Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015TA0132

    Kawża T-132/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Marzu 2017 – IR vs EUIPO – Pirelli Tyre (popchrono) [“Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ revoka — Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali popchrono — Assenza ta’ użu ġenwin tat-trade mark — Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”]

    ĠU C 144, 8.5.2017, p. 34–35 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    8.5.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 144/34


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Marzu 2017 – IR vs EUIPO – Pirelli Tyre (popchrono)

    (Kawża T-132/15) (1)

    ([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ revoka - Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali popchrono - Assenza ta’ użu ġenwin tat-trade mark - Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

    (2017/C 144/45)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrent: IR (rappreżentant: C. de Marguerye, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment S. Palmero Cabezas, sussegwentement D. Gája, aġenti)

    Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Pirelli Tyre SpA (Milan, l-Italja) (rappreżentanti: T. Malte Müller u F. Togo, avukati)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO, tat-13 ta’ Frar 2015 (Każ R 217/2014-5), dwar proċedimenti ta’ revoka bejn Pirelli Tyre u IR.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    IR huwa kkundannat għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 311, 21.9.2015.


    Top