Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015TN0681

Kawża T-681/15: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Novembru 2015 – Environmental Manufacturing vs UASI – Société Elmar Wolf (Rappreżentazzjoni ta’ ras ta’ lupu)

ĠU C 38, 1.2.2016, p. 67–67 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

1.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 38/67


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Novembru 2015 – Environmental Manufacturing vs UASI – Société Elmar Wolf (Rappreżentazzjoni ta’ ras ta’ lupu)

(Kawża T-681/15)

(2016/C 038/90)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Environmental Manufacturing LLP (Stowmarket, ir-Renju Unit) (rappreżentant: S. Malynicz, Barrister)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Société Elmar Wolf SA (Wissembourg, Franza)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Applikant: ir-rikorrent

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja figurattiva (Rappreżentazzjoni ta’ ras ta’ lupu) – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 4 971 511

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-3 ta’ Settembru 2015 fil-Każ R 1252/2015-1

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-UASI u lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


Top