This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62016CA0133
Case C-133/16: Judgment of the Court (Fifth Chamber) of 13 July 2017 (request for a preliminary ruling from the cour d’appel de Mons — Belgium) — Christian Ferenschild v JPC Motor SA (Reference for a preliminary ruling — Sale of consumer goods and associated guarantees — Directive 1999/44/EC — Article 5(1) — Period of liability of the seller — Limitation period — Second subparagraph of Article 7(1) — Second-hand goods — Contractual reduction of the seller’s liability)
Kawża C-133/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-13 ta’ Lulju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour d’appel de Mons – il-Belġju) – Christian Ferenschild vs JPC Motor SA (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Bejgħ u garanzija ta’ oġġetti ta’ konsum — Direttiva 1999/44/KE — Artikolu 5(1) — Terminu tar-responsabbiltà tal-bejjiegħ — Terminu ta’ preskrizzjoni — It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 7(1) — Oġġetti użati — Limitazzjoni kuntrattwali tar-responsabbiltà tal-bejjiegħ)

ĠU C 293, 4.9.2017, p. 7–8
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
4.9.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 293/7 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-13 ta’ Lulju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour d’appel de Mons – il-Belġju) – Christian Ferenschild vs JPC Motor SA
(Kawża C-133/16) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Bejgħ u garanzija ta’ oġġetti ta’ konsum - Direttiva 1999/44/KE - Artikolu 5(1) - Terminu tar-responsabbiltà tal-bejjiegħ - Terminu ta’ preskrizzjoni - It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 7(1) - Oġġetti użati - Limitazzjoni kuntrattwali tar-responsabbiltà tal-bejjiegħ))
(2017/C 293/09)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Cour d’appel de Mons
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Christian Ferenschild
Konvenuta: JPC Motor SA
Dispożittiv
L-Artikolu 5(1) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-25 ta’ Mejju 1999, dwar ċerti aspetti tal-bejgħ ta’ oġġetti tal-konsum u garanziji assoċjati magħhom, għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn jipprekludu regola ta’ Stat Membru li tippermetti li t-terminu ta’ preskrizzjoni tal-azzjoni tal-konsumatur ikun ta’ inqas minn sentejn mill-kunsinna tal-oġġett meta l-imsemmi Stat Membru jkun għamel użu mill-fakultà mogħtija permezz tat-tieni waħda minn dawn id-dispożizzjonijiet ta’ din id-direttiva u meta l-bejjiegħ u l-konsumatur ikunu ftiehmu dwar terminu ta’ responsabbiltà tal-bejjiegħ ta’ inqas minn sentejn, jiġifieri ta’ sena, għall-oġġett użat ikkonċernat.