Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CA0383

    Kawża C-383/16: Sentenza tal–Qorti tal–Ġustizzja (It–Tielet Awla) tad–19 ta’ Ottubru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal–College van Beroep voor het Bedrijfsleven – il–Pajjiżi l–Baxxi) – Vion Livestock BV vs Staatssecretaris van Economische Zaken [Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Organizzazzjoni komuni tas-swieq — Protezzjoni tal-annimali matul it-trasport — Ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni — Regolament (UE) Nru 817/2010 — Regolament (KE) Nru 1/2005 — Obbligu li tiġi aġġornata kopja tal-ktieb tal-vjaġġ sal-wasla tal-annimali fil-post tal-ewwel ħatt fil-pajjiż terz tad-destinazzjoni finali — Irkuprar ta’ ammonti mħallsin indebitament]

    ĠU C 424, 11.12.2017, p. 9–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    11.12.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 424/9


    Sentenza tal–Qorti tal–Ġustizzja (It–Tielet Awla) tad–19 ta’ Ottubru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal–College van Beroep voor het Bedrijfsleven – il–Pajjiżi l–Baxxi) – Vion Livestock BV vs Staatssecretaris van Economische Zaken

    (Kawża C-383/16) (1)

    ([Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Organizzazzjoni komuni tas-swieq - Protezzjoni tal-annimali matul it-trasport - Ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni - Regolament (UE) Nru 817/2010 - Regolament (KE) Nru 1/2005 - Obbligu li tiġi aġġornata kopja tal-ktieb tal-vjaġġ sal-wasla tal-annimali fil-post tal-ewwel ħatt fil-pajjiż terz tad-destinazzjoni finali - Irkuprar ta’ ammonti mħallsin indebitament])

    (2017/C 424/12)

    Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

    Qorti tar-rinviju

    College van Beroep voor het Bedrijfsleven

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Vion Livestock BV

    Konvenut: Staatssecretaris van Economische Zaken

    Dispożittiv

    L-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 817/2010, tas-16 ta’ Settembru 2010, li jippreskrivi regoli dettaljati skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward ta’ rekwiżiti għall-għoti ta’ rifużjonijiet konnessi mal-welfare tal-annimali tal-ifrat ħajjin matul it-trasport għall-għoti tal-ħlas lura għall-esportazzjoni, moqri flimkien mal-Artikolu 3(1) u (2) u l-Artikolu 2(2) tar-Regolament Nru 817/2010, kif ukoll il-punti 3, 7 u 8 tal-Anness II tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005, tat-22 ta’ Diċembru 2004, dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt it-trasport u operazzjonijiet relatati u li temenda d-Direttivi 64/432/KEE u 93/119/KE u r-Regolament (KE) Nru 1255/97, għandu jiġi interpretat fis-sens li r-rimbors ta’ ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni skont ir-Regolament Nru 817/2010 jistgħu jkunu meħtieġa meta t-trasportatur ta’ annimali tal-ifrat ma żammx aġġornat il-ktieb tal-vjaġġ previst fl-Anness II tar-Regolament Nru 1/2005 sal-post tal-ewwel ħatt fil-pajjiż terz tad-destinazzjoni finali.


    (1)  ĠU C 371, 10.10.2016.


    Top