Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CN0592

    Kawża C-592/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division) (ir-Renju Unit) fit-13 ta’ Novembru 2015 – Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs vs British Film Institute

    ĠU C 27, 25.1.2016, p. 19–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    25.1.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 27/19


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division) (ir-Renju Unit) fit-13 ta’ Novembru 2015 – Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs vs British Film Institute

    (Kawża C-592/15)

    (2016/C 027/23)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Qorti tar-rinviju

    Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division)

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs.

    Konvenuta: British Film Institute.

    Domandi preliminari

    i.

    It-termini tal-Artikolu 13A(1)(n) tas-Sitt Direttiva (1), b’mod partikolari fil-frażi “ċertu servizzi kulturali”, huma suffiċjentement ċari u preċiżi sabiex l-Artikolu 13A(1)(n) ikollu effett dirett, b’tali mod li jeżenta l-provvisti ta’ servizzi kulturali minn korpi tad-dritt pubbliku jew korpi kulturali rikonoxxuti oħra, bħall-provvisti tal-parti konvenuta fil-kawża odjerna, fl-assenza ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali traspożittiva?

    ii.

    It-termini tal-Artikolu 13A(1)(n) tas-Sitt Direttiva, b’mod partikolari fil-frażi “ċertu servizzi kulturali”, jagħtu lill-Istati Membri setgħa diskrezzjonali fir-rigward tal-applikazzjoni tagħhom permezz tal-leġiżlazzjoni ta’ traspożizzjoni u, jekk dan huwa l-każ, x’diskrezzjoni hija?

    iii.

    Il-konkolużjonijiet marbuta mad-domandi preċedenti japplikaw ukoll għall-Artikolu 132(1)(n) tad-direttiva prinċipali tal-VAT (2)?


    (1)  Sitt Direttiva tal-Kunsill, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol.1, p. 23).

    (2)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1).


    Top