Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CN0558

Kawża C-558/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal da Relação do Porto (il-Portugall) fit-2 ta’ Novembru 2015 – Alberto José Vieira Azevedo et vs CED Portugal Unipessoal, Lda, Instituto de Seguros de Portugal – Fundo de Garantia Automóvel

ĠU C 16, 18.1.2016, p. 20–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

18.1.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 16/20


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal da Relação do Porto (il-Portugall) fit-2 ta’ Novembru 2015 – Alberto José Vieira Azevedo et vs CED Portugal Unipessoal, Lda, Instituto de Seguros de Portugal – Fundo de Garantia Automóvel

(Kawża C-558/15)

(2016/C 016/26)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal da Relação do Porto

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Alberto José Vieira Azevedo, Maria da Conceição Ferreira da Silva, Carlos Manuel Ferreira Alves, Rui Dinis Ferreira Alves, Vítor José Ferreira Alves

Konvenuti: CED Portugal Unipessoal, Lda, Instituto de Seguros de Portugal – Fundo de Garantia Automóvel

Intervenjenti: Instituto de Seguros de Portugal – Fundo de Acidentes de Trabalho

Domandi preliminari

1)

Ir-Raba’ Direttiva dwar l-assigurazzjoni tal-vetturi (Direttiva 2000/26/KE (1) tal-Parlament u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Mejju 2000, kif emendata bid-Direttiva 2005/14/KE (2) tal-Parlament u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Mejju 2005), b’mod partikolari fil-premessa 16a u fl-Artikolu 4 tagħha – fid-dawl tal-Artikolu 4(4), (5) u (8) komplessivament (trasposti mid-dritt Portugiż permezz tal-Artikolu 43 tad-Digriet Liġi Nru 522/85 tal-31 ta’ Diċembru, fir-redazzjoni tad-Digriet Liġi Nru 72-A/2 — 3 tal-14 ta’ April) tippermetti li titressaq azzjoni kontra r-rappreżentant tal-kumpannija ta’ assigurazzjoni li ma toperax fil-pajjiż fejn tressqet l-azzjoni ġudizzjarja għad-danni minħabba inċident tat-traffiku, abbażi tal-polza ta’ assigurazzjoni obbligatorja ta’ responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur stabbilita fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea?

2)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv, din l-azzjoni ġudizzjarja hija suġġetta għall-klawżoli konkreti tal-kuntratt ta’ rappreżentanza li jorbot lir-rappreżentant mal-kumpannija ta’ assigurazzjoni?


(1)  Direttiva 2000/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Mejju 2000, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri rigward l-assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 72/239/KEE u 88/357/KEE (Ir-raba’ Direttiva dwar assigurazzjoni għall-vetturi) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 3, p. 331)

(2)  Direttiva 2005/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Mejju 2005, li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 72/166/KEE, 84/5/KEE, 88/357/KEE u 90/232/KEE u d-Direttiva 2000/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur (ĠU L 149, p. 14)


Top