Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015TA0207

    Kawża T-207/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Settembru 2016 – National Iranian Tanker Company vs Il-Kunsill (“Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi adottati kontra l-Iran bil-għan li titwaqqaf il-proliferazzjoni nukleari — Iffriżar tal-fondi — Awtorità ta’ res judicata — Dritt għal rimedju effettiv — Żball ta’ evalwazzjoni — Drittijiet tad-difiża — Dritt għall-proprjetà — Proporzjonalità”)

    ĠU C 392, 24.10.2016, p. 35–36 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    24.10.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 392/35


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Settembru 2016 – National Iranian Tanker Company vs Il-Kunsill

    (Kawża T-207/15) (1)

    ((“Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi adottati kontra l-Iran bil-għan li titwaqqaf il-proliferazzjoni nukleari - Iffriżar tal-fondi - Awtorità ta’ res judicata - Dritt għal rimedju effettiv - Żball ta’ evalwazzjoni - Drittijiet tad-difiża - Dritt għall-proprjetà - Proporzjonalità”))

    (2016/C 392/44)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: National Iranian Tanker Company (Teheran, l-Iran) (rappreżentanti: T. de la Mare, QC, M. Lester, J. Pobjoy, barristers, R. Chandrasekera, S. Ashley u C. Murphy, solicitors)

    Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment N. Rouam u M. Bishop, sussegwentement M. Bishop u A. Vitro, aġenti)

    Suġġett

    Prinċipalment, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/236, tat-12 ta’ Frar 2015, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 39, p. 18) u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/230, tat-12 ta’ Frar 2015, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 39, p. 3) safejn dawn l-atti jikkonċernaw lir-rikorrenti, u, sussidjarjament, talba bbażata fuq l-Artikolu 277 TFUE u intiża għal dikjarazzjoni ta’ inapplikabbiltà tal-Artikolu 20(1)(c) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill, tas-26 ta’ Lulju 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK (ĠU L 195, p. 39), u tal-Artikolu 23(2)(d) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012, tat-23 ta’ Marzu 2012, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010 (ĠU L 88, p. 1), safejn dawn id-dispożizzjonijiet japplikaw għar-rikorrenti.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    National Iranian Tanker Company u il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż proprji tagħhom.


    (1)  ĠU C 245, 27.7.2015.


    Top