ta’ faċilitajiet li huma meħtieġa għad-dħul fis-suq ta’ fornituri ta’ komunikazzjonijiet ( 38 ).

    49.

    Interpretazzjoni bħal din tal-Artikolu 13 tad-Direttiva 2002/20 hija wkoll fuq l-istess linja tas-sentenza Vodafone España u France Telecom España ( 39 ), li fiha l-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-Artikolu 13 jipprekludi taxxa imposta reġjonalment fuq l-użu ta’ piluni tat-telefon ta’ persuni terzi. Ovvjament hemm differenzi sostanzjali bejn il-miżura inkwistjoni fil-kawża prinċipali u dik pertinenti fil-Kawża Vodafone España u France Telecom España, iżda s-sentenza kkjarifikat żewġ punti importanti li huma applikabbli għall-każ odjern.

    50.

    L-ewwel nett, it-taxxa inkwistjoni fil-Kawża Vodafone España u France Telecom España żiedet l-ispiża tal-istabbiliment għal fornituri ġodda għall-kuntrarju ta’ dawk li diġà kellhom infrastruttura ( 40 ). B’mod simili, it-tariffi/ħlasijiet fil-kawża odjerna jżidu l-ispejjeż ta’ installazzjoni ta’ faċilitajiet u jpoġġu fornituri li sa issa ma għandhomx infrastruttura tagħhom stess fil-komun fi żvantaġġ fil-konfront ta’ dawk li għandhom.

    51.

    It-tieni nett, it-taxxa inkwistjoni f’dak il-każ ġiet imposta mill-komun li ma kienx awtorità regolatorja nazzjonali. Minħabba l-kamp ta’ applikazzjoni iktar wiesa’ tal-Artikolu 13, u billi l-komuni kienu l-awtoritajiet kompetenti sabiex japprovaw l-installazzjoni ta’ faċilitajiet, dik id-dispożizzjoni kienet tapplika fil-Kawża Vodafone España u France Telecom España. L-istess għandu japplika għall-kawża odjerna.

    52.

    Għandu jingħad ukoll li f’kawżi suċċessivi dwar il-kwistjoni ta’ taxxi ġenerali għall-kuntrarju ta’ tariffi fuq l-installazzjonijiet ta’ faċilitajiet, il-Qorti tal-Ġustizzja sabet li d-Direttiva 2002/20 ma hijiex applikabbli ( 41 ). Madankollu, fir-rigward tal-kwistjoni odjerna, ma għandu jkun hemm l-ebda dubju li t-tariffi/ħlasijiet ġew imposti għall-installazzjoni ta’ faċilità. Fit-tqegħid ta’ kejbils fuq art privata jew pubblika, X tirrikorri għad-dritt ta’ aċċess fis-sens tal-Artikolu 11 tad-Direttiva 2002/21 kif trasposta fil-Liġi dwar it-Telekomunikazzjonijiet tal-Pajjiżi l-Baxxi ( 42 ). L-Artikolu 13 tad-Direttiva 2002/20 huwa l-ispeċifikar ta’ dan id-dritt ta’ aċċess inkwantu l-installazzjoni ta’ faċilitajiet ta’ telekomunikazzjoni, li bla dubju t-tqegħid ta’ kejbils jifforma parti minnha.

    53.

    B’hekk, il-kwistjoni hija koperta bl-Artikolu 13 tad-Direttiva 2002/20, li huwa r-raġuni għaliex, skont l-Artikolu 2(2)(ċ) tad-Direttiva 2006/123, l-aħħar direttiva ma tapplikax għall-kawża odjerna.

    54.

    Il-kwistjoni dwar jekk miżuri nazzjonali bħall-ħlasijiet/tariffi imposti fil-każ tal-kawża prinċipali humiex kompatibbli mal-Artikolu 13 tad-Direttiva 2002/20, dispożizzjoni li tapplika direttament ( 43 ) li individwi jistgħu jibbażaw fuqha, teħtieġ konstatazzjonijiet fattwali, li għandha tevalwahom il-qorti tar-rinviju. Barra minn hekk, ma hijiex suġġett tal-kawża odjerna.

    2) Fuq l-Artikolu 2(3) tad-Direttiva 2006/123

    55.

    Fuq bażi ipotetika, fl-eventwalità li l-Qorti tal-Ġustizzja kellha tqis li r-rekwiżiti tal-Artikolu 2(2)(ċ) tad-Direttiva 2006/123 ma humiex issodisfatti, issa ser neżaminaw jekk miżura bħat-tariffi/ħlasijiet taqax taħt il-qasam tat-tassazzjoni (Artikolu 2(3) tad-Direttiva 2016/123).

    56.

    Il-frażi “tassazzjoni” għandha tiġi interpretata b’mod awtonomu, f’konformità ma’ ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, li tgħid illi l-ħtieġa ta’ applikazzjoni uniformi tad-dritt tal-UE u l-prinċipju ta’ ugwaljanza jirrikjedu li t-termini ta’ dispożizzjoni ta’ dritt tal-UE li ma tagħmel ebda riferiment espress għad-dritt tal-Istati Membri sabiex jiġu ddeterminati t-tifsira u l-portata tagħha, normalment jingħataw interpretazzjoni indipendenti u uniformi f’kull parti tal-Unjoni Ewropea ( 44 ).

    57.

    Hemm differenza essenzjali bejn taxxa li tikkontribwixxi għad-dħul ġenerali ta’ entità pubblika u tariffa amministrattiva għal servizz speċifiku.

    58.

    Fil-kawża odjerna, anki jekk il-komun kompetenti impona ammont li jeċċedi l-ispiża tal-proċedura amministrattiva tal-ipproċessar tal-applikazzjoni għal kunsens fir-rigward tal-ħin, tal-post u tal-manjiera tat-twettiq tax-xogħlijiet ta’ tħaffir, is-sempliċi fatt li tali eċċess possibbli impost jikkontribwixxi għall-baġit ġenerali tal-komun ma jikkonvertix it-tariffa f’taxxa ġenerali. L-impożizzjoni tat-tariffa sseħħ biss matul il-proċedura amministrattiva. Entitajiet ma jistgħux jikkonvertu tariffa amministrattiva f’taxxa, u b’hekk jaħarbu mill-applikazzjoni tad-Direttiva 2006/123, sempliċiment għaliex l-ammont impost jeċċedi l-ispejjeż ta’ ġestjoni tal-proċedura amministrattiva. Interpretazzjoni bħal din tal-Artikolu 2(3) tkun kontra l-għan tal-Artikolu 13(2) tad-Direttiva 2006/123, intiż li jillimita t-tariffi sostnuti fl-għoti ta’ awtorizzazzjonijiet lil fornituri tas-servizz.

    59.

    Għalhekk, fl-opinjoni tiegħi miżuri nazzjonali bħal-leges fil-kawża prinċipali ma jikkostitwixxux taxxa billi dawn huma imposti fl-okkażjoni tas-servizz komunali tal-ipproċessar tal-applikazzjoni għal kunsens fir-rigward tal-ħin, tal-post u tal-manjiera tat-twettiq tax-xogħlijiet ta’ tħaffir.

    b)   Fuq il-premessa 9 tad-Direttiva 2006/123 (Domanda 3)

    60.

    Billi, abbażi tal-Artikolu 2(2)(ċ) tad-Direttiva 2006/123, fl-opinjoni tiegħi dik id-Direttiva ma tapplikax f’sitwazzjoni bħal dik fil-kawża odjerna, id-domanda 3 dwar it-tifsira tal-premessa 9 tal-preambolu ta’ dik id-direttiva, fil-kuntest tal-proċeduri tal-kawża quddiem il-qorti tar-rinviju, hija ipotetika u ma għandhiex għalfejn titwieġeb.

    c)   Fuq sitwazzjonijiet purament interni (Domanda 2)

    61.

    Id-domanda 2 tittratta dwar sitwazzjonijiet purament interni skont Kapitolu III tad-Direttiva 2006/123. Billi dik id-domanda hija wkoll ipotetika fin-natura tagħha fil-kuntest tal-kawża odjerna, ser nikkunsidraha (biss) hawn taħt fil-Kawża C‑31/16, Visser.

    2.   Domandi 4 u 5

    62.

    Peress li nipproponi li l-Qorti tal-Ġustizzja għandha tiddeċiedi li d-Direttiva 2006/123 ma hijiex applikabbli għal kawża bħal dik inkwistjoni u li d-Domandi 4 u 5 huma magħmula fis-suppożizzjoni li d-direttiva tapplika, huma ipotetiċi. Iktar minn hekk, għandi nenfasizza li r-reġim stabbilit bid-Direttiva 2006/123, fir-rigward ta’ awtorizzazzjonijiet u l-iskemi tagħhom (Kapitolu III, Taqsima 1) u rekwiżiti (ipprojbiti) (Taqsima 2), ma huwiex immirat għall-qasam ta’ telekomunikazzjonijiet li huwa densament irregolat u tekniku ħafna – li huwa preċiżament ir-raġuni għaliex dan il-qasam jaqa’, kif rajna iktar ’il fuq, ’il barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2006/123 ( 45 ).

    B. Il-Kawża C‑31/16, Visser

    1.   Fuq l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2006/123 (Domanda 1)

    63.

    Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi lill-Qorti tal-Ġustizzja jekk il-bejgħ bl-imnut li jikkonsisti fil-bejgħ ta’ merkanzija bħal żraben u ħwejjeġ lill-konsumaturi jaqax taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2006/123.

    64.

    Din id-domanda hija fformulata mill-qorti tar-rinviju fl-isfond li ġej: Visser għandha bini kummerċjali li tixtieq tikrih lil Bristol BV, ditta li tixtieq tistabbilixxi ħanut għall-katina tagħha ta’ żraben u ħwienet ‘discount’. Bristol BV teżiġi li tibbaża fuq il-Kapitolu III tad-direttiva, intitolat “Libertà għall-istabbiliment ta’ fornituri”. B’hekk, id-domanda hija jekk Bristol BV hijiex fornitur ta’ servizz li tista’ tibbaża fuq id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2006/123.

    65.

    Finalment, kif ser jidher f’iktar dettall hawn taħt, wara din id-domanda pjuttost sempliċi (“Għaliex il-bejgħ bl-imnut ma għandux ikun servizz?”) hemm kwistjoni ikbar u iktar delikata bejn ir-relazzjoni bejn id-Direttiva 2006/123 u l-libertajiet fundamentali, li jinsabu fit-Trattat FUE kif ukoll il-kwistjoni tar-relazzjoni bejn dawk il-libertajiet fundamentali u l-implikazzjonijiet possibbli li jirriżultaw għad-Direttiva 2006/123.

    66.

    Filwaqt li l-Gvern tal-Pajjiżi l-Baxxi huwa tal-opinjoni li f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża odjerna, il-bejgħ bl-imnut ma għandux jitqies bħala servizz, Visser u l-Gvern tal-Italja u tal-Polonja kif ukoll il-Kummissjoni jemmnu li huwa għandu jitqies bħala tali.

    67.

    Skont l-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2006/123, id-direttiva tapplika għal servizzi mogħtija minn fornituri stabbiliti fi Stat Membru.

    68.

    L-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2006/123 jiddefinixxi “servizz” bħala “attività ekonomika mhux imħallsa [self-employed], normalment magħmula għal remunerazzjoni kif imsemmija fl-[Artikolu 57 TFUE]” ( 46 ). Min-naħa tiegħu, l-Artikolu 57 TFUE, fl-ewwel paragrafu tiegħu, jispeċifika li “[s]ervizzi fis-sens tat-Trattati għandhom jitqiesu li jinkludu servizzi normalment mogħtija bi ħlas, sa fejn ma jkunux regolati minn dispożizzjonijiet dwar il-moviment liberu tal-merkanzija, tal-kapital u tal-persuni.”

    a)   Attività ekonomika self-employed […] magħmula għal remunerazzjoni

    69.

    L-ewwel parti tad-definizzjoni ta’ “servizz” hija pjuttost diretta: il-bejgħ ta’ żraben jew ħwejjeġ jikkostitwixxi attività ekonomika self-employed, magħmula għal remunerazzjoni.

    70.

    Il-premessa 33 tad-direttiva ( 47 ) espliċitament telenka kummerċ ta’ tqassim [distribuzzjoni] ( 48 ) bħala waħda mill-attivitajiet koperti bid-direttiva ( 49 ). Barra minn hekk, il-premessa 47 tad-direttiva ssemmi, għalkemm mogħtija b’mod marġinali, fil-kuntest ta’ skemi ta’ awtorizzazzjoni, hypermarkets. Bla dubju tali ħwienet għandhom ukoll funzjoni ta’ distribuzzjoni sa fejn jikkonċernaw il-merkanzija. Sabiex jingħalaq il-kwadru, il-premessa 76 tad-direttiva tipprovdi li huma biss restrizzjonijiet li japplikaw għal merkanzija bħala tali (kuntrarju għal, kif naraha jien, id-distribuzzjoni ta’ merkanzija) li ma humiex ikkonċernati bid-direttiva.

    71.

    B’żieda ma’ dan, il-Manwal tal-Kummissjoni li ma jorbotx iżda xorta ta’ ispirazzjoni ( 50 ), dwar l-implementazzjoni tad-Direttiva dwar is-Servizzi ( 51 ), li barra minn hekk sar riferiment għaliha wkoll mill-Qorti tal-Ġustizzja fl-interpretazzjoni tad-Direttiva 2006/123 ( 52 ), jirreferi għal “negozji tad-distribuzzjoni (inkluż bejgħ bl-imnut u bl-ingrossa ta’ prodotti u servizzi).”

    72.

    Barra minn hekk, ħarsa lejn l-istorja tal-abbozzar tad-direttiva tiżvela li l-Parlament Ewropew inizjalment ipprova jneħħi r-riferiment għal “kummerċ ta’ distribuzzjoni” waqt l-ewwel qari ( 53 ), probabbilment bl-intenzjoni li jeskludi servizzi ta’ bejgħ bl-imnut mid-direttiva. Madankollu, il-Kunsill daħħal mill-ġdid dan ir-riferiment fl-abbozz ( 54 ). Dan ir-riferiment baqa’ hemm sal-adozzjoni tad-direttiva.

    b)   […] kif imsemmija fl-Artikolu 57 TFUE

    73.

    Iżda x’jingħad dwar it-tieni parti tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 57 TFUE, kif riferut fl-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2006/123 (“sa fejn ma jkunux [is-servizzi] regolati minn dispożizzjonijiet dwar il-moviment liberu tal-merkanzija, tal-kapital u tal-persuni”)?

    74.

    Din tqajjem id-domanda jekk is-servizzi inkwistjoni – il-bejgħ ta’ żraben – humiex irregolati minn libertajiet oħra tat-Trattat fis-sens tal-Artikolu 57 TFUE, li jista’ jfisser li ma jaqgħux taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2006/123.

    75.

    Taħt is-sistema tat-Trattat FUE ( 55 ), il-moviment liberu ta’ persuni jikkonsisti fiż-żewġ libertajiet separati ta’ moviment ta’ persuni dipendenti (ħaddiema) u persuni indipendenti (stabbiliment). B’hekk, libertà ta’ stabbiliment taqa’ taħt it-terminu “persuni” fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 57 TFUE ( 56 ).

    76.

    Għal mument, ejja nimmaġinaw li l-attività ta’ Bristol BV kienet waħda ta’ stabbiliment. Dan ikun jimplika li s-sitwazzjoni tagħha tkun, skont it-Trattat FUE, irregolata mir-regoli dwar il-libertà ta’ stabbiliment (bħala sottokategorija tal-moviment liberu ta’ persuni), li min-naħa tiegħu ifisser li ma nkunux fil-preżenza ta’ “servizz” fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 57 TFUE, li jimplika li aħna ninsabu ’l barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2006/123. Wara din il-konklużjoni, il-Kapitolu III tad-Direttiva 2006/123 dwar libertà għall-istabbiliment ta’ fornituri jkun imċaħħad minn kwalunkwe kamp ta’ applikazzjoni ( 57 ). Sakemm wieħed ma jikkunsidrax il-Kapitolu III għal din ir-raġuni li huwa per se kuntrarju għad-dritt primarju, il-konklużjoni li l-Kapitolu III ma għandux kamp ta’ applikazzjoni ma tistax tintlaqa’.

    77.

    Għaldaqstant, jew it-terminu “attività ta’ servizz” taħt il-Kapitolu III tad-Direttiva 2006/123 għandu jkollu definizzjoni distinta mid-definizzjoni ġenerali taħt l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2006/123, jew l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2006/123 ma huwiex intiż li jirreferi għal Artikolu 57 TFUE sa fejn jikkonċerna l-istabbiliment ta’ fornituri. Għal raġunijiet ta’ ċarezza, jien immur għat-tieni approċċ u nsostni li d-direttiva tapplika wkoll għal attivitajiet ekonomiċi li jaqgħu taħt il-libertà ta’ stabbiliment fi ħdan it-tifsira tal-Trattat FUE, iżda li tinkludi wkoll element ta’ servizz ( 58 ).

    78.

    Fuq nota iktar ġenerali, id-differenza fit-terminoloġija bejn it-Trattat FUE u d-Direttiva 2006/123 tindika l-metodi differenti użati mit-Trattat FUE, fuq naħa, u mid-Direttiva, fuq in-naħa l-oħra, sabiex jintlaħaq l-għan tal-eliminazzjoni tar-restrizzjonijiet fuq il-libertà li jiġu pprovduti servizzi. It-Trattat FUE primarjament jimmira r-“restrizzjonijiet fuq il-liberta’ li jiġu provduti servizzi fl-Unjoni” ( 59 ). Huwa jsegwi “integrazzjoni negattiva” billi jipprojbixxi ostakoli għall-kummerċ fis-servizzi ( 60 ). B’kuntrast, id-Direttiva 2006/123 tqiegħed l-enfasi fuq u speċifikament timmira lejn attivitajiet tas-servizz. Bħala att ta’ dritt sekondarju, bi grad ogħla ta’ dettall, jista’ jindirizza l-problemi ffaċċjati minn fornituri tas-servizz meta jiltaqgħu ma’ ostakoli. Huwa għalhekk – fl-istess linja tal-bażi legali tiegħu ( 61 ) – li jiffoka fuq l-attività ta’ fornituri tas-servizz u l-istruttura kollha tiegħu hija mmirata lejn attivitajiet tas-servizz ( 62 ).

    79.

    B’hekk, ir-referenza għal Artikolu 57 TFUE fl-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2006/123 ma għandux piż fuq id-domanda jekk kummerċ bl-imnut huwiex “servizz” skont l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2006/123.

    80.

    Il-bejgħ bl-imnut għandu għalhekk jiġi kkunsidrat li huwa servizz skont l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2006/123.

    c)   Interpretazzjoni restrittiva minħabba dritt primarju?

    81.

    Id-domanda li tibqa’ fil-kuntest tal-interpretazzjoni tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2006/123 hija jekk dritt primarju jwassalx għal interpretazzjoni restrittiva ta’ dik id-dispożizzjoni bl-effett li l-bejgħ bl-imnut ma jistax jiġi kkunsidrat bħala “servizz” għall-finijiet tad-Direttiva 2006/123.

    82.

    Ir-risposta tiegħi għal din hija “le”.

    1) Il-libertà ta’ stabbiliment

    83.

    Anki taħt it-Trattat FUE (biss) ( 63 ), fl-opinjoni tiegħi l-attività ta’ Bristol BV taqa’ taħt il-libertà ta’ stabbiliment, kif issa ser nuri billi nirreferi għall-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja.

    84.

    F’sitwazzjonijiet li jikkonċernaw l-istabbiliment, li jinvolvu libertà fundamentali oħra, tipikament dawk li jirrigwardaw merkanzija jew servizzi ( 64 ), jidhirli li l-Qorti tal-Ġustizzja konsistentement tapplika l-libertà ta’ stabbiliment skont l-Artikolu 49 TFUE ( 65 ). Jien nara li r-raġuni sottostanti għal approċċ bħal dan hija li l-istabbiliment, tipikament u b’mod inerenti, jinkorpora aspetti ta’ libertajiet fundamentali oħrajn kważi mid-definizzjoni tiegħu stess. Sabiex inpoġġiha b’mod skematiku: il-kapital huwa meħtieġ sabiex tibda; il-persuni jgħinu sabiex tibni u tiġġestixxi, il-merkanzija trid tiġi ttrasportata minn A għal B. Dan kollu sabiex persuna (naturali jew ġuridika) tkun tista’ tistabbilixxi lilha nnifisha.

    85.

    Bl-ikkunsidrar ta’ dawn kollha taħt “stabbiliment”, jidhirli li l-Qorti tal-Ġustizzja tiffoka fuq l-attività attwali tal-istabbiliment iktar milli l-finalità aħħarija ta’ dak l-istabbiliment. F’sitwazzjoni bħal din, il-Qorti tal-Ġustizzja ma tħarisx lejn il-merkanzija jew is-servizzi li jridu jiġu pprovduti min-negozju stabbilit.

    86.

    Abbażi ta’ din il-ġurisprudenza u fl-assenza tad-Direttiva 2006/123, it-tnedija ta’ ħanut tal-bejgħ bl-imnut bħal dak odjern fil-kawża prinċipali probabbilment taqa’ għalhekk fi ħdan il-libertà ta’ stabbiliment. F’dawn iċ-ċirkustanzi, ma narax kif it-trattament tal-każ inkwistjoni taħt il-Kapitolu III tad-direttiva dwar l-istabbiliment ta’ fornituri tas-servizz tista’ tkun kuntrarja għal din il-ġurisprudenza.

    2) Moviment liberu tal-merkanzija

    87.

    Fid-dawl li l-kawża odjerna hija dwar l-istabbiliment, ma għandniex għalfejn nibqgħu insegwu r-relazzjoni bejn id-Direttiva 2006/123 u d-dritt primarju. Sabiex nantiċipa kull idea żbaljata dwar ir-relazzjoni bejn merkanzija u servizzi u fid-dawl ta’ domandi magħmula waqt il-proċedura orali, madankollu, naħseb li huwa ta’ għajnuna li nsegwi din id-domanda ’l quddiem fi ħdan dawn il-konklużjonijiet.

    88.

    Qabel xejn għandu jiġi enfasizzat li l-fatt li, b’riżultat tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 57 TFUE, il-libertà li jiġu pprovduti servizzi hija residwa fil-konfront ta’ libertajiet oħra u bl-ebda mod ma timplika li hemm xi ordni ta’ prijorità bejn il-libertajiet fundamentali ( 66 ). Il-Qorti tal-Ġustizzja għamlitha ċara li għalkemm fid-definizzjoni tal-kunċett ta’ “servizzi” skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 57 TFUE huwa speċifikat li s-servizzi “ma jkunux regolati minn dispożizzjonijiet dwar il-moviment liberu tal-merkanzija, tal-kapital u tal-persuni”, dak jikkonċerna d-definizzjoni ta’ dak il-kunċett u ma jistabbilixxi ebda ordni ta’ prijorità bejn il-libertà li jiġu pprovduti servizzi u l-libertajiet fundamentali l-oħrajn. Fil-fatt, il-Qorti tal-Ġustizzja pprovdiet li l-kunċett ta’ “servizzi” jkopri servizzi li ma humiex irregolati minn libertajiet oħra, bil-għan li tiżgura li l-attività ekonomika kollha taqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-libertajiet fundamentali ( 67 ). Għaldaqstant, il-libertà li jiġu pprovduti servizzi ma hijiex libertà sussidjarja, iżda libertà residwa.

    89.

    Meta każijiet jinvolvu kemm merkanzija u servizzi, il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tvarja. Tista’ ssir distinzjoni bejn tliet approċċi: eżaminar ta’ libertà waħda biss abbażi ta’ “test taċ-ċentru ta’ gravità”, eżaminar taż-żewġ libertajiet flimkien, u eżaminar ta’ libertà waħda wara l-oħra. Fil-qosor, naraw dawn it-tliet approċċi wara xulxin.

    i) Tfittxija għal ċentru ta’ gravità

    90.

    Dan huwa t-test klassiku bħala standard li tirrikorri għalih il-Qorti tal-Ġustizzja. Hawn, il-Qorti tal-Ġustizzja konsistentement issostni li meta miżura nazzjonali taffettwa kemm il-libertà li jiġu pprovduti servizzi u l-moviment liberu tal-merkanzija, fil-prinċipju, il-Qorti tal-Ġustizzja teżamina l-miżura fir-rigward ta’ waħda biss minn dawk iż-żewġ libertajiet fundamentali jekk inhu ċar li, fiċ-ċirkustanzi tal-każ, waħda minn dawk il-libertajiet hija kompletament sekondarja fir-rigward tal-oħra u tista’ tiġi annessa magħha ( 68 ). F’dan il-kuntest, it-tendenza tal-Qorti tal-Ġustizzja kienet li tittratta l-każijiet ta’ bejgħ bl-imnut taħt il-moviment liberu tal-merkanzija ( 69 ). Madankollu, il-Qorti tal-Ġustizzja ma tiċħadx li hemm diversi aspetti għal attività ekonomika waħda mill-perspettiva tal-libertajiet fundamentali, anki jekk din tkun analizzat każ mill-perspettiva ta’ libertà waħda biss.

    91.

    Pereżempju, fil-Kawża Burmanjer et ( 70 ), il-Qorti tal-Ġustizzja stabbilixxiet li ma setax jiġi eskluż li l-bejgħ ta’ prodott jista’ jkun akkumpanjat minn attività b’aspetti ta’ “servizzi”. Madankollu, dak il-fatt waħdu jista’ ma jkunx suffiċjenti sabiex wieħed jikklassifika attività ekonomika bħal kummerċ itineranti bħala “provvista ta’ servizzi” fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 56 TFUE. Minflok, għandu jiġi stabbilit f’kull każ, jekk dak is-servizz huwiex jew le kompletament sekondarju fir-rigward tal-elementi li jikkonċernaw il-moviment liberu ta’ merkanzija ( 71 ). B’konsistenza ma’ dan l-approċċ, kawżi li fihom l-aspett tas-servizzi huwa b’saħħtu, bħal fir-reklamar ( 72 ), ġew ikkunsidrati taħt il-libertà li jiġu pprovduti servizzi ( 73 ).

    92.

    Il-loġika tat-test taċ-ċentru ta’ gravità huwa dan: f’sitwazzjoni fejn il-Qorti tal-Ġustizzja tintalab tinterpreta dritt primarju biss, huwa naturali li tiffoka fuq il-libertà fundamentali predominanti. Għaliex għandha twettaq l-istess test għal libertà oħra, tant sabiex tilħaq l-istess riżultat? Wara kollox, il-libertajiet fundamentali kollha għandhom l-istess għan: tneħħija ta’ ostakoli għall-kummerċ fi ħdan is-suq intern. Jekk sitwazzjoni speċifika tinqabadx, ngħidu aħna, bl-Artikolu 49 TFUE biss, bl-Artikolu 34 TFUE biss, bl-Artikolu 34 u 56 TFUE jew bl-Artikolu 56 TFUE biss, ma huwiex, fil-maġġoranza tal-każi, neċessarjament ta’ importanza kruċjali.

    ii) Applikazzjoni simultanja

    93.

    Iż-żewġ libertajiet ġew ikkunsidrati flimkien mill-Qorti tal-Ġustizzja f’każ tekniku ta’ proċeduri ta’ awtorizzazzjoni minn qabel għat-tqegħid fis-suq (prinċipalment) ta’ decoders għal sinjali televiżivi ( 74 ). Ir-raġuni għal analiżi simultanja bħal din hija żgur li, fil-provvista ta’ servizzi ta’ televiżjoni diġitali, is-servizzi u l-merkanzija huma interrelatati mill-viċin ( 75 ).

    iii) Applikazzjoni suċċessiva

    94.

    Il-Qorti tal-Ġustizzja eżaminat żewġ libertajiet, waħda wara l-oħra, speċjalment fil-kawżi dwar reklamar ( 76 ). Huwa evidenti li f’kawżi bħal dawn ta’ eżaminar suċċessiv il-Qorti tal-Ġustizzja ma tat ebda raġuni għaliex għamlet hekk ( 77 ). L-ispjegazzjoni tiegħi hija li approċċ ta’ ċentru tal-gravità ma kienx evidenti. Jien inżid li din il-linja ta’ ġurisprudenza dwar it-teħid tal-approċċ suċċessiv għandu jiġi kkunsidrat fid-dawl tas-sentenza Keck u Mithouard ( 78 ): bl-adozzjoni ta’ dan l-approċċ il-Qorti tal-Ġustizzja għamlitha ċara li miżuri li potenzjalment setgħu jikkostitwixxu arranġamenti ta’ bejgħ li jaqgħu lil hinn mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-moviment liberu ta’ merkanzija skont Keck u Mithouard, jistgħu, addizzjonalment jiġu analizzati taħt libertà oħra tat-Trattat ( 79 ).

    95.

    Mill-fatt li l-Qorti tal-Ġustizzja tirrikorri għal approċċi differenti, nikkonkludi li hemm sitwazzjonijiet fejn l-approċċ ta’ “ċentru tal-gravità”, li huwa kważi mekkanikament dwar il-kwantità, (“Liem libertà għandha l-ikbar piż?”), tilħaq il-limiti tagħha f’sitwazzjoni li fiha wieħed ma jistax sempliċement jinjora, bħala kompletament sekondarja, libertà fundamentali partikolari. Huwa għalhekk li fil-kawża odjerna, għandi preferenza għat-tielet approċċ, għaliex inkella, l-aspett tas-servizzi inerenti fil-bejgħ bl-imnut ma jiġix rikonoxxut.

    96.

    B’konsegwenza, ma narax kif fil-kawża odjerna, dritt primarju jista’ jirrestrinġi interpretazzjoni tad-Direttiva 2006/123 fuq termini tiegħu stess.

    97.

    Barra minn hekk, din il-konklużjoni hija kkorroborata bil-mod kif il-Qorti tal-Ġustizzja interpretat id-Direttiva 2006/123 sa issa, kif nixtieq nillustra issa.

    3) Il-Kawża Rina Services et

    98.

    Hawn, il-konklużjonijiet legali li nistgħu nisiltu minn Rina Services et ( 80 ) huma ta’ importanza fundamentali. Forsi l-ikbar kwistjoni legali ta’ dak il-każ kienet jekk rekwiżit ipprojbit skont l-Artikolu 14 tad-Direttiva 2006/123 ( 81 ) jistax jiġi ġġustifikat skont it-Trattat FUE. Waqt li tqajjem l-argument li l-Artikolu 14 tad-Direttiva 2006/123 ma setax jipprekludi din il-ġustifikazzjoni minħabba li din tal-aħħar kienet tammonta għal dispożizzjoni fid-dritt primarju ( 82 ), il-Qorti tal-Ġustizzja kienet ċara kristall: f’kompożizzjoni ta’ Awla Manja ddikjarat li fid-dawl li l-Artikolu 14 ma pprovdiex għal possibbiltà ta’ ġustifikazzjoni, ma kienx hemm possibbiltà bħal dik. F’din il-konnessjoni l-Qorti tal-Ġustizzja speċifikament indirizzat l-Artikolu 3(3) tad-Direttiva 2006/123 ( 83 ). B’riferiment esklużiv għat-termini, sistemi u telos tad-direttiva, il-Qorti tal-Ġustizzja b’hekk uriet aderenza kunsiderevoli mal-għażliet magħmula mil-leġiżlatur tal-UE ( 84 ).

    99.

    Għalija, il-ħsieb ġenerali sottostanti fis-sentenza Rina Services et huwa li l-leġiżlatur tal-UE jista’ jippromwovi l-aspett ta’ libertà tal-libertajiet fundamentali a skapitu inevitabbli tal-aspett ta’ ġustifikazzjoni tagħhom. Tabilħaqq, hija fin-natura tal-armonizzazzjoni li tiddefinixxi, tneħħi d-diskrepanzi u, jekk jidher xieraq mil-leġiżlatur tal-UE, tirrestrinġi l-bażi ta’ ġustifikazzjoni sabiex jinħoloq ambjent ugwali għall-operaturi ekonomiċi. B’mod illustrattiv, f’sitwazzjoni bħal din ir-“rebbieħ” hija l-libertà fundamentali tal-UE, kif ukoll l-operatur ekonomiku li jkollu l-intenzjoni li jibbaża fuq din il-libertà – li hija kompletament fl-istess linja mal-għanijiet tat-Trattat FUE ( 85 ). Fl-opinjoni tiegħi, il-legalità u l-leġittimità ta’ eżitu bħal dan tinsab fir-rispett lejn il-proċedura leġiżlattiva pprovduta fit-Trattat FUE.

    100.

    Għalhekk, dritt primarju ma għandux saħħa fuq il-kwistjoni dwar jekk bejgħ bl-imnut huwiex “servizz” skont l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2006/123.

    d)   Kunsiderazzjonijiet oħra

    101.

    Nixtieq nieħu wkoll l-opportunità sabiex inpoġġi dan il-każ fil-kuntest iktar wiesa’ tiegħu.

    102.

    Iċ-ċirkustanzi ta’ llum il-ġurnata jimplikaw li l-attività ta’ bejgħ bl-imnut, għalkemm finalment marbuta mad-distribuzzjoni tal-merkanzija, hija servizz fih innifsu u għandu jkun rikonoxxut bħala tali. Fil-passat (u, b’mod partikolari, fiż-żmien tas-sentenza Keck u Mithouard ( 86 )) setgħet kienet il-mezz primarju għad-distribuzzjoni tal-merkanzija. Twassil ta’ ordni bil-posta abbażi ta’ bejgħ minn fuq katalogu setgħet kienet teżisti, iżda dan kien ċertament mod marġinali. Minn dak iż-żmien, bil-wasla tal-internet f’virtwalment kull dar (u smartphone), il-bejgħ bl-imnut affaċċja kompetizzjoni minn direzzjonijiet ġodda li sfurzatu jgħaddi minn trasformazzjoni profonda. Illum il-ġurnata, f’estent ferm ikbar milli fil-passat, il-bejgħ bl-imnut mhux biss jikkonsisti f’sempliċi bejgħ ta’ prodott, iżda wkoll f’pariri, konsulenza u l-għoti ta’ servizzi ta’ segwitu ( 87 ). Taħt il-kundizzjonijiet ta’ llum il-ġurnata, hija attività li ma hijiex biss sempliċement anċillari għal prodott.

    103.

    Kif ħafna drabi jiġri fil-każ f’leġiżlazzjoni ġdida, iqumu mistoqsijiet ġodda fil-kors tal-applikazzjoni ta’ dak l-istrument legali li ma jistgħux jitwieġbu b’sempliċi riferiment għall-ġurisprudenza preċedenti tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar l-erba’ libertajiet. Dan huwa speċjalment importanti fil-kuntest tal-istabbiliment, fejn id-distinzjoni bejn l-istabbiliment għall-finijiet ta’ distribuzzjoni ta’ merkanzija u l-istabbiliment għall-finijiet ta’ provvista ta’ servizz ma kienet ta’ ebda rilevanza skont id-dispożizzjonijiet tat-Trattat FUE. B’hekk, ma nara l-ebda raġuni għaliex ġurisprudenza preċedenti dwar id-delimitazzjoni bejn il-libertà li jiġu pprovduti servizzi u l-moviment liberu ta’ merkanzija għandhom jostakolaw l-applikazzjoni tad-Direttiva 2006/123 għall-bejjiegħa bl-imnut, kif intiż bil-kliem ċar tagħha. Għall-kuntrarju, il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja sa issa tindika li d-distinzjoni bejn merkanzija u servizzi dejjem kienet mhux esklużiva. L-evoluzzjoni tal-ekonomija tas-servizzi, fejn tiġi normali għall-konsumatur li jistenna numru ta’ servizzi meta u anki wara li jixtri prodott, iżżid is-sovrappożizzjoni bejn iż-żewġ poli u n-negozju distributtiv huwa fil-qalba ta’ din is-sovrappożizzjoni. Il-leġiżlatur għażel li jinkludihom fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2006/123 bl-għarfien li l-attività tkompli tevolvi lejn l-offerta ta’ iktar servizzi, li huwa fl-istess linja mal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li dejjem irrikonoxxiet il-fatt li ċerti attivitajiet jinkludu aspetti protetti b’libertajiet multipli.

    104.

    Bħala riassunt, ma naħsibx li l-ġurisprudenza sa llum tista’ jew għandha tiġi interpretata b’mod li teskludi l-attività ta’ “bejgħ bl-imnut” mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2006/123.

    e)   Konklużjoni

    105.

    Għaldaqstant, il-konklużjoni tiegħi dwar l-ewwel domanda hija li attività ta’ “bejgħ bl-imnut” li tikkonsisti fil-bejgħ ta’ oġġetti bħal żraben u ħwejjeġ lill-konsumaturi taqa’ taħt id-definizzjoni ta’ “servizz” fl-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2006/123.

    2.   Fuq sitwazzjonijiet purament interni (Domanda 4)

    106.

    Permezz tar-raba’ domanda tagħha fil-Kawża C‑31/16, il-qorti tar-rinviju teżiġi li tistabbilixxi jekk il-Kapitolu III tad-Direttiva 2006/123, intitolat “Libertà għall-istabbiliment ta’ fornituri” huwiex applikabbli f’sitwazzjonijiet, li l-fatti tagħhom huma maqbuda fi Stat Membru wieħed tal-UE.

    107.

    Ma hijiex l-ewwel darba li din id-domanda ġiet riferuta lill-Qorti tal-Ġustizzja. Tabilħaqq, fil-Kawża Trijber u Harmsen ( 88 ), ir-Raad van State (kunsill tal-istat), kien diġà għamel l-istess domanda.

    108.

    Fil-konklużjonijiet tiegħi fil-Kawża Trijber u Harmsen ( 89 ) ipproponejt li dik id-domanda titwieġeb fl-affirmattiv. Kif spjegajt f’dettall f’dik il-kawża, interpretazzjoni testwali, sistematika, storika u teleoloġika tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2006/123 tipponta lejn il-Kapitolu III dwar il-libertà ta’ stabbiliment għal fornituri japplika mhux biss f’sitwazzjonijiet transkonfinali, iżda wkoll f’sitwazzjonijiet purament interni ( 90 ). Filwaqt li nirreferi lill-Qorti tal-Ġustizzja, fir-rigward tad-dettalji tar-raġunament tiegħi, għal dawk il-konklużjonijiet, fil-qosor ikkunsidrajt is-segwenti: dwar il-kliem tal-bażijiet legali tat-Trattat FUE, ma hemmx differenza bejn “koordinazzjoni”, “approssimazzjoni” u “armonizzazzjoni”; armonizzazzjoni fil-qasam tas-suq intern tista’ tkopri sitwazzjonijiet li ma humiex koperti bil-libertajiet fundamentali ggarantiti bit-Trattat FUE; id-dispożizzjonijiet ta’ Kapitolu III tad-Direttiva 2006/123 ma jagħmlu ebda riferiment għal attività transkonfinali, filwaqt li dawk tal-Kapitolu IV jagħmlu, u emendi abbozzati sabiex tiġi limitata d-direttiva sħiħa għal sitwazzjonijiet transkonfinali ġew miċħuda.

    109.

    Ma kellix bidla fil-ħsieb dwar din id-domanda mill-konklużjonijiet tiegħi fil-Kawża Trijber u Harmsen ( 91 ). Għalhekk, f’dawn il-konklużjonijiet ser nillimita ruħi sabiex nindirizza argumenti addizzjonali mressqa fil-kuntest ta’ din il-kawża u kif ukoll għall-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar id-Direttiva 2006/123.

    110.

    L-ewwel nett, id-differenza fil-kliem bejn id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu III u dawk tal-Kapitolu IV hija kruċjali: stabbiliment skont id-direttiva suppost ikopri l-provvista kollha tas-servizz intern (Kapitolu III). Operaturi ekonomiċi ma għandhomx ikunu skoraġġuti milli jistabbilixxu lilhom infushom fi Stat Membru fl-ewwel lok. Għall-kumplament, jiġifieri provvista temporanja ta’ servizzi, element transkonfinali huwa inerenti. Ergo, il-Kapitolu IV neċessarjament u loġikament jirrikjedi l-eżistenza ta’ element transkonfinali.

    111.

    It-tieni nett, dawk id-dispożizzjonijiet ( 92 ), jew anki kapitoli ( 93 ), tad-Direttiva 2006/123 li speċifikament jirreferu għal “Stat Membru ieħor” u għaldaqstant għal sitwazzjoni transkonfinali għandhom jiġu meqjusa li japplikaw speċifikament għal sitwazzjonijiet transkonfinali li bl-ebda mod ma jippreġudikaw dispożizzjonijiet oħrajn tad-direttiva li japplikaw f’sitwazzjonijiet purament interni.

    112.

    It-tielet nett, ma jistax jingħad li l-bażi legali tad-direttiva, jiġifieri, l-Artikoli 53 u 62 TFUE ( 94 ), tikkonferixxi biss kompetenza sabiex jiġu indirizzati sitwazzjonijiet transkonfinali. Tabilħaqq, kif enfasizzat il-Kummissjoni matul il-kors tas-seduta, il-kliem tal-Artikolu 53(2) TFUE, li skont dan, fil-każ ta’ professjonijiet mediċi u alleati u farmaċewtiċi, it-tneħħija progressiva ta’ restrizzjonijiet hija dipendenti fuq koordinament tal-kundizzjonijiet għall-eżerċizzju tagħhom fl-Istat Membri varji, jipponta fid-direzzjoni opposta.

    113.

    Barra minn hekk, l-Artikolu 53 TFUE diġà ġie invokat mill-leġiżlatur tal-UE bħala bażi legali f’sitwazzjonijiet li marru lil hinn minn sempliċi dawk transkonfinali. Jidhirli li din id-dispożizzjoni tintuża konsistentement bħala bażi legali standard (u l-unika) għall-armonizzazzjoni ( 95 ) fil-qasam tas-servizzi. B’mod partikolari, dan huwa l-każ għall-armonizzazzjoni voluminuża fis-settur tas-servizzi finanzjarji. Sabiex nagħti eżempju, nixtieq insemmi d-direttivi dwar ir-riorganizzazzjoni u l-istralċ ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu ( 96 ); fi swieq ta’ strumenti finanzjarji (MiFiD) ( 97 ) u fuq l-adegwatezza kapitali ta’ ditti ta’ investiment u istituzzjonijiet ta’ kreditu ( 98 ). Ma ltqajt ma ebda sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar xi waħda minn dawk id-direttivi fejn fil-kuntest tal-Artikolu 53 TFUE tqajmet kwistjoni fuq il-bażi legali fir-rigward ta’ sitwazzjonijiet purament interni ( 99 ).

    114.

    Ir-raba’ nett, għandna neżaminaw il-prattika ġudizzjarja tal-Qorti tal-Ġustizzja. Hawn, joħroġ li l-Qorti tal-Ġustizzja tinterpreta d-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu III tad-Direttiva 2006/123 biss f’sitwazzjonijiet li fin-natura tagħhom huma purament interni, mingħajr ma teżiġi element transkonfinali jew li tirrikorri għall-ġurisprudenza ġenerali tagħha dwar l-ammissibbiltà ta’ rinviji għal deċiżjoni preliminari li joħorġu minn sitwazzjonijiet purament interni, kif issa rikapitolati (u ċċarati) fil-Kawża Ullens de Schooten ( 100 ).

    115.

    Sabiex nevita xi konfużjoni, nixtieq nenfasizza d-differenza fundamentali bejn dawn iż-żewġ domandi: a) direttiva tkopri sitwazzjonijiet li fin-natura tagħhom huma purament interni, u b) il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tirrispondi għal domanda anki jekk il-kwistjonijiet fil-kawża prinċipali huma kkonfinati fi ħdan Stat Membru wieħed ( 101 ). Id-domanda (a) tikkonċerna l-kamp ta’ applikazzjoni materjali ta’ direttiva. Hija kwistjoni ta’ sustanza. Jekk ir-risposta għal din id-domanda hija “iva”, il-kwistjoni tintemm hemm, u dan fis-sens li ma tkun meħtieġa ebda tfittxija għal xi elementi transkonfinali. Min-naħa l-oħra d-domanda (b) ma hijiex ta’ natura sostanzjali, iżda ta’ natura formali. Hija dwar l-ammissibbiltà ta’ każ. Wieħed jeħtieġ biss janalizza d-domanda (b) jekk ir-risposta għad-domanda (a) hija “le”. Ullens de Schooten ( 102 ) tittratta d-domanda (b).

    116.

    F’Rina Services et ( 103 ), kawża dwar leġiżlazzjoni nazzjonali li tirrikjedi kumpanniji kklassifikati bħala korpi ta’ ċertifikazzjoni jkollhom l-uffiċċju reġistrat tagħhom fi Stat Membru partikolari, għalkemm il-fatti tal-każ fil-kawża prinċipali kienu kkonfinati b’mod ċar għal Stat Membru wieħed biss, il-Qorti tal-Ġustizzja, mingħajr ma indirizzat din il-kwistjoni, interpretat id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu III tad-Direttiva 2006/123. Sussegwentement, fil-Kawża Trijber u Harmsen, il-Qorti tal-Ġustizzja ma rrispondietx id-domanda jekk id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu III tad-Direttiva 2006/123 japplikawx f’sitwazzjoni purament interna. Minflok, fittxet u sabet elementi transkonfinali suffiċjenti ( 104 ). Dan l-approċċ inbidel mal-Kawża Hiebler ( 105 ). Il-fatti f’Hiebler, kawża dwar restrizzjonijiet territorjali li jippermettu kenniesa taċ-ċmieni li joffru s-servizzi tagħhom fis-sempliċi żona li tinkines li fiha huma residenti, kienu konfinanti għal Stat Membru wieħed ( 106 ). Il-Qorti tal-Ġustizzja ma semmiet xejn dwar element transkonfinali obbligatorju u pproċediet direttament għal eżami tad-domandi magħmula ( 107 ). L-istess jingħad għas-sentenza Promoimpresa et ( 108 ) li kienet dwar leġiżlazzjoni nazzjonali li taħtha ġie awtomatikament estiż il-perijodu ta’ validità ta’ konċessjonijiet ta’ proprjetà marittima u dik mal-lag li tappartjeni lill-Istat. Għal darba oħra, għalkemm il-fatti tal-kawża quddiem il-qorti tar-rinviju kienu kkonfinati għal Stat Membru wieħed ( 109 ), il-Qorti tal-Ġustizzja, mingħajr ma qajmet kwistjoni dwar dan il-konfinament, interpretat id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu III ( 110 ). B’kuntrast, meta analizzat l-Artikolu 49 TFUE, kienet teħtieġ “interess transkonfinali” ( 111 ). Barra minn hekk, fil-kawża Hemming et, każ dwar il-ħtieġa li titħallas tariffa fil-kuntest ta’ applikazzjoni għal awtorizzazzjoni, il-fatti kollha ġraw f’Londra. La l-Qorti tal-Ġustizzja ( 112 ) u lanqas l-Avukat Ġenerali ( 113 ) ma indirizzaw dik id-domanda.

    117.

    Bħala riassunt, qrajt il-każijiet imsemmija hawn fejn kien hemm sitwazzjoni purament interna b’dan il-mod: bl-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ Kapitolu III tad-Direttiva 2006/123, il-Qorti tal-Ġustizzja ppreżupponiet li dawk id-dispożizzjonijiet japplikaw f’sitwazzjoni purament interna ( 114 ). Billi kienu jaqgħu fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni materjali tad-Direttiva 2006/123, ma kienx hemm ħtieġa li jinstabu xi elementi transkonfinali possibbli jew potenzjali.

    118.

    Mhux b’sorpriża, nipproponi li l-Qorti tal-Ġustizzja, fil-kawża odjerna, għandha ssegwi din il-ġurisprudenza, li hija r-raġuni għaliex ir-risposta tiegħi għar-raba’ domanda hija li d-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu III tad-Direttiva 2006/123 huma applikabbli għal sitwazzjonijiet bħal dawk fil-kawża prinċipali, irrispettivament minn jekk il-fatturi kollha humiex konfinanti fi ħdan Stat Membru wieħed.

    3.   Fuq elementi transkonfinali possibbli (Domanda 3)

    119.

    Abbażi tar-risposta proposta għar-raba’ domanda, it-tielet domanda tiġi ipotetika ( 115 ).

    4.   Pjan urban skont id-Direttiva 2006/123 (Domandi 2 u 5)

    120.

    Permezz tat-tieni u l-ħames domandi, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tixtieq taċċerta jekk id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2006/123 jipprekludux pjan urban komunali bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li skont dan il-pjan, żona hija intenzjonata għal kummerċ bl-imnut ta’ oġġetti goffi, b’esklużjoni ta’ ħanut ta’ bejgħ bl-imnut għal katina ta’ ħwienet ‘discount’ għaż-żraben u l-ħwejjeġ.

    121.

    Fid-dawl li l-istabbiliment ta’ ħanut bħal dak fil-kawża prinċipali huwa ta’ natura permanenti, id-dispożizzjonijiet relevanti għall-apprezzament ta’ din id-domanda jistgħu jinsabu fil-Kapitolu III tad-direttiva, dwar “libertà ta’ stabbiliment għall-fornituri”. Dan il-Kapitolu III huwa, fil-fatt maqsum f’żewġ taqsimiet: waħda fuq awtorizzazzjonijiet, li tikkonċerna skemi ta’ awtorizzazzjoni u kundizzjonijiet u proċeduri relevanti (Taqsima 1, jiġifieri Artikoli 9 sa 13 tad-Direttiva 2006/123) u waħda fuq ir-rekwiżiti pprojbiti jew suġġetti għal evalwazzjoni (Taqsima 2, jiġifieri Artikoli 14 u 15 tad-Direttiva 2006/123). L-applikabbiltà ta’ dawn it-taqsimiet tiddependi minn jekk il-pjan urban inkwistjoni jikkostitwixxix restrizzjoni fil-forma ta’ “skema ta’ awtorizzazzjoni” fi ħdan it-tifsira ta’ Artikolu 4(6) tad-Direttiva 2006/123 jew fil-forma ta’ “rekwiżit” skont l-Artikolu 4(7) ta’ dik id-direttiva.

    a)   Fuq l-awtorizzazzjonijiet

    122.

    “Skema ta’ awtorizzazzjoni”, li tiskatta l-applikabbiltà tal-Artikoli 9 sa 13 tad-Direttiva 2006/123 hija, skont l-Artikolu 4(6) ta’ dik id-direttiva, kwalunkwe proċedura li taħtha fornitur jew riċevitur huwa fil-fatt rikjest li jieħu passi sabiex jikseb minn awtorità kompetenti deċiżjoni formali jew impliċita, li tikkonċerna l-aċċess għal attività ta’ servizz jew l-eżerċizzju tiegħu.

    123.

    Deċiżjoni hija tipikament, iżda mhux neċessarjament f’kull istanza, diretta lejn persuna individwali (naturali jew ġuridika). Dan ma huwiex il-każ għal pjan urban, li huwa dokument abbozzat indipendentement u bil-quddiem. Fi kliem ieħor, filwaqt li konformità mal-pjan urban tista’ tkun meħtieġa sabiex tibda attività ta’ servizz, il-pjan urban fih innifsu huwa att ta’ kunsill komunali ex ante u in abstracto. Minn dan isegwi li pjan urban ma jikkostitwixxix skema ta’ awtorizzazzjoni.

    124.

    Jidhirli li apprezzament bħal dan tat-terminu “skema ta’ awtorizzazzjoni” huwa kkorroborat mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja.

    125.

    Għalkemm sa fejn naf jien, il-Qorti tal-Ġustizzja għadha ma kellhiex bżonn tipprovdi fid-dettall id-distinzjoni bejn “skema ta’ awtorizzazzjoni” u forom oħra ta’ restrizzjoni, ġiet ikkonfrontata fi tliet istanzi b’każijiet ta’ skemi ta’ awtorizzazzjoni skont id-Direttiva 2006/123: Trijber u Harmsen ( 116 ), Promoimpresa et ( 117 ) u Hemming et ( 118 ). Il-kwistjoni dejjem kienet deċiżjoni minn awtorità amministrattiva li kienet meħtieġa qabel ma l-fornitur tas-servizz seta’ jibda l-attività tiegħu. F’vena simili, il-Qorti tal-EFTA kklassifikat sistema ta’ permessi għal bennejja fin-Norveġja bħala skema ta’ awtorizzazzjoni fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 16(2)(b) ( 119 ) tad-Direttiva 2006/123, billi kien meħtieġ permess għal kumpannija tal-bini li tibda xogħol ta’ kostruzzjoni fin-Norveġja.

    126.

    F’dawn il-każijiet kollha, il-fornitur tas-servizz (1) kellu bżonn jitlob deċiżjoni minn awtorità, (2) irċieva deċiżjoni indirizzata lilu in concreto u (3) dik id-deċiżjoni u l-konformità magħha kien prerekwiżit għall-fornitur tas-servizz sabiex jibda l-attività tiegħu ( 120 ).

    127.

    L-ebda minn dawn it-tliet elementi ma huwa preżenti fil-każ odjern u huwa għalhekk illi nargumenta li pjan urban bħal dak fil-kawża prinċipali ma jikkostitwixxix skema ta’ awtorizzazzjoni fis-sens tal-Artikolu 4(6) tad-Direttiva 2006/123.

    b)   Fuq ir-rekwiżiti

    128.

    Skont l-Artikolu 4(7), “rekwiżit” huwa “kwalunkwe obbligu, projbizzjoni, kondizzjoni jew limitu stipulat fil-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ l-Istati Membri” ( 121 ).

    129.

    Pjan urban bħal dak tal-Komun ta’ Appingedam huwa dispożizzjoni amministrattiva li tikkostitwixxi conditio sine qua non għal operatur ekonomiku sabiex jistabbilixxi lilu nnifsu f’komun bħal dan. Għalhekk, jaqa’ taħt id-definizzjoni ta’ “rekwiżit” fi ħdan it-tifsira tad-Direttiva 2006/123.

    c)   Fuq il-premessa 9 tad-Direttiva 2006/123

    130.

    Qabel ma ngħaddu sabiex neżaminaw l-Artikoli 14 u 15 tad-Direttiva 2006/123, irridu nindirizzaw il-kwistjoni, imqajma mill-qorti tar-rinviju, jekk il-premessa 9 ta’ dik id-direttiva għandhiex bħala effett li teskludi miżura, bħalma huwa pjan urban, mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-direttiva.

    131.

    Il-premessa 9 tad-direttiva tipprovdi li d-direttiva “tapplika biss għal ħtiġijiet li jaffettwaw l-aċċess għal, jew l-eżerċizzju ta’, attività ta’ servizz. Għalhekk, ma [t]applikax għal ħtiġijiet, bħal regoli tat-traffiku fit-triq, regoli dwar l-iżvilupp jew l-użu ta’ l-art, ippjanar urban jew rurali, standards tal-bini kif ukoll penali amministrattivi imposti għal nuqqas ta’ konformità ma’ tali regoli li ma jirregolawx b’mod speċifiku jew ma jaffettwawx b’mod speċifiku l-attività ta’ servizz iżda għandhom ikunu rispettati minn fornituri waqt it-twettiq ta’ l-attività ekonomika tagħhom bl-istess mod bħal minn individwi li jaġixxu fil-kapaċità privata tagħhom”.

    132.

    Huwa magħruf sew li filwaqt li premessi ta’ atti legali tal-UE ma għandhomx valur legali indipendenti ( 122 ), il-Qorti tal-Ġustizzja tirreferi għalihom b’mod frekwenti meta tinterpreta dispożizzjonijiet ta’ att legali tal-UE u diġà għamlet dan fir-rigward tad-Direttiva 2006/123 ( 123 ). Fl-ordinament ġuridiku tal-UE, fin-natura tagħhom dawn huma deskrittivi u mhux preskrittivi. Tabilħaqq, il-kwistjoni tal-valur legali tagħhom normalment ma tqumx għas-sempliċi raġuni li, tipikament, il-premessi huma riflessi fid-dispożizzjonijiet ta’ direttiva. Prattika leġiżlattiva xierqa mill-istituzzjonijiet politiċi tal-UE għandha tendenza li timmira li tilħaq sitwazzjoni li fiha l-premessi jipprovdu sfond fattwali għad-dispożizzjonijiet ta’ test legali.

    133.

    Madankollu, il-premessa 9 ma hijiex riflessa xi mkien ieħor fid-direttiva fis-sens li tirrifletti waħda mid-dispożizzjonijiet (preskrittivi). Bħala konsegwenza, l-oqsma elenkati f’dik il-premessa huma għalhekk per se eżentati mid-Direttiva 2006/123, għas-sempliċi raġuni li inzertaw jissemmew f’dik il-premessa. Għalhekk, id-direttiva ma tinkludix angolu moħbi fir-rigward ta’ pjani urbani.

    134.

    Inkwantu li xi partijiet fil-kawża invokaw is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawża Libert et ( 124 ), huwa biżżejjed li jingħad li għalkemm il-premessa 9 issemmiet f’dik is-sentenza, ir-raġuni għaliex il-Qorti tal-Ġustizzja kkunsidrat miżuri relatati ma’ housing soċjali bħala li jaqgħu ’il barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2006/123 kienet il-kliem mhux ambigwu tal-Artikolu 2(2)(j) ta’ dik id-direttiva ( 125 ).

    135.

    Madankollu, dan ma jfissirx li dik il-premessa hija nieqsa minn valur interpretattiv. Naqra l-premessa 9 fl-isfond tal-obbligu tal-Istati Membri, skont l-Artikolu 15(7) tad-Direttiva 2006/123, li jinnotifikaw lill-Kummissjoni b’rekwiżiti ġodda ppromulgati, u tal-obbligu tagħhom skont l-Artikolu 39(1)(b) tad-Direttiva 2006/123 li jippreżentaw rapport lill-Kummissjoni, li jinkludi l-informazzjoni speċifikata fl-Artikolu 15(5), dwar ir-rekwiżiti li għandhom ikunu evalwati. Ċertament, l-Istati Membri ma għandhomx ikunu mistennija li jinnotifikaw lill-Kummissjoni b’kull pjan urban bħala miżura ta’ ppjanar urban u rurali.

    136.

    Ergo, il-premessa 9 tikkjarifika li fil-maġġoranza tal-każi, liġijiet dwar ippjanar urban ma jikkostitwixxux rekwiżiti taħt id-Direttiva 2006/123. Il-maġġoranza tal-liġijiet tal-ippjanar urban, partikolarment dawk applikabbli erga omnes ma jaffettwawx fornituri ta’ servizz billi ma jistabbilixxux kundizzjoni li taffettwa s-servizz tal-fornitur ( 126 ). Id-Direttiva 2006/123 tipproteġi fornitur ta’ servizzi minn piżijiet li jaffettwaw fornituri ta’ servizz iktar minn ċittadini li ma jipprovdux servizzi, iżda huwa ċar li d-direttiva ma għandhiex ħsieb li teradika ħtiġijiet amministrattivi ġenerali bħal standards tal-bini, regoli tat-traffiku fit-triq jew liġijiet ta’ ppjanar urban. Mhux dak kollu li jista’ jkollu l-iktar effett inċidentali fuq il-libertà ta’ stabbiliment għandu jikkostitwixxi rekwiżit.

    137.

    B’kuntrast, il-premessa 9 ma timplikax li pjan urban huwa kollu eskluż mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-direttiva. Tabilħaqq, jista’ jkun li l-pjan urban jaffettwa fornituri ta’ servizz b’mod speċifiku. Restrizzjonijiet territorjali [Artikolu 15(2)] u awtorizzazzjonijiet għal hypermarkets (premessa 47) huma espressament riferuti fid-direttiva. Barra minn hekk, fil-fehma tiegħi, kull regola, irrispettivament mill-oriġini tagħha, li għandha bħala effett tagħha spejjeż ta’ stabbiliment ogħla għal fornituri ta’ servizz, fil-prinċipju taqa’ fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2006/123.

    138.

    Il-miżura inkwistjoni, jiġifieri projbizzjoni milli jitwettqu ċerti attivitajiet ta’ bejgħ bl-imnut f’żona partikolari toħloq tali spejjeż addizzjonali ta’ stabbiliment u hija, għalhekk, maqbuda bid-Direttiva 2006/123.

    139.

    Għaldaqstant, fid-dawl tal-premessa 9 tad-Direttiva 2006/123, pjan urban bħal dak inkwistjoni ma huwiex eskluż mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-direttiva.

    d)   Fuq l-Artikolu 14(5) tad-Direttiva 2006/123

    140.

    L-Artikolu 14 tad-Direttiva 2006/123, dwar rekwiżiti pprojbiti jelenka tmien rekwiżiti li l-Istati Membri, taħt l-ebda ċirkustanza, ma jistgħu jippromulgaw fir-rigward tal-aċċess għal, jew l-eżerċitar ta’, attività ta’ servizz fit-territorju tagħhom. Din il-“lista s-sewda” teżiġi li tiżgura it-tneħħija sistematika u mgħaġġla ta’ ċerti restrizzjonijiet fuq il-libertà ta’ stabbiliment, meqjusa mil-leġiżlatur tal-UE u mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja bħala li taffettwa negattivament il-funzjonament xieraq tas-suq intern ( 127 ).

    141.

    L-Artikolu 14(5) tad-Direttiva 2006/123, fil-qosor, jipprojbixxi li l-istabbiliment jiġi suġġett għall-applikazzjoni ta’ test ekonomiku każ b’każ. Filwaqt li jidher li hemm ċertu element ekonomiku għal pjan urban li jipprojbixxi ċerti attivitajiet ta’ bejgħ bl-imnut f’ċerti żoni, il-miżura taqa’ lil hinn mill-Artikolu 14(5) tad-Direttiva 2006/123. La huwa applikat test każ b’każ qabel l-istabbiliment, u lanqas ma jidher predominanti l-element ekonomiku tal-miżura ( 128 ) (ara l-analiżi dwar il-ġustifikazzjoni iktar ’il quddiem).

    e)   Fuq l-Artikolu 15 tad-Direttiva 2006/123

    142.

    Id-domanda li għadha trid tiġi eżaminata hija dwar jekk il-pjan urban jaqax taħt l-Artikolu 15(2)(a) tad-Direttiva 2006/123 ( 129 ), li jipprekludi restrizzjonijiet kwantitattivi jew territorjali.

    143.

    Kif korrettament irrilevat mill-Gvern Taljan fl-osservazzjonijiet tiegħu dwar il-każ, pjan urban bħal dak fil-kawża odjerna jikkostitwixxi tali restrizzjoni territorjali ( 130 ). Il-pjan jillimita l-ispazju potenzjali li fuqu fornituri tas-servizz jistgħu jistabbilixxu lilhom infushom, iżda ma tillimitax in-numru tagħhom kemm-il darba jiġi ddelinjat spazju suffiċjenti għall-attivitajiet tagħhom.

    144.

    Din ir-restrizzjoni tista’ tkun biss iġġustifikata jekk jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet elenkati fl-Artikolu 15(3) ( 131 ).

    145.

    Finalment, l-apprezzament tal-fatti taħt din id-dispożizzjoni għandu jsir mill-qorti tar-rinviju. Madankollu, abbażi tal-informazzjoni disponibbli, il-miżura inkwistjoni, jiġifieri t-tqassim ta’ żoni speċifiċi għall-bejgħ, jidhirli li hija ġġustifikata skont l-Artikolu 15(3) tad-Direttiva 2006/123.

    146.

    Għandna quddiemna miżura li tapplika mingħajr distinzjoni, li tapplika fid-dritt u fil-fatt bl-istess mod għall-fornituri kollha tas-servizz u li ma tiddiskriminax, direttament jew indirettament, abbażi ta’ nazzjonalità.

    147.

    Il-protezzjoni tal-ambjent urban, invokata bħala raġuni prevalenti fir-rigward tal-interess pubbliku, hija rikonoxxuta fl-Artikolu 4(8) tad-Direttiva 2006/123 ( 132 ) li, f’dan ir-rigward jikkodifika ġurisprudenza preċedenti fuq l-Artikolu 56 TFUE ( 133 ). Belt jista’ jkollha interess li, permezz ta’ pjan urban, tikkontribwixxi sabiex iċ-ċentru tagħha jżomm il-vitalità tiegħu u jippreżerva l-karattru oriġinali tiegħu. Li tirregola liema ħwienet jistgħu jinfetħu u fejn, b’mod ġenerali, jista’ jkun parti minn politika bħal din. Barra minn hekk, belt tista’ wkoll tkun trid tinfluwenza l-volum u l-fluss tat-traffiku ġewwa u barra l-belt. Għandu jiżdied li l-miżura inkwistjoni ma hijiex waħda ekonomika fis-sens li l-għan u l-effett tagħha huwa li tiffavorixxi ċerti bejjiegħa fuq oħrajn. Pjuttost din hija dwar l-istil ta’ ħajja f’belt u hija viċin ħafna ta’ politika kulturali, li hija wkoll rikonoxxuta bħala raġuni prevalenti li tikkonċerna l-interess pubbliku fl-Artikolu 4(8) tad-Direttiva 2006/123 ( 134 ).

    148.

    Il-miżura tidher proporzjonata u ma teċċedix dak li huwa neċessarju sabiex tilħaq l-għan tagħha. Ċentri kummerċjali ’l barra miċ-ċentru tal-belt għandhom effett awto-rinforzanti. Ladarba ċerti ħwienet ikunu ’l barra miċ-ċentru tal-belt u l-abitanti jieħdu l-karozzi tagħhom hemm, dak il-post ukoll isir iktar attraenti għal ħwienet oħrajn li sa dak iż-żmien ikunu bbażaw ruħhom fiċ-ċentru tal-belt. L-uniku mod li tevita l-konsegwenzi negattivi ta’ żieda fit-traffiku u ċentri tal-bliet vojta huwa għalhekk li tirrestrinġi l-possibbiltajiet għal fornituri tas-servizz li jibbażaw ruħhom ’il barra miċ-ċentru tal-belt.

    149.

    F’dan il-kuntest u kruċjalment, fil-każ inkwistjoni l-komun għamilha ċara wkoll li l-miżura ma tipprevjenix l-istabbiliment ta’ fornituri tas-servizz fil-belt per se, billi hemm biżżejjed spazju kummerċjali disponibbli bi prezzijiet affordabbli ( 135 ). Tabilħaqq, ma jidher li hemm ebda indikazzjoni li l-pjan urban indirettament jillimita n-numru ta’ bejjiegħa fil-komun.

    150.

    Kif ingħad, filwaqt li jidher li ma hemm ebda raġuni sabiex nassumu l-miżura bħala sproporzjonata, dan għandu jkun għall-qorti tar-rinviju li tivverifika. Jekk il-qorti tar-rinviju tasal għall-konklużjoni li s-superfiċji huma limitati sal-punt li fornituri bħal Bristol BV ma jistgħux jistabbilixxu ruħhom jew huma skoraġġuti milli jagħmlu dan, il-miżura tfalli mit-test ta’ proporzjonalità u tkun għalhekk prekluża bl-Artikolu 15 tad-Direttiva 2006/123.

    151.

    Ir-risposta għat-tieni u l-ħames domandi għandha għalhekk tkun li pjan urban bħal dak fil-kawża odjerna li jippermetti biss ċerti tipi ta’ bejgħ bl-imnut jikkostitwixxi restrizzjoni territorjali fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 15(2)(a) tad-Direttiva 2006/123, li tista’ tkun iġġustifikata abbażi tal-Artikolu 15(3) ta’ dik id-direttiva, jekk ikun ipprovat li ssegwi l-għan ta’ protezzjoni tal-ambjent urban f’manjiera proporzjonata.

    5.   Fuq l-Artikoli 34 u 49 TFUE (Domanda 6)

    152.

    Fid-dawl tar-risposta proposta għad-domandi preċedenti, peress li dan il-każ jaqa’ fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2006/123, ma hijiex meħtieġa analiżi fir-rigward tal-libertajiet tat-Trattat ( 136 ).

    VI. Konklużjoni

    153.

    Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha, nipproponi li l-Qorti tal-Ġustizzja għandha tirrispondi d-domandi magħmula mill-Hoge Raad der Nederlanden (qorti suprema tal-Pajjiżi l-Baxxi) u tar-Raad van State (kunsill tal-istat, il-Pajjiżi l-Baxxi) kif ġej:

    (1)

    Tariffi/ħlasijiet, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali fil-Kawża C‑360/15, imposti minn awtorità ta’ Stat Membru għall-ipproċessar ta’ applikazzjoni għal kunsens fir-rigward tal-ħin, tal-post u tal-manjiera tat-twettiq tax-xogħlijiet ta’ tħaffir assoċjati mal-installazzjoni ta’ kejbils għal netwerk pubbliku ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi, jaqgħu fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 2(2)(ċ) tad-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat‑12 ta’ Diċembru 2006, dwar is-servizzi fis-suq intern. Ma jidħlux fil-qasam ta’ tassazzjoni fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 2(3) tad-Direttiva 2006/123.

    (2)

    Attività ta’ bejgħ bl-imnut li tikkonsisti fil-bejgħ ta’ oġġetti bħal żraben u ħwejjeġ lill-konsumaturi tidħol fi ħdan id-definizzjoni ta’ “servizz” fl-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2006/123.

    (3)

    Id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu III tad-Direttiva 2006/123 huma applikabbli għal sitwazzjonijiet bħal dawk fil-kawża prinċipali fil-Kawża C‑31/16, irrispettivament minn jekk il-fatturi kollha humiex jew le kkonfinati fi ħdan Stat Membru wieħed.

    (4)

    Pjan urban, bħal dak fil-każ inkwistjoni fil-kawża prinċipali fil-Kawża C‑31/16, li tippermetti biss ċertu tipi ta’ bejgħ bl-imnut jikkostitwixxi restrizzjoni territorjali fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 15(2)(a) tad-Direttiva 2006/123, li tista’ tiġi ġġustifikata abbażi tal-Artikolu 15(3) ta’ dik id-direttiva, jekk ikun ipprovat li hija intiża li tikseb il-protezzjoni tal-ambjent urban f’manjiera proporzjonata.


    ( 1 ) Lingwa oriġinali: l-Ingliż.

    ( 2 ) Ara l-Artikolu 3(3) TUE.

    ( 3 ) Ara l-Artikolu 26(2) TFUE.

    ( 4 ) Ara Müller-Graff, P.-Chr., “Die Verfassungsziele der Europäischen Union”, punt 113, f’Dauses, M.A., Handbuch des EU-Wirtschaftsrechts, Band 1, EL 31, C. H. Beck, Munich, 2016.

    ( 5 ) Mhux l-inqas, għaliex ma nixtieqx niġi akkużat b’ikkuppjar mill-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem li, kif inhu magħruf sew, tuża din it-terminoloġija meta tinterpreta il-KEDB mis-sentenza tagħha tal-25 ta’ April 1978, Tyrer vs Ir-Renju Unit, ECLI:CE:ECHR:1978:0425JUD000585672, § 31.

    ( 6 ) Tabilħaqq, kull tip ta’ politika rikonoxxuta bħala ġustifikazzjoni għal restrizzjoni, sew jekk imsemmija b’mod espliċitu fit-Trattat FUE jew kif żviluppata mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-forma ta’ “rekwiżit obbligatorju” (jew “rekwiżit imperattiv” jew “raġuni imperattiva ta’ interess pubbliku”).

    ( 7 ) Billi, pereżempju, tirrikonoxxi li r-restrizzjonijiet għal-libertajiet fundamentali jmorru lil hinn minn sempliċi prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni abbażi ta’ nazzjonalità, ara, fir-rigward ta’ merkanzija, is-sentenza tal-11 ta’ Lulju 1974, Dassonville (8/74, EU:C:1974:82), dwar l-istabbiliment, is-sentenza tat-30 ta’ Novembru 1995, Gebhard (C‑55/94, EU:C:1995:411), u fir-rigward ta’ servizzi, is-sentenza tal-25 ta’ Lulju 1991, Säger (C‑76/90, EU:C:1991:331).

    ( 8 ) Billi, pereżempju, tillimita l-kamp ta’ applikazzjoni tal-moviment liberu tal-merkanzija fis-sentenza tal-24 ta’ Novembru 1993, Keck u Mithouard (C‑267/91 u C‑268/91, EU:C:1993:905), jew, tabilħaqq, billi regolarment tippermetti restrizzjonijiet ġustifikati daparti tal-Istati Membri u billi tibni l-ġurisprudenza tagħha fuq raġunijiet ta’ ġustifikazzjoni li ma hemmx riferiment espress għalihom fit-Trattat FUE.

    ( 9 ) Sabiex nagħti l-iktar eżempji żgħar: billi rrikonoxxiet, fis-sentenza tal-20 ta’ Frar 1979, Rewe‑Zentral (120/78, EU:C:1979:42, “Cassis de Dijon”) għal merkanzija u fis-sentenza tat-30 ta’ Novembru 1995, Gebhard (C‑55/94, EU:C:1995:411) għall-istabbiliment, li Stati Membri jistgħu jirrikorru għal raġunijiet ta’ ġustifikazzjoni lil hinn minn dawk espressament elenkati fit-Trattat FUE, il-Qorti tal-Ġustizzja kkunsidrat, pereżempju, li jeżistu kwistjonijiet bħal protezzjoni tal-konsumatur jew protezzjoni tal-ambjent – kunċetti li ma kinux fuq l-imħuħ tal-“Awturi tat-Trattati” fl-1957.

    ( 10 ) L-eċċezzjoni famuża tkun il-moviment liberu tal-ħaddiema, ara s-sentenza tas-6 ta’ Ġunju 2000, Angonese (C‑281/98, EU:C:2000:296).

    ( 11 ) Għalkemm, fil-prattika, spiss huwa faċli li toħloq sitwazzjoni b’element transkonfinali, ara s-sentenza tal-1 ta’ Ottubru 2015, Trijber u Harmsen (C‑340/14 u C‑341/14, EU:C:2015:641), u għalkemm il-Qorti tal-Ġustizzja kienet liberali fl-aċċettazzjoni ta’ rinviji għal deċiżjoni preliminari f’kawżi li l-fatti tagħhom huma kjarament limitati għal Stat Membru wieħed (għal sunt awtorevoli tal-ġurisprudenza kif inhi illum, ara s-sentenza tal-15 ta’ Novembru 2016, Ullens de Schooten (C‑268/15, EU:C:2016:874).

    ( 12 ) Ara l-premessi 5 u 6 tad-Direttiva 2006/123.

    ( 13 ) Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Diċembru 2006, dwar is-servizzi fis-suq intern (ĠU 2006 L 376, p. 36).

    ( 14 ) Ara Wathelet, M., “La genèse de la directive ‘services’”, f’Ferrari-Breeur (ed.), La directive “services”, Bruylant, Brussels 2011, p. 21-31, fil-p. 23-25.

    ( 15 ) Ara l-Artikolu 44(1) tad-Direttiva 2006/123.

    ( 16 ) Dan jista’ jkun interpretat bħala sinjal pożittiv fis-sens li d-direttiva tilħaq l-għan tagħha li tipprovdi ċarezza legali, u għalhekk tnaqqas il-litigazzjoni.

    ( 17 ) Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar l-aċċess għal, u l-interkonnessjoni ta’ networks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi u faċilitajiet assoċjati (Direttiva tal-Aċċess, Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 323).

    ( 18 ) Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar l-awtorizzazzjoni ta’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni, ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 337), kif emendata bid-Direttiva 2009/140/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-25 ta’ Novembru 2009 (ĠU 2009 L 337, p. 37).

    ( 19 ) Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar kwadru regolatorju komuni għan-networks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi [netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi] (Direttiva Kwadru [Qafas], ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 349), kif emendata bid-Direttiva 2009/140/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal‑25 ta’ Novembru 2009 (ĠU 2009 L 337, p. 37). u kif irrettifikata (ĠU 2013 L 241, p. 8).

    ( 20 ) Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2002/22/KE tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar servizz universali u d-drittijiet ta’ l-utenti li jirrelataw ma’ netw[e]rks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva Servizz Universali, ĠU L 108, p. 51).

    ( 21 ) Barra minn hekk, il-partijiet fil-kawża prinċipali kif ukoll il-Pajjiżi l-Baxxi iqajmu dubji dwar l-interpretazzjoni tal-Artikolu 2(2)(ċ) tad-Direttiva 2006/123 kif adottata mill-qorti tar-rinviju.

    ( 22 ) Ara l-premessa 5 tad-Direttiva 2002/21. Id-direttivi l-oħra huma d-Direttiva 2002/19, id-Direttiva 2002/22, u d-Direttiva 97/66/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Diċembru 1997 dwar l-ipproċessar tad-data personali u tal-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tat-telekomunikazzjonijiet (ĠU 1998 L 24, p. 1).

    ( 23 ) Artikoli 1 u 2 tad-Direttiva 2002/21; ara wkoll Bell, R. S. K./Ray, N., EU Electronic Communications Law, Richmond Law & Tax, 2004, p. 24.

    ( 24 ) Premessa 7 tad-Direttiva 2002/20.

    ( 25 ) Premessa 36 tad-Direttiva 2002/20.

    ( 26 ) Fid-dawl tal-fatt li l-iskop eżatt tan-netwerk ma joħroġx mill-fatti sottomessi lill-Qorti tal-Ġustizzja. Iktar minn hekk, huwa għall-qorti tar-rinviju li tistabbilixxi jekk in-netwerk jikkostitwixxix “netwerk pubbliku tal-komunikazzjoni” kif imfisser fl-Artikolu 2(d) tad-Direttiva 2002/21.

    ( 27 ) “Drittijiet ta’ użu” jirreferu għad-drittijiet li jagħtu l-użu ta’ frekwenzi tar-radju (ara l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2002/20). Madankollu, dan ma għandu l-ebda rilevanza fil-kawża preżenti.

    ( 28 ) Ara pereżempju s-sentenza tas-27 ta’ Ġunju 2013, Vodafone Malta u Mobisle Communications (C‑71/12, EU:C:2013:431, punti 21 et seq.).

    ( 29 ) Tariffa li ma hijiex marbuta ma’ awtorizzazzjoni ġenerali ma tinqabadx bl-Artikolu 12 tad-Direttiva 2002/20. Ara s-sentenzi tas-17 ta’ Diċembru 2015, Proximus (C‑454/13, EU:C:2015:819, punt 22), u tas-17 ta’ Settembru 2015, Fratelli De Pra u SAIV (C‑416/14, EU:C:2015:617, punt 41).

    ( 30 ) Billi l-Gvern tal-Pajjiżi l-Baxxi ma nnotifikax dak il-komun lill-Kummissjoni bħala awtorità regolatorja nazzjonali. Dan in-nuqqas ta’ notifika ġie kkunsidrat mill-Qorti tal-Ġustizzja bħala suffiċjenti sabiex teskludi l-kwalità ta’ awtorità regolatorja nazzjonali għal komun, ara, per eżempju, is-sentenza tas-7 ta’ Novembru 2013, UPC Nederland (C‑518/11, EU:C:2013:709, punt 53).

    ( 31 ) Enfasi miżjuda.

    ( 32 ) Fil-verżjonijiet lingwistiċi bil-Franċiż u l-Ġermaniż, l-Artikolu 11 tad-Direttiva 2002/21 u l-Artikolu 13 tad-Direttiva 2002/20 jużaw l-istess termini (“autorité compétente” jew “zuständige Behörde”), filwaqt li fil-verżjoni Ingliża hemm differenza lingwistika żgħira bejn “relevant authority” (Artikolu 13 tad-Direttiva 2002/20) u “competent authority” (Artikolu 11 tad-Direttiva 2002/21). Madankollu, fl-opinjoni tiegħi, ma għandu jkun hemm ebda dubju li kemm l-Artikolu 11 tad-Direttiva 2002/21 u l-Artikolu 13 tad-Direttiva 2002/20 jirreferu għall-istess tip ta’ awtoritajiet.

    ( 33 ) Tabilħaqq, mill-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-konsultazzjoni pubblika tagħha tal-1999 rigward il-qafas regolatorju ġdid (COM(2000) 239 finali, p. 8-9) jirriżulta li l-problema perċepita mill-operaturi tat-Telecoms kienet dwar il-piż iżżejjed tal-iskemi ta’ liċenzjar mir-regolaturi nazzjonali. Billi l-għoti ta’ frekwenzi tar-radju u numru jeħtieġu xi forma ta’ skema ta’ awtorizzazzjoni, ħlasijiet għal dritt ta’ aċċess kienu meqjusa bħala spiża żejda ma’ dawn l-awtorizzazzjonijiet u liċenzji.

    ( 34 ) Ara l-premessa 1 ta’ dik id-direttiva.

    ( 35 ) Ara s-sentenza tat-12 ta’ Lulju 2012, Vodafone España u France Telecom España (C‑55/11, C‑57/11 u C‑58/11, EU:C:2012:446, punt 28 u l-ġurisprudenza ċċitata).

    ( 36 ) Artikolu 8(4) tad-Direttiva 2002/21.

    ( 37 ) Dwar il-possibbiltà li spejjeż amministrattivi joħolqu distorsjoni għall-kompetizzjoni ara wkoll il-Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Sharpston fil-kawżi magħquda Vodafone España (C‑55/11, C‑57/11 u C‑58/11, EU:C:2012:162, punti 62 sa 64).

    ( 38 ) Tajjeb jiġi nnotat li l-qafas regolatorju japplika għall-komunikazzjonijiet elettroniċi kollha u mhux biss għall-fornituri tat-telefon, fejn normalment awtorizzazzjoni ġenerali hija meħtieġa għall-fatt li sett limitat ta’ numri u ta’ frekwenzi tar-radju disponibbli jrid jiġi attribwit b’mod ġust.

    ( 39 ) Sentenza tat-12 ta’ Lulju 2012 (C‑55/11, C‑57/11 u C‑58/11, EU:C:2012:446, punti 3435).

    ( 40 ) Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Sharpston fil-kawżi magħquda Vodafone España (C‑55/11, C‑57/11 u C‑58/11, EU:C:2012:162, punt 63).

    ( 41 ) Fil-Kawża Belgacom u Mobistar, il-każ kien jikkonċerna taxxa ġenerali li kellha titħallas abbażi tal-art okkupata u mhux marbuta mal-installazzjoni ta’ faċilità, ara s-sentenza tal-4 ta’ Settembru 2014 (C‑256/13 u C‑264/13, EU:C:2014:2149, punti 3637); b’mod simili, il-Qorti tal-Ġustizzja ma applikatx id-Direttiva 2002/20 fuq leġiżlazzjoni komunali li timponi taxxa fuq l-apparat kollu tat-telekomunikazzjoni fis-sentenza tas-17 ta’ Diċembru 2015, Proximus (C‑454/13, EU:C:2015:819). La fi Proximus (punt 28) u lanqas f’Belgacom u Mobistar (punt 36) it-tariffi ma kienu relatati mal-installazzjoni ta’ faċilitajiet, u t-taxxi lanqas ma kellhom in-natura li jagħmlu d-dħul fis-suq iktar oneruż għal operaturi ġodda li ma kellhomx infrastruttura diġà installata.

    ( 42 ) Skont il-Gvern tal-Pajjiżi l-Baxxi, il-leġiżlatur tal-Pajjiżi l-Baxxi ittraspona dan l-artikolu fl-Artikolu 5.4 tal-liġijiet tat-Telekomunikazzjoni li jagħti lill-operatur tan-netwerk id-dritt li jqiegħed kejbils wara li jkun qabel fuq ħin u post tax-xogħlijiet mal-komun kompetenti.

    ( 43 ) Sentenza tat-12 ta’ Lulju 2012, Vodafone España u France Telecom España (C‑55/11, C‑57/11 u C‑58/11, EU:C:2012:446, punt 39).

    ( 44 ) Ara s-sentenza tat-18 ta’ Jannar 1984, Ekro (327/82, EU:C:1984:11, punt 11). Ara wkoll is-sentenzi tad-19 ta’ Settembru 2000, Linster (C‑287/98, EU:C:2000:468, punt 43), u tal-4 ta’ Settembru 2014, Germanwings (C‑452/13, EU:C:2014:2141, punt 16).

    ( 45 ) Ara wkoll il-premessi 19 u 20 tad-Direttiva 2006/123.

    ( 46 ) Ara wkoll is-sentenza tas-27 ta’ Frar 2014, OSA (C‑351/12, EU:C:2014:110, punt 58).

    ( 47 ) Fuq il-valur tal-premessi bħal għodda ta’ interpretazzjoni, b’mod partikolari fir-rigward tad-Direttiva 2006/123, ara punt 132 u n-nota ta’ qiegħ il-paġna 123 ta’ dawn il-konklużjonijiet.

    ( 48 ) “Kummerċ ta’ tqassim [distribuzzjoni]” hija l-frażi l-iktar użata mill-Kummissjoni sabiex tkopri bejgħ bl-imnut u attivitajiet simili, ara pereżempju p. 3 tal-Komunikazzjoni li tistabbilixxi pjan ta’ azzjoni għall-bejgħ bl-imnut COM(2013)36 finali. Ta’ min jinnota wkoll li r-Rapport oriġinali mill-Kummissjoni għall-Kunsill u l-Parlament Ewropew dwar l-istat tas-suq intern għas-servizzi, ippreżentati taħt l-ewwel stadju tal-iStrateġija tas-Suq Intern għas-Servizzi (COM(2002) 441 finali) isemmi “bejgħ bl-imnut” għal impressjonanti 35 darba. Ninsab ben konxju li r-rapport ikkostitwixxa l-bażi għall-abbozz inizjali tad-direttiva Bolkestein, li sussegwentement kienet suġġetta għal modifiki maġġuri. Iżda, minix taħt l-impressjoni li l-għanijiet u d-dispożizzjonijiet tad-direttiva ġew emendati sa fejn jikkonċernaw l-għan materjali u l-attivitajiet koperti. Il-kwistjonijiet kontenzjużi dak iż-żmien kienu pjuttost, kif inhu sew magħruf, il-prinċipju tal-pajjiż ta’ oriġini u l-konsegwenzi u ramifikazzjonijiet legali varji tiegħu. Fuq dan l-aħħar aspett, ara Obwexer, W., Ianc, Sinziana, “Das binnenmarktliche Recht der Dienstleistungsfreiheit”, f’Müller-Graff, P.-Chr. (ed.), Europäisches Wirtschaftsordnungsrecht (Enzyklopädie Europarecht, Band 4), Nomos, Baden‑Baden, 2015, p. 397-448, f’p. 428-429.

    ( 49 ) Għandu jiġi enfasizzat li, preċedentement, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà kkuntentat b’riferiment għall-premessa 33 sabiex tibbaża li servizzi ta’ ċertifikazzjoni jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-direttiva: ara s-sentenza tas-16 ta’ Ġunju 2015, Rina Services et (C‑593/13, EU:C:2015:399, punt 24).

    ( 50 ) Ara l-konklużjonijiet tiegħi fil-kawżi magħquda Trijber u Harmsen (C‑340/14 u C‑341/14, EU:C:2015:505, punti 3654) u l-Kawża Hiebler (C‑293/14, EU:C:2015:472, punt 69). Ara wkoll il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Cruz Villalón fil-Kawża Femarbel (C‑57/12, EU:C:2013:171, punt 22) u fil-Kawża Rina Services u Rina (C‑593/13, EU:C:2015:159, punt 39).

    ( 51 ) Ara l-manwal dwar l-implimentazzjoni tad-direttiva dwar is-servizzi, Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Komunitajiet Ewropej, 2007, punt 2.1.1, li jinsab fuq http://bookshop.europa.eu/mt/manwal-dwar-l-implimentazzjoni-tad-direttiva-dwar-is-servizzi-pbKM7807096/. Il-pożizzjoni tal-Kummissjoni, kif espressa fil-manwal aktarx ma hijiex sorprendenti billi l-aġenda tal-Kummissjoni jidher li kienet, mill-bidu nett, li tinkludi l-kummerċ ta’ distribuzzjoni fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2006/123.

    ( 52 ) Ara s-sentenzi tat-23 ta’ Diċembru 2015, Hiebler (C‑293/14, EU:C:2015:843, punti 325373), u tal-11 ta’ Lulju 2013, Femarbel (C‑57/12, EU:C:2013:517, punt 37).

    ( 53 ) Ara l-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari. Il-Parlament ippropona li titħassar il-premessa 14 tal-Proposta tal-Kummissjoni.

    ( 54 ) Ara l-premessa 33.

    ( 55 ) Ara Parti III, Titolu IV, TFUE dwar il-moviment liberu tal-persuni, servizzi u kapital, li huwa imbagħad imqassam f’Kapitolu 1 (Il-ħaddiema), Kapitolu 2 (Id‑dritt ta’ stabbiliment), Kapitolu 3 (Is-servizzi) u Kapitolu 4 (Il-kapital u l-pagament).

    ( 56 ) Din il-konklużjoni sistematika bl-ebda mod ma tbiddel il-fatt li l-libertà li tipprovdi servizzi primarjament tirrelata għal servizz bħala prodott. Ara, f’dan il-kuntest, Müller-Graff, P.‑Chr., in Streinz, R. (ed.), EUV/AEUV Kommentar, C. H. Beck, Munich, it-2 edizzjoni, 2012, Artikolu 56 AEUV, punt 7.

    ( 57 ) Ara wkoll Klamert, M., Services Liberalization in the EU and the WTO, Cambridge University Press, 2015, p. 177.

    ( 58 ) Ara wkoll, għalkemm b’referenza għall-Kapitolu III tad-Direttiva 2006/123, Klamert, M., ibid.

    ( 59 ) Ara l-Artikolu 56(1) TFUE.

    ( 60 ) Fit-tieni u fit-tielet paragrafi tal-Artikolu 57 TFUE, jirreferi għal “attivitajiet”, iżda jagħmel hekk f’kuntest illustrattiv.

    ( 61 ) L-Artikolu 53 TFUE speċifikament jirreferi għal “attivitajiet”.

    ( 62 ) Il-frażi “attività”, fis-singular jew plural hija użata b’mod impressjonanti 146 darba fid-direttiva: 85 istanza fil-preambolu u 61 istanza fid-dispożizzjonijiet tad-direttiva. B’kuntrast, il-frażi “ostakolu(i)” hija użata 15-il darba u fil-preambolu biss, filwaqt li l-frażi “restrizzjoni(jiet) tintuża f’20 istanza: 15 fil-preambolu u 5 fid-dispożizzjonijiet.

    ( 63 ) U minkejja l-kwistjoni ta’ sitwazzjonijiet purament interni, kif diskussi hawn taħt.

    ( 64 ) F’sitwazzjonijiet meta xi ħadd jistabbilixxi lilu jew lilha nnifisha sabiex ibiegħ prodotti jew joffri servizzi.

    ( 65 ) Ara s-sentenzi tal-11 ta’ Mejju 1999, Pfeiffer (C‑255/97, EU:C:1999:240, punt 26); tal-24 ta’ Marzu 2011, Il-Kummissjoni vs Spanja (C‑400/08, EU:C:2011:172, punti 70 sa 72); u, iktar reċenti, tal-5 ta’ Frar 2014, Hervis Sport- és Divatkereskedelmi (C‑385/12, EU:C:2014:47, punt 24).

    ( 66 ) Ara, pereżempju, Müller-Graff, P.-Chr., fi Streinz, R. (ed.), EUV/AEUV Kommentar, C. H. Beck, Munich, it-2 edizzjoni, 2012, Artikel 56 AEUV, punt 8; u Tiedje, J., fi von der Groeben, H., Schwarze, J., Hatje, A. (eds), Europäisches Unionsrecht (Kommentar), Band 1, is-7 edizzjoni., Nomos, Baden-Baden, 2015, Artikel 57 AEUV, punt 30.

    ( 67 ) Ara s-sentenza tat-3 ta’ Ottubru 2006, Fidium Finanz (C‑452/04, EU:C:2006:631, punt 32).

    ( 68 ) Ara s-sentenza tal-14 ta’ Ottubru 2004, Omega (C‑36/02, EU:C:2004:614, punt 26 u l-ġurisprudenza ċċitata). F’kitba legali ara, pereżempju, Frenz, W., Handbuch Europarecht, Band 1 Europäische Grundfreiheiten, Springer, it-2 edizzjoni 2012, p. 31, Rz. 74, u Hatzopoulos, V., “Recent Developments in the Case Law of the ECJ in the Field of Services”, Common Market Law Review, 2000, vol. 37, p. 51.

    ( 69 ) Ara, pereżempju, is-sentenza tat-13 ta’ Jannar 2000, TK-Heimdienst (C‑254/98, EU:C:2000:12). Barra minn hekk, projbizzjoni ta’ bejgħ bit-telf ġiet eżaminata skont id-dispożizzjonijiet tal-moviment liberu tal-merkanzija: ara s-sentenza tal-24 ta’ Novembru 1993, Keck u Mithouard (C‑267/91 u C‑268/91, EU:C:1993:905, punt 10). Kif inhu magħruf sew, il-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawża Keck u Mithouard ikkunsidrat ukoll li dik il-libertà ma tapplikax.

    ( 70 ) Sentenza tas-26 ta’ Mejju 2005 (C‑20/03, EU:C:2005:307).

    ( 71 ) Ara s-sentenza tas-26 ta’ Mejju 2005, Burmanjer et (C‑20/03, EU:C:2005:307, punt 34).

    ( 72 ) Sentenzi tat-30 ta’ April 1974, Sacchi (155/73, EU:C:1974:40), u tat-18 ta’ Marzu 1980, Debauve et (52/79, EU:C:1980:83). Każ dwar il-fieri ġie taħt il-libertà li jiġu pprovduti servizzi u l-libertà ta’ stabbiliment: ara s-sentenza tal-15 ta’ Jannar 2002, Il‑Kummissjoni vs l-Italja (C‑439/99, EU:C:2002:14). Ġew taħt skrutinju ħwienet tal-kafè taħt il-libertà li jiġu pprovduti servizzi: ara s-sentenza tas-16 ta’ Diċembru 2010, Josemans (C‑137/09, EU:C:2010:774, punt 50).

    ( 73 ) Eċċezzjoni waħda fl-apprezzament ta’ reklami abbażi tad-delimitazzjoni ta’ libertajiet fundamentali hija s-sentenza tal-25 ta’ Marzu 2004, Karner (C‑71/02, EU:C:2004:181, punt 47) fejn il-Qorti tal-Ġustizzja implikat li r-reklamar jaqa’ taħt l-ambitu ta’ libertajiet multipli, iżda imbagħad sabet li l-aspett ta’ merkanzija huwa predominanti.

    ( 74 ) Ara s-sentenza tat-22 ta’ Jannar 2002, Canal Satélite Digital (C‑390/99, EU:C:2002:34, punt 29).

    ( 75 ) Ara l-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Stix-Hackl fil-Kawża Canal Satélite Digital (C‑390/99, EU:C:2001:147, punt 35).

    ( 76 ) Ara s-sentenzi tad-9 ta’ Lulju 1997, De Agostini u TV-Shop (C‑34/95 sa C‑36/95, EU:C:1997:344, punti 3948), u tat-8 ta’ Marzu 2001, Gourmet International Products (C‑405/98, EU:C:2001:135, punti 1335).

    ( 77 ) Inċidentalment, lanqas l-Avukat Ġenerali Jacobs, f’ebda minn dawk il-kawżi. Ara l-konklużjonijiet tiegħu fil-kawżi magħquda De Agostini u TV-Shop (C‑34/95 sa C‑36/95, EU:C:1996:333) u f’Gourmet International Products (C‑405/98, EU:C:2000:690).

    ( 78 ) Sentenza tal-24 ta’ Novembru 1993 (C‑267/91 u C‑268/91, EU:C:1993:905).

    ( 79 ) Fl-opinjoni tiegħi, tali preċiżjoni kienet meħtieġa, peress illi fil-Kawża Keck u Mithouard innifisha, il-Qorti tal-Ġustizzja ma kkunsidratx libertajiet fundamentali ħlief il-moviment liberu ta’ merkanzija: ara s-sentenza tal-24 ta’ Novembru 1993 (C‑267/91 u C‑268/91, EU:C:1993:905, punt 6).

    ( 80 ) Sentenza tas-16 ta’ Ġunju 2015 (C‑593/13, EU:C:2015:399). Kif intwera mill-Avukat Ġenerali Cruz Villalón fil-konklużjonijiet tiegħu f’dik il-kawża, dan kien l-ewwel każ li fih id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2006/123 applikaw fil-prattika: ara l-konklużjonijiet tiegħu fil-Kawża Rina Services u Rina (C‑593/13, EU:C:2015:159, punt 1).

    ( 81 ) In casu l-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tirrikjedi kumpanniji kklassifikati bħala korpi li jiċċertifikaw sabiex ikollhom l-uffiċċju reġistrat tagħhom f’dak l-Istat Membru.

    ( 82 ) Artikolu 52(1) TFUE.

    ( 83 ) Li skont dan, Stati Membri għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tagħha “skond ir-regoli tat-Trattat dwar id-dritt ta’ stabbiliment u l-moviment liberu tas-servizzi”.

    ( 84 ) Ara s-sentenza tas-16 ta’ Ġunju 2015, Rina Services et (C‑593/13, EU:C:2015:399, punti 36 sa 40). Dan ġie mtenni fis-sentenza tat-23 ta’ Frar 2016, Il‑Kummissjoni vs L-Ungerija (C‑179/14, EU:C:2016:108, punt 47).

    ( 85 ) Ara wkoll Schönberger, Chr., “Normenkontrollen im EG-Föderalismus: die Logik gegenläufiger Hierarchisierungen im Gemeinschaftsrecht”, Europarecht, 2003, p. 600-627, fil-p. 621, li skont dan id-dritt primarju għandu jiġi mifhum iktar bħala l-mutur, iktar milli l-limitu, ta’ miżuri ta’ armonizzazzjoni.

    ( 86 ) Sentenza tal-24 ta’ Novembru 1993 (C‑267/91 u C‑268/91, EU:C:1993:905).

    ( 87 ) Ara Kotler, P./Armstrong, G., Principles of Marketing, l-14-il edizzjoni., Pearson Prentice Hall, 2012, Kapitolu dwar Bejgħ bl-Imnut, p. 374-394, fil-p. 384.

    ( 88 ) Ara d-Domanda 2 fil-Kawża C‑340/14 u d-Domanda 1 fil-Kawża C‑341/14, rispettivament il-punti 28 u 37 tas-sentenza tal-1 ta’ Ottubru 2015 (C‑340/14 u C‑341/14, EU:C:2015:641).

    ( 89 ) Ara l-Kawżi magħquda C‑340/14 u C‑341/14, EU:C:2015:505, punti 49 sa 57.

    ( 90 ) F’dik il-kawża, il-Qorti tal-Ġustizzja ma rat l-ebda ħtieġa li tindirizza u b’hekk irrifjutat li tirrispondi d-domanda ta’ sitwazzjonijiet purament interni, fid-dawl li, fiż-żewġ każijiet is-sitwazzjonijiet li kienu s-suġġett tad-domandi magħmula ma kinux purament interni, ara s-sentenza tal-1 ta’ Ottubru 2015, Trijber u Harmsen (C‑340/14 u C‑341/14, EU:C:2015:641, punt 42).

    ( 91 ) Sussegwentement jien tennejt l-opinjoni tiegħi fil-konklużjonijiet tiegħi fil-Kawża Hiebler (C‑293/14, EU:C:2015:472, punt 24) u fil-kawżi magħquda Promoimpresa et (C‑458/14 u C‑67/15, EU:C:2016:122, punt 50).

    ( 92 ) Ara, pereżempju, l-Artikolu 5(3) tad-Direttiva 2006/123.

    ( 93 ) Ara, pereżempju, il-Kapitolu VI tad-direttiva.

    ( 94 ) Preċedentement l-Artikoli 47(2) u 55 KE.

    ( 95 ) Il-Qorti tal-Ġustizzja nnifisha rreferiet għal “armonizzazzjoni” f’dan ir-rigward, ara s-sentenza tat-12 ta’ Ottubru 2004, Paul et (C‑222/02, EU:C:2004:606, punt 36).

    ( 96 ) Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Mejju 2014, li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/[KEE] u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/UE, 2012/30/UE u 2013/36/UE, u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU 2014 L 173, p. 190).

    ( 97 ) Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ April 2004, dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/611/KEE u 93/6/KEE u d-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 263).

    ( 98 ) Direttiva 2006/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 dwar l-adegwatezza tal-kapital ta’ kumpaniji tal-investiment u istituzzjonijiet ta’ kreditu (riformulazzjoni) (ĠU 2006 L 177, p. 201).

    ( 99 ) Anki jekk dawn inkludew kawża li fiha l-Qorti tal-Ġustizzja kienet Qorti Plenarja, ara s-sentenza tat-12 ta’ Ottubru 2004, Paul et (C‑222/02, EU:C:2004:606), li kkonċernat l-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 77/780/KEE, tat-12 ta’ Diċembru 1977, dwar il-koordinament ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li għandhom x’jaqsmu mal-bidu u s-segwiment tan-negozju tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu (ĠU 1977 L 322, p. 30), id-Direttiva tal-Kunsill 89/299/KEE, tas-17 ta’ April 1989, dwar il-fondi proprji ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (ĠU 1989 L 124, p. 16), u t-Tieni Direttiva tal-Kunsill 89/646/KEE, tal-15 ta’ Diċembru 1989, dwar il-koordinament ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li għandhom x’jaqsmu mal-bidu u s-segwiment tan-negozju tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u li temenda d-Direttiva 77/780/KE (ĠU 1989 L 386, p. 1), li lkoll kemm huma ġew adottati taħt l-Artikolu 53 TFUE.

    ( 100 ) Sentenza tal-15 ta’ Novembru 2016 (C‑268/15, EU:C:2016:874).

    ( 101 ) Ara wkoll il-konklużjonijiet tiegħi fil-Kawża The Gibraltar Betting and Gaming Association (C‑591/15, EU:C:2017:32, punt 62).

    ( 102 ) Sentenza tal-15 ta’ Novembru 2016 (C‑268/15, EU:C:2016:874).

    ( 103 ) Ara s-sentenza tas-16 ta’ Ġunju 2015 (C‑593/13, EU:C:2015:399). L-Avukat Ġenerali Cruz Villalón indirizza din il-kwistjoni fil-konklużjonijiet tiegħu u kkonkluda li kien hemm elementi transkonfinali suffiċjenti (potenzjali): ara l-konklużjonijiet tiegħu fil-Kawża Rina Services u Rina (C‑593/13, EU:C:2015:159, punti 1415). Madankollu, għandu jiġi nnotat li l-Avukat Ġenerali ma indirizzax il-kwistjoni dwar jekk sitwazzjonijiet purament interni jaqgħux taħt il-Kapitolu III tad-Direttiva 2006/123.

    ( 104 ) Ara s-sentenza tal-1 ta’ Ottubru 2015 (C‑340/14 u C‑341/14, EU:C:2015:641, punt 42).

    ( 105 ) Sentenza tat-23 ta’ Diċembru 2015 (C‑293/14, EU:C:2015:843).

    ( 106 ) Kienu saħansitra kkonfinati f’reġjun fi ħdan l-Istat Membru kkonċernat, li kif argumentajt fil-konklużjonijiet tiegħi, kien mingħajr rilevanza, billi element transkonfinali ma kienx neċessarju, ara l-konklużjonijiet tiegħi fil-Kawża Hiebler (C‑293/14, EU:C:2015:472, punti 2324).

    ( 107 ) Ara s-sentenza tat-23 ta’ Diċembru 2015, Hiebler (C‑293/14, EU:C:2015:843, punti 27 et seq.).

    ( 108 ) Sentenza tal-14 ta’ Lulju 2016 (C‑458/14 u C‑67/15, EU:C:2016:558).

    ( 109 ) Fil-konklużjoni tiegħi fil-kawżi magħquda Promoimpresa et (C‑458/14 u C‑67/15, EU:C:2016:122, punt 50), tennejt l-opinjoni tiegħi li d-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu III tad-Direttiva 2006/123 dwar il-libertà ta’ stabbiliment huma applikabbli irrispettivament minn jekk hemmx elementi transkonfinali.

    ( 110 ) Ara s-sentenza tal-14 ta’ Lulju 2016, Promoimpresa et (C‑458/14 u C‑67/15, EU:C:2016:558, punti 27 et seq.)

    ( 111 ) Ara s-sentenza tal-14 ta’ Lulju 2016, Promoimpresa et (C‑458/14 u C‑67/15, EU:C:2016:558, punt 68).

    ( 112 ) Ara s-sentenza tas-16 ta’ Novembru 2016, Hemming et (C‑316/15, EU:C:2016:879).

    ( 113 ) Ara l-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Wathelet fil-Kawża Hemming et (C‑316/15, EU:C:2016:618).

    ( 114 ) Notamenti tal-każ fil-letteratura legali wkoll waslu għal din il-konklużjoni, sa fejn dawn analizzaw dik il-kwistjoni. Ara, pereżempju, Reinstadler, A., Reinalter, A., “Partikuläre Anwendung der RL 2006/123/EG auf rein innerstaatliche Sachverhalte?”, Zeitschrift für Europarecht, internationales Privatrecht und Rechtsvergleichung, 2016, pp. 124-126, f’p. 125; Korte, S., “Dienstleistungsfreiheit: Gebietsbeschränkungen für Rauchfangkehrer”, Europäische Zeitschrift für Wirtschaftsrecht, 2014, pp. 224-229, f’p. 228; u Streinz, R., “Anwendungsbereich der DienstleistungsRL bei rein innerstaatlichen Sachverhalten; Kohärenz und Systematik als Maßstab für die Verhältnismäßigkeit der territorialen Beschränkung von Gewerbekonzessionen”, Juristische Schulung, 2016, p. 759-761, fil-p. 761. Kritiku, fir-rigward tal-konklużjonijiet tiegħi fil-kawżi magħquda Trijber u Harmsen (C‑340/14 u C‑341/14, EU:C:2015:505), Schiff, A., “Zur Anwendbarkeit der Dienstleistungsrichtlinie auf Inlandssachverhalte”, Zeitschrift für europäisches Wirtschaftsrecht, 2015, pp. 899-904, f’p. 901.

    ( 115 ) Ara wkoll il-punt 115 ta’ dawn il-konklużjonijiet.

    ( 116 ) Sentenza tal-1 ta’ Ottubru 2015 (C‑340/14 u C‑341/14, EU:C:2015:641).

    ( 117 ) Sentenza tal-14 ta’ Lulju 2016 (C‑458/14 u C‑67/15, EU:C:2016:558).

    ( 118 ) Sentenza tas-16 ta’ Novembru 2016 (C‑316/15, EU:C:2016:879).

    ( 119 ) Sentenza tal-Qorti tal-EFTA tat-28 ta’ Settembru 2015, Awtorità tas-Sorveljanza EFTA vs Ir-Renju tan-Norveġja, Rapport tal-Qorti tal-EFTA 2015-484, punt 50.

    ( 120 ) Ara l-kliem tal-Artikolu 4(6), enfasi tiegħi: “‘skema ta’ awtorizzazzjoni' tfisser kull proċedura li fiha kull fornitur jew riċevitur hu tabilħaqq meħtieġ jieħu passi sabiex jikseb deċiżjoni formali minn awtorità kompetenti, jew deċiżjoni impliċita, rigward l-aċċess għal attività ta’ servizz jew għall-eżerċizzju tagħha”.

    ( 121 ) Jew b’konsegwenza tal-ġurisprudenza, il-prattika amministrattiva, ir-regoli ta’ korpi professjonali, jew ir-regoli kollettivi ta’ assoċjazzjonijiet professjonali jew organizzazzjonijiet professjonali oħrajn, adottati fl-eżerċizzju tal-awtonomija ġuridika tagħhom.

    ( 122 ) Sentenzi tad-19 ta’ Novembru 1998, Nilsson et (C‑162/97, EU:C:1998:554, punt 54); tal-24 ta’ Novembru 2005, Deutsches Milch-Kontor (C‑136/04, EU:C:2005:716, punt 32); u l-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Ruiz-Jarabo Colomer fil-Kawża TeliaSonera Finland (C‑192/08, EU:C:2009:309, punti 87 sa 89).

    ( 123 ) Ara s-sentenzi tat-8 ta’ Mejju 2013 (C‑197/11 u C‑203/11, EU:C:2013:288, punt 104); tas-16 ta’ Ġunju 2015, Rina Services et (C‑593/13, EU:C:2015:399, punti 2438); tal-1 ta’ Ottubru 2015, Trijber u Harmsen (C‑340/14 u C‑341/14, EU:C:2015:641, punti 44495253); tat-23 ta’ Diċembru 2015, Hiebler (C‑293/14, EU:C:2015:843, punti 414473); tal-14 ta’ Lulju 2016, Promoimpresa et (C‑458/14 u C‑67/15, EU:C:2016:558, punti 39, 4448); tat‑23 ta’ Frar 2016, Il‑Kummissjoni vs L‑Ungerija (C‑179/14, EU:C:2016:108, punti 62, 63, 88, 106111); u tas-16 ta’ Novembru 2016, Hemming et (C‑316/15, EU:C:2016:879, punt 28).

    ( 124 ) Ara s-sentenza tat-8 ta’ Mejju 2013 (C‑197/11 u C‑203/11, EU:C:2013:288, punt 104).

    ( 125 ) Li skont dan, id-direttiva ma tapplikax għal servizzi soċjali relatati ma’ housing soċjali.

    ( 126 ) Ara wkoll Rodin, S., “Scope of the Services Directive 2006/123/EC”, fil-Conference notes Internal Market for Services, Università ta’ Maribor, 2009, p. 21, u Klamert, M., Services Liberalization in the EU and the WTO, Cambridge University Press, 2015, p. 285.

    ( 127 ) Ara s-sentenza tas-16 ta’ Ġunju 2015, Rina Services et (C‑593/13, EU:C:2015:399, punt 39).

    ( 128 ) Fil-letteratura legali, l-għan tal-Artikolu 14(5) jidher li huwa test tad-domanda ekonomika (“Bedarfsplanung”), ara eż. Schlachter, M./Ohler, Chr., Europäische Dienstleistungsrichtlinie, Handkommentar, Nomos, Baden-Baden, 2008, Artikolu 14, punt 16.

    ( 129 ) Artikolu 15 huwa applikabbli direttament u individwi jistgħu jinvokawh kontra xi Stat Membru, ara l-konklużjonijiet tiegħi fil-Kawża Hiebler (C‑293/14, EU:C:2015:472, punt 53).

    ( 130 ) Ara wkoll il-punti 6.2.5 u l-punti 6.3.1 tal-Manwal tal-Kummissjoni dwar id-Direttiva dwar is-Servizzi.

    ( 131 ) Il-kliem tal-Artikolu 15(3) tad-direttiva jixbah il-formulazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tat-30 ta’ Novembru 1995, Gebhard (C‑55/94, EU:C:1995:411, punt 37). Ara wkoll Davies, G., “The Services Directive: extending the country of origin principle, and reforming public administration”, European Law Review, vol. 32, 2007, p. 232-245, fil-p. 234. Fuq ir-rekwiżiti tal-Artikolu 15(3) tad-direttiva, ara, barra minn hekk, Botman, M. R., De Dienstenrichtlijn in Nederland, Boom Juridische uitgevers, Den Haag, 2015, Kapitolu 7, § 4.1.2, p. 275.

    ( 132 ) Addizzjonalment, hija riferuta bħala raġuni prevalenti li tirrigwarda l-interess pubbliku fil-premessi 40, 56 u 66 tad-Direttiva 2006/123. Il-premessa 40 saħansitra tispeċifika espressament li tinkludi ppjanar urban u rurali fil-protezzjoni tal-ambjent urban.

    ( 133 ) Ara s-sentenza tad-29 ta’ Novembru 2001, De Coster (C‑17/00, EU:C:2001:651, punt 38).

    ( 134 ) Anki jekk politika kulturali ma kinitx dehret fil-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja qabel l-addozzjoni tad-direttiva, kif irrimarkata minn Barnard, C., “Unravelling the services directive”, 45 Common Market Law Review, 2008, p. 323-396, fil-p. 354.

    ( 135 ) B’hekk, is-sitwazzjoni hija pjuttost differenti mill-fatti fil-kawża Il‑Kummissjoni vs Spanja, fejn liġi Spanjola sistematikament eskludiet ċertu tip ta’ ħwienet tal-bejgħ bl-imnut, ara s-sentenza tal-24 ta’ Marzu 2011 (C‑400/08, EU:C:2011:172).

    ( 136 ) Ara s-sentenza tat-23 ta’ Frar 2016, Il‑Kummissjoni vs L‑Ungerija (C‑179/14, EU:C:2016:108, punt 118).

    Top