Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015TN0621

Kawża T-621/15: Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Novembru 2015 – Tractel Greifzug vs UASI – Jiangsu Shenxi Construction Machinery (Forma ta’ vinċ immotorizzat)

ĠU C 16, 18.1.2016, p. 44–44 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

18.1.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 16/44


Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Novembru 2015 – Tractel Greifzug vs UASI – Jiangsu Shenxi Construction Machinery (Forma ta’ vinċ immotorizzat)

(Kawża T-621/15)

(2016/C 016/52)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Tractel Greifzug GmbH (Bergisch Gladbach, il-Ġermanja) (rappreżentanti: U. Lüken u C. Maierhöfer, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Jiangsu Shenxi Construction Machinery Co. Ltd (Wuxi, iċ-Ċina)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Proprjetarju tat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrenti

Trade mark ikkontestata kkonċernata: it-trade mark Komunitarja tridimensjonali (Forma ta’ vinċ immotorizzat) – Trade mark Komunitarja Nru 7 033 061

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-3 ta’ Settembru 2015 fil-Każ R 1658/2014-1

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tiċħad integralment it-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 7(1)(e)(ii) tar-Regolament Nru 207/2009.


Top