This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62015TN0286
Case T-286/15: Action brought on 28 May 2015 — KF/SATCEN
Kawża T-286/15: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Mejju 2015 – KF vs SATCEN
Kawża T-286/15: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Mejju 2015 – KF vs SATCEN
ĠU C 302, 14.9.2015, p. 57–58
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
14.9.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 302/57 |
Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Mejju 2015 – KF vs SATCEN
(Kawża T-286/15)
(2015/C 302/73)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: KF (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Kunst, avukat)
Konvenut: European Union Satellite Centre (SATCEN)
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell tas-26 ta’ Jannar 2015 innotifikata lir-rikorrenti fit-23 ta’ Marzu 2015 li tiċħad iż-żewġ ilmenti tagħha. Ir-rikorrenti tinvoka l-inapplikabbiltà tal-Artikolu 28(6) tar-Regolamenti tal-Persunal taċ-Ċentru Satellitari tal-Unjoni Ewropea (1), konformement mal-Artikolu 277 TFUE; |
— |
tannula d-deċiżjoni impliċita tas-SATCEN tal-5 ta’ Lulju 2013 li tiċħad it-talba għall-assistenza mressqa mir-rikorrenti; |
— |
tannula d-deċiżjoni tas-SATCEN tal-5 ta’ Lulju 2013 li tissospendi lir-rikorrenti mill-funzjonijiet tagħha u tibda proċeduri dixxiplinarji, sussidjarjament, tistħarreġ il-legalità tad-deċiżjoni inċidentalment fl-azzjoni kontra d-deċiżjoni ta’ tneħħija; |
— |
tannula d-deċiżjoni ta’ revoka meħuda minn SATCEN fit-28 ta’ Frar 2014; |
— |
tikkundanna lis-SATCEN tħallas lir-rikorrenti kumpens għad-danni materjali subiti f’forma ta’ salarji, remunerazzjonijiet u drittijiet sa t-tmiem tal-kuntratt tagħha u li tikkumpensaha għad-danni mhux materjali subiti, stmati b’mod provviżorju ex aequo et bono għal EURO 5 00 000; |
— |
tikkundanna lis-SATCEN għall-ispejjeż, b’rata ta’ interessi ta’ 8 %. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.
1. |
Insostenn tal-azzjoni ta’ annullament tagħha tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell ta’ SATCEN tas-26 ta’ Jannar 2015, ir-rikorrenti tinvoka motiv ibbażat fuq il-ksur tad-dritt tagħha għal rimedju effettiv u għal proċedura ekwa.
|
2. |
Insostenn tal-azzjoni għall-annullament tad-deċiżjoni impliċita ta’ SATCEN tal-5 ta’ Lulju 2013 li tirrifjuta li tagħti assistenza skont l-Artikolu 2(6) tar-Regolamenti tal-Persunal ta’ SATCEN, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.
|
3. |
Insostenn tal-azzjoni tagħha għall-annullament tad-deċiżjoni ta’ sospensjoni meħuda minn SATCEN u tad-deċiżjoni tiegħu li jiftaħ proċeduri dixxiplinarji, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.
|
4. |
insostenn tal-azzjoni tagħha għall-annullament tad-deċiżjoni ta’ revoka meħuda minn SATCEN fit-28 ta’ Frar 2014, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.
|
(1) Deċiżjoni tal-kunsill 2009/747/PESK tal-14 ta’ Settembru 2009 dwar ir-Regolamenti tal-Persunal taċ-Ċentru Satellitari tal-Unjoni Ewropea (ĠU 2009 L 276, p. 1)