Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015TA0013

    Kawża T-13/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Ġunju 2017 – Deutsche Post vs EUIPO – Media Logistik (PostModern) [“Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea PostModern — Trade mark verbali preċedenti POST u trade mark verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea Deutsche Post — Raġuni relattiva għal rifjut — Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Provi prodotti għall-ewwel darba quddiem il-Qorti Ġenerali”]

    ĠU C 256, 7.8.2017, p. 19–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    7.8.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 256/19


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Ġunju 2017 – Deutsche Post vs EUIPO – Media Logistik (PostModern)

    (Kawża T-13/15) (1)

    ([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea PostModern - Trade mark verbali preċedenti POST u trade mark verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea Deutsche Post - Raġuni relattiva għal rifjut - Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Provi prodotti għall-ewwel darba quddiem il-Qorti Ġenerali”])

    (2017/C 256/18)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: Deutsche Post (Bonn, il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment K. Hamacher u C. Giersdorf, K. Hamacher u finalment K. Hamacher u G. Müllejans, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: S. Hanne, aġent)

    Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Media Logistik GmbH (Dresde, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. Risthaus, avukat)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-3 ta’ Novembru 2014 (Każ R 2063/2013-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Deutsche Post u Media Logistik.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Il-kumpannija Deutsche Post AG hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 107, 30.3.2015


    Top