Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015TA0117

    Kawża T-117/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Marzu 2017 – L-Estonja vs Il-Kummissjoni (“Rikors għal annullament — Agrikoltura — Organizzazzjoni komuni tas-swieq — Miżuri li għandhom jittieħdu minħabba l-adeżjoni ta’ Stati Membri ġodda — Ammont li għandu jiġi impost għall-kwantitajiet żejda ta’ zokkor mhux eliminati — Talba għal emenda ta’ deċiżjoni definittiva tal-Kummissjoni — Ċaħda tat-talba — Att li ma jistax jiġi kkontestat — Att konfermattiv — Assenza ta’ elementi ġodda u sostanzjali — Inammissibbiltà”)

    ĠU C 144, 8.5.2017, p. 34–34 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    8.5.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 144/34


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Marzu 2017 – L-Estonja vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-117/15) (1)

    ((“Rikors għal annullament - Agrikoltura - Organizzazzjoni komuni tas-swieq - Miżuri li għandhom jittieħdu minħabba l-adeżjoni ta’ Stati Membri ġodda - Ammont li għandu jiġi impost għall-kwantitajiet żejda ta’ zokkor mhux eliminati - Talba għal emenda ta’ deċiżjoni definittiva tal-Kummissjoni - Ċaħda tat-talba - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Att konfermattiv - Assenza ta’ elementi ġodda u sostanzjali - Inammissibbiltà”))

    (2017/C 144/44)

    Lingwa tal-kawża: l-Estonjan

    Partijiet

    Rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Estonja (rappreżentant: K. Kraavi-Käerdi, aġent)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment L. Naaber-Kivisoo u P. Ondrůšek, aġenti, sussegwentement P. Ondrůšek, assistit minn M. Kärson, avukat)

    Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Latvja (rappreżentanti: I. Kalniņš u D. Pelše, aġenti)

    Suġġett

    Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni li allegatament tinsab fl-ittra tal-Kummissjoni tat-22 ta’ Diċembru 2014 li tirrifjuta li temenda d-Deċiżjoni 2006/776/KE tagħha, tat-13 ta’ Novembru 2006, dwar l-ammonti li għandhom jiġu imposti għall-kwantitajiet żejda ta’ zokkor mhux eliminati (ĠU 2007, L 142M, p. 467).

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

    2)

    Ir-Repubblika tal-Estonja hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

    3)

    Ir-Repubblika tal-Latvja għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


    (1)  ĠU C 171, 26.5.2015.


    Top