Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015FN0064

    Kawża F-64/15: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ April 2015 – ZZ vs UASI

    ĠU C 221, 6.7.2015, p. 29–29 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    6.7.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 221/29


    Rikors ippreżentat fit-23 ta’ April 2015 – ZZ vs UASI

    (Kawża F-64/15)

    (2015/C 221/39)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: ZZ (rappreżentant: H. Tettenborn, avukat)

    Konvenuta: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

    Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

    Annullament tad-deċiżjoni tal-konvenut, tal-4 ta’ Ġunju 2014, li ttemm il-kuntratt ta’ xogħol tar-rikorrenti, skont klawżola f’dan il-kuntratt ta’ xogħol.

    Talbiet

    jannulla d-deċiżjoni tal-UASI kkomunikata b’ittra tal-UASI tal-4 ta’ Ġunju 2014, li tikkonstata t-tmiem tal-kuntratt tar-rikorrenti bħala membru tal-persunal temporanju mal-UASI b’avviż tat-temm ta’ impjieg ta’ sitt xhur, li beda jiddekorri fl-4 ta’ Ġunju 2014;

    jikkundanna lill-UASI jħallas lir-rikorrenti danni ta’ ammont xieraq stabbilit fid-diskrezzjoni tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku għad-danni morali u immaterjali li hija sofriet minħabba d-deċiżjoni tal-UASI msemmija fl-ewwel paragrafu;

    jikkundanna lill-UASI jirreintegra lir-rikorrenti b’mod sħiħ fil-progress tal-karriera tagħha li kienet tilħaq kieku kontinwament kompliet taħdem, u jikkumpensa lir-rikorrenti b’mod sħiħ għad-danni materjali li hija sofriet, b’mod partikolari permezz tal-ħlas tar-remunerazzjoni kollha li għadha trid titħallas u d-danni materjali l-oħra kollha kkawżati lir-rikorrenti mill-UASI minħabba l-aġir illegali tiegħu (wara li jkunu tnaqqsu l-allowances tal-qgħad li hija rċeviet);

    sussidjarjament, fil-każ li, għal raġunijiet legali jew fattwali fis-sitwazzjoni inkwistjoni, ir-rikorrenti ma tiġix irreintegrata fl-impjieg tagħha u/jew ma tkomplix taħdem fil-kundizzjonijiet preċedenti, jikkundanna lill-UASI jħallas danni lir-rikorrenti għad-danni materjali li hija sofriet minħabba t-tmiem illegali tal-impjieg tagħha f’ammont ugwali għad-differenza bejn id-dħul effettiv mistenni tagħha meta mqabbel mad-dħul tagħha li kienet tirċievi kieku l-kuntratt ma ġiex mitmum, filwaqt li jittieħdu inkunsiderazzjoni l-benefiċċji tal-irtirar u drittijiet oħra;

    jikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.


    Top