EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015TB0351

Kawża T-351/15: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Jannar 2017 – Papapanagiotou vs Il-Parlament (“Swieq pubbliċi ta’ provvisti — Proċedura ta’ sejħa għal offerti — Għamara tal-uffiċċju — Ċaħda tal-offerta ta’ offerent — Kriterji tal-għoti — Deċiżjoni ta’ annullament tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

ĠU C 78, 13.3.2017, p. 31–31 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

13.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 78/31


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Jannar 2017 – Papapanagiotou vs Il-Parlament

(Kawża T-351/15) (1)

((“Swieq pubbliċi ta’ provvisti - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Għamara tal-uffiċċju - Ċaħda tal-offerta ta’ offerent - Kriterji tal-għoti - Deċiżjoni ta’ annullament tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))

(2017/C 078/42)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Papapanagiotou AVEEA (Serrès, il-Greċja) (rappreżentanti: S. Pappas u I. Ioannidis, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: P. Biström u S. Toliušis, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiż għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Parlament D(2015)12887, tas-27 ta’ April 2015, adottata fil-kuntest tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti INLO.AO-2012-017-LUX-UAGBI-02 li tikkonċerna l-provvista ta’ għamara tal-uffiċċju (ĠU 2013/S 138-239094), li tiċħad l-offerta ppreżentata minn Papapanagiotou.

Dispożittiv

1)

Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni.

2)

Il-Parlament Ewropew għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn Papapanagiotou AVEEA.


(1)  ĠU C 311, 21.9.2015.


Top