Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015TB0520

    Kawża T-520/15 P: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ April 2016 – Mikulik vs Il-Kunsill (“Appell — Servizz pubbliku — Uffiċjali — Reklutaġġ — Tkeċċija wara t-tmiem tal-perijodu ta’ prova — Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat”)

    ĠU C 222, 20.6.2016, p. 22–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    20.6.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 222/22


    Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ April 2016 – Mikulik vs Il-Kunsill

    (Kawża T-520/15 P) (1)

    ((“Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Reklutaġġ - Tkeċċija wara t-tmiem tal-perijodu ta’ prova - Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat”))

    (2016/C 222/27)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Appellanti: Filip Mikulik (Praga, ir-Repubblika Ċeka) (rappreżentant: M. Velardo, avukat)

    Appellata: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bauer u M. Veiga, aġenti)

    Suġġett

    Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (Imħallef uniku) tal-25 ta’ Ġunju 2015, Mikulik vs Il-Kunsill (F-67/14, EU:F:2015:65), u intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.

    Dispożittiv

    1)

    L-appell huwa miċħud.

    2)

    Filip Mikulik huwa kkundannat għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 354, 26.10.2015.


    Top