EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015TN0396

Kawża T-396/15: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Lulju 2015 – Herm. Sprenger vs UASI – web2get (Forma ta’ staffa magħquda)

ĠU C 302, 14.9.2015, p. 67–68 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

14.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 302/67


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Lulju 2015 – Herm. Sprenger vs UASI – web2get (Forma ta’ staffa magħquda)

(Kawża T-396/15)

(2015/C 302/84)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Herm. Sprenger GmbH & Co. KG (Iserlohn, il-Ġermanja) (rappreżentant: V. Schiller, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: web2get GmbH & Co. KG (Dülmen, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Proprjetarju tat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrenti

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja tridimensjonali (Forma ta’ staffa magħquda) – Trade mark Komunitarja Nru 1 599 620

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-22/04/2015 fil-Każ R 520/2015-1

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tiċħad it-talba tal-kumpannija web2get GmbH & Co. KG intiża għal dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja Nru 1 599 620 tar-rikorrenti;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tad-dispożizzjonijiet, meħuda flimkien, tal-Artikolu 52(1)(a), u tal-Artikolu 7(1) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tad-dispożizzjonijiet, meħuda flimkien, tal-Artikolu 52(1)(a) u (2), u tal-Artikolu 7(3) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 7(1)(e)(i) u (ii) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 76(1) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 77(1) tar-Regolament Nru 207/2009.


Top