Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015FA0062

Kawża F-62/15: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-5 ta’ Frar 2016 – Clausen u Kristoffersen vs Il-Parlament (Servizz pubbliku — Uffiċjali rtirati — Pensjoni tal-irtirar — Artikolu 64 tar-Regolamenti tal-Persunal — Koeffiċjenti ta’ korrezzjoni — Aġġornament annwali tal-koeffiċjenti ta’ korrezzjoni — Artikolu 65(2) tar-Regolamenti tal-Persunal — Aġġornament interim — Artikoli 3, 4 u 8 tal-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal — Limitu ta’ apprezzabbiltà — Varjazzjoni tal-għoli tal-ħajja — Artikolu 65(4) tar-Regolamenti tal-Persunal — Assenza ta’ aġġornament għas-snin 2013 u 2014 deċiża mil-leġiżlatur — Portata — Regolament Nru 1416/2013 — Sovravalutazzjoni tal-koeffiċjent ta’ korrezzjoni għad-Danimarka — Tnaqqis tal-koeffiċjent ta’ korrezzjoni mill-mekkaniżm ta’ aġġornament interim — Użu ħażin ta’ poter)

ĠU C 106, 21.3.2016, p. 49–49 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

21.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 106/49


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-5 ta’ Frar 2016 – Clausen u Kristoffersen vs Il-Parlament

(Kawża F-62/15) (1)

((Servizz pubbliku - Uffiċjali rtirati - Pensjoni tal-irtirar - Artikolu 64 tar-Regolamenti tal-Persunal - Koeffiċjenti ta’ korrezzjoni - Aġġornament annwali tal-koeffiċjenti ta’ korrezzjoni - Artikolu 65(2) tar-Regolamenti tal-Persunal - Aġġornament interim - Artikoli 3, 4 u 8 tal-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal - Limitu ta’ apprezzabbiltà - Varjazzjoni tal-għoli tal-ħajja - Artikolu 65(4) tar-Regolamenti tal-Persunal - Assenza ta’ aġġornament għas-snin 2013 u 2014 deċiża mil-leġiżlatur - Portata - Regolament Nru 1416/2013 - Sovravalutazzjoni tal-koeffiċjent ta’ korrezzjoni għad-Danimarka - Tnaqqis tal-koeffiċjent ta’ korrezzjoni mill-mekkaniżm ta’ aġġornament interim - Użu ħażin ta’ poter))

(2016/C 106/59)

Lingwa tal-kawża:Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Svend Leon Clausen (Jyllinge, id-Danimarka) u Niels Kristoffersen (Køge, id-Danimarka) (rappreżentanti: S. Orlandi u T. Martin, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: E. Taneva u L. Deneys, aġenti)

Suġġett tal-kawża

Talba għall-annullament tad-deċiżjonijiet li jnaqqsu l-koeffiċjent ta’ korrezzjoni applikabbli għall-pensjoni tar-rikorrenti, li jirrisjedu fid-Danimarka, kif tirriżulta mid-dikjarazzjonijiet tal-pensjoni tagħhom tax-xahar ta’ Ġunju 2014 u għall-kumpens għad-dannu morali allegatament imġarrab b’riżultat tal-informazzjoni diverġenti u kontradittorja għall-motivazzjoni tad-deċiżjonijiet ikkontestati.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

S.L. Clausen u N. Kristoffersen għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom u huma kkundannati jbatu l-ispejjeż sostnuti mill-Parlament Ewropew.


(1)  ĠU C 213, 29.6.2015, p. 49.


Top