This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62015TN0012
Case T-12/15: Action brought on 13 January 2015 — Banco Santander and Santusa v Commission
Kawża T-12/15: Rikors ippreżentat fit- 13 ta’ Jannar 2015 – Banco Santander u Santusa vs Il-Kummissjoni
Kawża T-12/15: Rikors ippreżentat fit- 13 ta’ Jannar 2015 – Banco Santander u Santusa vs Il-Kummissjoni
ĠU C 81, 9.3.2015, p. 24–25
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
9.3.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 81/24 |
Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Jannar 2015 – Banco Santander u Santusa vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-12/15)
(2015/C 081/32)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Banco Santander, SA (Santander, Spanja) u Santusa Holding, SL (Boadilla del Monte, Spanja) (rappreżentanti: J. Buendía Sierra, E. Abad Valdenebro, R. Calvo Salinero u J. Panero Rivas, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
— |
tiddikjara ammissibbli u tilqa’ l-motivi għal annullament imqajjma; |
— |
tannulla l-Artikolu 1 tad-deċiżjoni sa fejn dan jistipula li l-interpretazzjoni amministrattiva l-ġdida tal-Artikolu 12 TRLIS [texto refundido de la Ley del Impuesto sobre Sociedades (test emendat tal-liġi Spanjola dwar it-taxxa fuq il-kumpanniji)] adottata mill-amministrazzjoni Spanjola għandha titqies bħala għajnuna mill-Istat inkompatibbli mas-suq intern; |
— |
tannulla l-Artikolu 4(1) tad-deċiżjoni sa fejn dan jeżiġi li r-Renju ta’ Spanja jtemm dak li l-Kummissjoni tqis bħala skema ta’ għajnuna mill-Istat, deskritta fl-Artikolu 1 tad-deċiżjoni; |
— |
tannulla l-Artikolu 4(2), (3), (4) u (5) tad-deċiżjoni sa fejn dan jimponi fuq ir-Renju ta’ Spanja l-obbligu li jirkupra ammonti meqjusa mill-Kummissjoni bħala għajnuna mill-Istat; |
— |
sussidjarjament, tnaqqas il-portata tal-obbligu ta’ rkupru impost fuq ir-Renju ta’ Spanja fl-Artikolu 4(2) tad-deċiżjoni sabiex dan ikun suġġett għall-istess kundizzjonijiet bħal dawk previsti fl-ewwel u fit-tieni deċiżjoni; u |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma analogi għal dawk invokati fil-Kawża T-826/14, Spanja vs Il-Kummissjoni.
Qed jiġu invokati, b’mod partikolari, żball ta’ liġi f’dak li jirrigwarda l-klassifikazzjoni ġuridika tal-miżura bħala għajnuna mill-Istat, fl-identifikazzjoni tal-benefiċjarju tal-miżura u fil-klassifikazzjoni tal-interpretazzjoni amministrattiva bħala għajnuna mill-Istat differenti minn dik eżaminata fid-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni, kif ukoll il-ksur tal-prinċipji ta’ aspettattivi leġittimi, ta’ estoppel u ta’ ċertezza legali.