Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015TA0143

Kawża T-143/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Lulju 2017 – Spanja vs Il-Kummissjoni (“FAEG u FAEŻR — Infiq eskluż mill-finanzjament — Infiq magħmul minn Spanja — Għajnuna diretta diżakkoppjata għas-snin tat-talba 2008 u 2009 — Nuqqasijiet fis-sistema ta’ kontroll — Determinazzjoni tal-kampjuni ta’ kontroll — Oneru tal-prova — Għajnuna għall-iżvilupp rurali fil-komunità awtonoma ta’ Castilla y León għas-snin tat-talba 2009 u 2010 — Kontrolli fuq il-post — Kontrolli ewlenin — Proporzjonalità”)

ĠU C 293, 4.9.2017, p. 29–30 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

4.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 293/29


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Lulju 2017 – Spanja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-143/15) (1)

((“FAEG u FAEŻR - Infiq eskluż mill-finanzjament - Infiq magħmul minn Spanja - Għajnuna diretta diżakkoppjata għas-snin tat-talba 2008 u 2009 - Nuqqasijiet fis-sistema ta’ kontroll - Determinazzjoni tal-kampjuni ta’ kontroll - Oneru tal-prova - Għajnuna għall-iżvilupp rurali fil-komunità awtonoma ta’ Castilla y León għas-snin tat-talba 2009 u 2010 - Kontrolli fuq il-post - Kontrolli ewlenin - Proporzjonalità”))

(2017/C 293/33)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: M. Sampol Pucurull u M. J. García-Valdecasas Dorrego, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Triantafyllou u I. Galindo Martín, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/103, tas-16 ta’ Jannar 2015, li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri skont il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU 2015, L 16, p. 33).

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/103, tas-16 ta’ Jannar 2015, li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri skont il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), hija annullata sa fejn tikkonċerna l-korrezzjoni finanzjarja imposta fuq ir-Renju ta’ Spanja wara l-investigazzjoni AA/2009/007/ES għas-sena tat-talba 2009.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 178, 1.6.2015.


Top