Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015TB0277

    Kawża T-277/15: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Jannar 2016 – Permapore vs UASI – José Joaquim Oliveira II – Jardins & Afins (Terraway) (“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva Terraway — Trade marks nazzjonali u internazzjonali verbali preċedenti TERRAWAY — Ċaħda parzjali tal-oppożizzjoni — Nuqqas ta’ osservanza tal-obbligu ta’ ħlas tal-ispejjeż tal-appell fit-terminu — Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell li tiddikjara li l-appell huwa meqjus li ma ġiex ippreżentat — Rikors manifestament infondat fid-dritt”)

    ĠU C 106, 21.3.2016, p. 35–35 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    21.3.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 106/35


    Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Jannar 2016 – Permapore vs UASI – José Joaquim Oliveira II – Jardins & Afins (Terraway)

    (Kawża T-277/15) (1)

    ((“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva Terraway - Trade marks nazzjonali u internazzjonali verbali preċedenti TERRAWAY - Ċaħda parzjali tal-oppożizzjoni - Nuqqas ta’ osservanza tal-obbligu ta’ ħlas tal-ispejjeż tal-appell fit-terminu - Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell li tiddikjara li l-appell huwa meqjus li ma ġiex ippreżentat - Rikors manifestament infondat fid-dritt”))

    (2016/C 106/40)

    Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Permapore Ltd (Nenagh, l-Irlanda) (rappreżentant: J. Sales, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Schifko, aġent)

    Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: José Joaquim Oliveira II – Jardins & Afins Lda (Grijó, il-Portugall) (rappreżentanti: M. Oehen Mendes, R. Duarte Morais, M. Ribeiro da Fonseca u S. Luís Dias, avukat)

    Suġġett

    Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-5 ta’ Marzu 2015 (Każ R 2496/2014-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn José Joaquim Oliveira II – Jardins & Afins Lda u Permapore Ltd.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Permapore għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill- Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI).

    3)

    José Joaquim Oliveira II – Jardins & Afins Lda għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


    (1)  ĠU C 245, 27.7.2015.


    Top