Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015FA0037

    Kawża F-37/15: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tad-19 ta’ Novembru 2015 – van der Spree vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Remunerazzjoni — Waqfien definittiv tas-servizz — Artikolu 6(1) tal-Anness VII tar-Regolament tal-Persunal — Allowance ta’ reinstallazzjoni bir-rata bażika ta’ xahrejn salarju bażiku — Bidla fir-residenza tar-rikorrent — Residenza ta’ bint ir-rikorrent — Prova)

    ĠU C 7, 11.1.2016, p. 36–36 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    11.1.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 7/36


    Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tad-19 ta’ Novembru 2015 – van der Spree vs Il-Kummissjoni

    (Kawża F-37/15) (1)

    ((Servizz pubbliku - Remunerazzjoni - Waqfien definittiv tas-servizz - Artikolu 6(1) tal-Anness VII tar-Regolament tal-Persunal - Allowance ta’ reinstallazzjoni bir-rata bażika ta’ xahrejn salarju bażiku - Bidla fir-residenza tar-rikorrent - Residenza ta’ bint ir-rikorrent - Prova))

    (2016/C 007/47)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrent: Daniel van der Spree (Eischoll, l-Isvizzera) (rappreżentant: C. Mourato, avukat)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u T. S. Bohr, aġenti)

    Suġġett tal-kawża

    Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li tiċħad it-talba tar-rikorrent li jitħallas id-doppju tal-allowance ta’ reinstallazzjoni wara ċ-ċaqliq tiegħu fl-Isvizzera.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    D. van der Spree għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat li jħallas l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


    (1)  ĠU C 178, 01.06.2015, p. 26


    Top