Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015TN0026

    Kawża T-26/15 P: Appell ippreżentat fl- 20 ta’ Jannar 2015 mill-Kummissjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija fit- 13 ta’ Novembru 2014 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) fil-Kawża F-2/12 – Hristov vs Il-Kummissjoni u EMA

    ĠU C 118, 13.4.2015, p. 32–32 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    13.4.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 118/32


    Appell ippreżentat fl-20 ta’ Jannar 2015 mill-Kummissjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija fit-13 ta’ Novembru 2014 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) fil-Kawża F-2/12 – Hristov vs Il-Kummissjoni u EMA

    (Kawża T-26/15 P)

    (2015/C 118/40)

    Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

    Partijiet

    Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall, N. Nikolova u C. Petrova)

    Partijiet oħra fil-proċedura: Emil Hristov, Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA)

    Talbiet

    tannulla s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, tat-13 ta’ Novembru 2014, mogħtija fil-Kawża F-2/12, Hristov vs Il-Kummissjoni u EMA,

    tibgħat lura l-kawża quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, sabiex dan jiddeċiedi dwar l-aggravji l-oħra,

    tirriżerva l-ispejjeż tal-appell.

    Aggravji u argumenti prinċipali

    Insostenn tal-appell tagħha, l-appellanti tinvoka tliet aggravji:

    it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku kiser id-dritt tal-Unjoni billi ta lill-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba portata li dan il-prinċipju ma għandux,

    sussidjarjament, it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku kiser il-prinċipju ta’ proporzjonalità billi naqas milli jivverifika, qabel ma ddeċieda li jilqa’ t-talba għal annullament, jekk in-nuqqas ta’ osservanza tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba setax kellu impatt fuq il-kontenut tad-deċiżjoni kkontestata;

    b’mod iktar sussidjarju, it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, fi kwalunkwe każ, kiser id-dritt tal-Unjoni billi naqas milli jibbilanċja l-interessi rispettivi inkwistjoni u billi ma llimitax l-effetti tas-sentenza tiegħu.


    Top