This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62015CN0402
Case C-402/15: Request for a preliminary ruling from the Cour administrative (Luxembourg) lodged on 24 July 2015 — Adrien Kauffmann v Ministre de l'Enseignement supérieur et de la recherche
Kawża C-402/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour administrative (il-Lussemburgu) fl-24 ta’ Lulju 2015 – Adrien Kauffmann vs Ministre de l’Enseignement supérieur et de la recherche
Kawża C-402/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour administrative (il-Lussemburgu) fl-24 ta’ Lulju 2015 – Adrien Kauffmann vs Ministre de l’Enseignement supérieur et de la recherche
ĠU C 302, 14.9.2015, p. 28–28
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
14.9.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 302/28 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour administrative (il-Lussemburgu) fl-24 ta’ Lulju 2015 – Adrien Kauffmann vs Ministre de l’Enseignement supérieur et de la recherche
(Kawża C-402/15)
(2015/C 302/36)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Cour administrative
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Adrien Kauffmann
Konvenut: Ministre de l’Enseignement supérieur et de la recherche
Domandi preliminari
Bl-għan li jiġu ssodisfatti b’mod effettiv ir-rekwiżiti ta’ nondiskriminazzjoni fir-rigward tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) Nru 492/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-5 ta’ April 2011 (1), dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni, flimkien ma’ dawk tal-Artikolu 45(2) TFUE, fil-kuntest tat-teħid inkunsiderazzjoni tal-livell reali ta’ rabta ta’ student mhux residenti, li jitlob għajnuna finanzjarja għal studji ta’ edukazzjoni ogħla, mas-soċjetà u mas-suq tax-xogħol tal-Lussemburgu, Stat Membru fejn ħaddiem transkonfinali kien impjegat jew eżerċita l-attività tiegħu fil-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 2bis tal-Liġi, tat-22 ta’ Ġunju 2000, dwar l-għajnuna finanzjarja tal-Istat għal studji ta’ edukazzjoni ogħla, kif miżjud bil-Liġi tad-19 ta’ Lulju 2013 bħala konsegwenza diretta tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, tal-20 ta’ Ġunju 2013 (Kawża C-20/12) (2),
— |
il-kundizzjoni li l-imsemmi student ikun il-“wild” tal-imsemmi ħaddiem transkonfinali għandha tiġi kklassifikata li hija ekwivalenti għal dik li huwa jkun “id-dixxendent [tiegħu] fil-linja diretta u fl-ewwel livell fejn il-filjazzjoni tiegħu tkun ġuridikament stabbilita fir-rigward tal-awtur tagħha” billi ssir enfasi fuq ir-rabta ta’ filjazzjoni stabbilita bejn l-istudent u l-ħaddiem transkonfinali, preżunta li sservi ta’ bażi għar-rabta msemmija iktar ’il fuq, jew |
— |
għandha ssir enfasi fuq il-fatt li l-ħaddiem transkonfinali “jkompli jipprovdi l-manteniment tal-istudent” mingħajr ma jkun hemm neċessarjament rabta ġuridika ta’ filjazzjoni li torbtu mal-istudent, b’mod partikolari billi tiġi stabbilita rabta suffiċjenti ta’ ħajja komuni, tali li tgħaqqdu ma’ dak il-ġenitur tal-istudent li fir-rigward tiegħu tinsab ġuridikament stabbilita rabta ta’ filjazzjoni? |
— |
f’din it-tieni perspettiva, il-kontribuzzjoni, b’ipoteżi mhux obbligatorja, tal-ħaddiem transkonfinali, fil-każ fejn din ma tkunx esklużiva, iżda parallela għal dik tal-ġenitur jew tal-ġenituri marbuta permezz ta’ rabta ġuridika ta’ filjazzjoni mal-istudent u marbuta, għaldaqstant, bħala prinċipju, b’obbligu legali ta’ manteniment fir-rigward tiegħu, għandha tissodisfa ċerti kriterji ta’ konsistenza? |
(2) EU:C:2013:411.